This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0766
2009/766/EC: Commission Decision of 16 October 2009 on the harmonisation of the 900 MHz and 1800 MHz frequency bands for terrestrial systems capable of providing pan-European electronic communications services in the Community (notified under document C(2009) 7801) (Text with EEA relevance)
2009/766/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7801) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/766/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7801) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 06/08/2024; Imħassar b' 32022D0173
20.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Ottubru 2009
dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7801)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/766/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-meded ta’ frekwenza 890-915 u 935-960 MHz ġew riservati u kellhom jittieħdu għas-servizz pubbliku pan-Ewropew tal-komunikazzjoni mobbli terrestri ċellulari diġitali, kif provdut f’kull Stat Membru bi speċifikazzjoni komuni, identifikata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 87/372/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriservati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (2), ikkumplimentata bir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (3) u bir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1990 dwar l-istadju finali tal-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet ċellulari mobbli diġitali pubbliċ terrestri pan-Ewropej fil-Komunità (GSM) (4). |
(2) |
Id-Direttiva 2009/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) temenda d-Direttiva 87/372/KEE u tiftaħ il-meded ta’ frekwenza 880-915 MHz u 925-960 MHz (il-medda ta’ 900 MHz) sew għas-Sistema Universali tat-Telekomunikazzjoni Mobbli (UMTS) kif ukoll għal sistemi terrestri oħra li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkien mas-Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli (GSM), skont il-miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Deċiżjoni Nru 672/2002/KE (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju”). Għaldaqstant għandhom jiġu adottati miżuri tekniċi biex jippermettu l-koeżistenza tal-GSM u sistemi oħra fil-medda 900 MHz. |
(3) |
Il-meded ta’ frekwenza 1 710-1 785 MHz u 1 805-1 880 MHz (il-medda 1 800 MHz) saru disponibbli għall-operat tal-GSM, u bħalissa qed jintużaw minn sistemi tal-GSM mal-Ewropa kollha kemm hi. Il-medda 1 800 MHz għandha wkoll, bl-istess kundizzjonijiet bħall-medda 900 MHz, tinfetaħ għal sistemi terrestri oħra li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi tal-GSM. |
(4) |
L-użu attwali tal-GSM fil-medda 1 800 MHz għandu jkun protett fil-Komunità kollha sakemm ikun hemm talba raġonevoli għas-servizz, skont l-approċċ meħud mid-Drettiva 87/372/KEE biex tipproteġi l-użu tal-GSM fil-medda 900 MHz. |
(5) |
Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Ispektrum tar-Radju, fil-5 ta’ Lulju 2006 l-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (minn hawn ‘il quddiem “is-CEPT”) biex tiżviluppa l-kundizzjonijiet tekniċi l-anqas restrittivi għal meded ta’ frekwenza indirizzati fil-kuntest tal-WAPECS (Politika ta’ aċċes bla fili għal servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni), li jinkludu l-meded 900 MHz u 1 800 MHz. |
(6) |
In-newtralità teknoloġika kif ukoll dik ta’ servizz huma għanijiet ta’ politka li ngħataw l-appoġġ tal-Istati Membri fl-Opinjoni tal-Grupp dwar il-Politika tal-Ispektrum tar-Radju (minn hawn ‘il quddiem “l-RSPG”) dwar il-WAPECS tat-23 ta’ Novembru 2005 għall-ilħiq ta’ użu aktar flessibbli tal-ispektrum. L-Opinjoni tal-RSPG dwar il-WAPECS tqis li dawn l-għanijiet ta’ politika għandhom jiddaħħlu gradwalment u mhux f’daqqa, biex ma jseħħ l-ebda tqallib tas-suq. Il-Kummissjoni fissret fehmietha dwar l-użu aktar flessibbli tal-ispektrum fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Aċċess veloċi għall-ispektrum għal servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bla fili permezz ta’ aktar flessibiltà” (6), li fost l-oħrajn tenfasizza l-ħtieġa ta’ soluzzjoni konsistenti u proporzjonata rigward it-tieni u t-tielet ġenerazzjoni ta’ meded tat-telefonija mobbli fil-kuntest tal-introduzzjoni ta’ użu flessibbli tal-ispektrum għal servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. |
(7) |
F’konformità mal-approċċ meħud mid-Direttiva 87/372/KEE dwar il-ftuħ tal-medda 900 MHz, il-medda 1 800 MHz li bħalissa tintuża għall-GSM għandha wkoll tkun iddeżinjata għall-GSM u għal servizzi terrestri oħra li huma kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi tal-GSM, u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-operat tas-sistemi tal-GSM minn interferenza ta’ ħsara. |
(8) |
Kwalunkwe sistema oħra użata fil-meded 900 MHz u 1 800 MHz jeħtiġilha tiżgura kompatibbiltà teknika sew ma’ netwerks kontigwi operati minn detenturi ta’ drittijiet oħra f’dawn il-meded kif ukoll mal-użu tal-meded ta’ frekwenza ta’ ħdejn il-meded 900 MHz u 1 800 MHz. |
(9) |
Għal miżuri ta’ armonizazzjoni skont id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju, il-kompatibbiltà teknika għandha tintwera permezz ta’ studji ta’ kompatibbiltà mwettqa mis-CEPT b’mandat mill-Kummissjoni. Dawn l-istudji għandhom iwasslu għad-definizzjoni ta’ kundizzjonijiet tekniċi li jiżguraw il-koeżistenza ta’ għadd dejjem jikber ta’ sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Għandha tiġi stabbilita lista ta’ sistemi li juru t-tali kompatibbiltà teknika, li l-Kummisjsoni għandha temendaha, skont ma jkun f’loku, bl-għajnuna tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju f’konformità mal-prinċipji tal-WAPECS, u b’hekk maż-żmien tkattar l-għadd ta’ sistemi b’aċċess armonizzat għall-meded 900 u 1 800 MHz. |
(10) |
Abbażi tal-investigazzjonijiet tekniċi, b’mod partikolari r-Rapporti 82 u 96 tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ECC) tas-CEPT, u tar-risposta għall-mandat tal-5 ta’ Lulju 2006 fir-Rapport 19 tas-CEPT, is-CEPT kkonkluda li n-netwerks UMTS/900/1 800 jistgħu jiġu skjerati f’żoni urbani, suburbani u rurali f’koeżistenza ma’ netwerks GSM/900/1 800, bl-użu ta’ valuri adegwati għas-separazzjoni tal-carrier. |
(11) |
Ir-riżultati tal-mandat għas-CEPT għandhom isiru applikabbli fil-Komunità u jiġu implimentati fl-Istati Membri mingħajr dewmien, fid-dawl tad-domanda tas-suq għall-introduzzjoni tal-UMTS f’dawn il-meded. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UMTS lil sistemi eżistenti f’meded kontigwi toffrilhom protezzjoni adegwata. |
(12) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri, biex iqawwu l-flessibbiltà filwaqt li jżommu l-kopertura pan-Ewropea meħtieġa tas-servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni f’meded armonizzati, għandu jkollhom is-setgħa li jippermettu li, fil-meded 900 MHz u 1 800 MHz, jiddaħħlu sistemi oħra flimkien mal-GSM u sistemi terrestri oħrajn identifikati li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, dejjem sakemm jiżguraw il-koeżistenza tat-tali sistemi terrestri. |
(13) |
Il-ġestjoni teknika tal-ispektrum tar-radju tinkludi l-armonizzazzjoni u l-allokazzjoni tal-ispektrum tar-radju. Din l-armonizzazzjoni għandha tirrifletti r-rekwiżiti tal-prinċipji tal-politika ġenerali identifikati fil-livell tal-Komunità. Madankollu, il-ġestjoni teknika tal-ispektrum tar-radju la tkopri l-proċeduri tal-allokazzjoni u tal-liċenzjar (inkluż meta jseħħu dawn il-proċeduri), u lanqas kwalunkwe deċiżjoni dwar jekk jintużawx proċeduri kompetittivi ta’ għażla għall-allokazjzoni tal-frekwenzi tar-radju. |
(14) |
Differenzi fil-qagħdiet nazzjonai eżistenti jistgħu jwasslu għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Differenzi fil-qagħdiet nazzjonali eżistenti jistgħu jirriżultaw f’tagħwiġ tal-kompetittizzjoni Il-qafas regolatorju ezistenti lill-Istati Membri jagħtihom l-għodod meħtieġa biex jaffrontaw dawn il-problemi b’mod proporzjonat, mhux diskriminatorju u oġġettiv, soġġett għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, inklużi d-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (7) u d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) (8). |
(15) |
L-użu tal-ispektrum huwa soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Komunità dwar il-protezzjoni ta’ saħħet il-pubbliku, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-tmintax-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (9) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-oqsma elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (10). Il-protezzjoni tas-saħħa minn tagħmir tar-radju hija żgurata permezz tal-konformità tat-tali tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (11). |
(16) |
Sabiex jiżguraw l-użu effettiv tal-meded 900 MHz u 1 800 MHz ukoll għaż-żmien fit-tul, l-amministrazzjonijiet għandhom jissoktaw bi studji ħalli jkattru l-effiċjenza u l-użu innovattiv. Bil-għan li din id-Deċiżjoni tiġi riveduta biex tkopri teknoloġiji addizzjonali, dawn l-istudji u oħrajn imwettqa mis-CEPT abbażi ta’ mandati sussegwenti jistgħu juru li sistemi oħra minbarra l-GSM u l-UMTS ikunu kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni b’kopertura pan-Ewropea u jistgħu jiżguraw il-kompatibbiltà teknika mal-GSM u l-UMTS b’mezzi adegwati. |
(17) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda 900 MHz, f’konformità mad-Direttiva 87/372/KEE, u tal-medda 1 800 MHz, għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“sistema tal-GSM” tfisser netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi konformi, mal-Istandards tal-GSM, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikulari EN 301 502 u EN 301 511; |
(b) |
il-“medda 900 MHz” tfisser il-meded 880-915 MHz u 925-960 MHz; |
(c) |
il-“medda 1 800 MHz” tfisser il-meded 1 710-1 785 MHz u 1 805-1 880 MHz. |
Artikolu 3
Is-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkine mas-sistemi tal-GSM fil-medda 900 MHz fit-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 87/372/KEE huma elenkati fl-Anness. Għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet u l-iskadenzi tal-implimentazzjoni stipulati hemmhek.
Artikolu 4
1. Il-medda 1 800 MHz għandha tkun iddeżinjata u ssir disponibbli għas-sitemi tal-GSM sad-9 ta’ Novembru 2009.
2. Il-medda 1 800 MHz għandha tkun iddeżinjata u ssir disponibbli għal dawk is-sistemi terrestri l-oħra li huma kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li huma elenkati fl-Anness, soġġetti għall-kundizzjonijiet u l-iskadenzi ta’ implimentazzjoni stipulati hemmhekk.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw il-meded 900 MHz u 1 800 MHz u jagħmluhom disponibbli għal sistemi terrestri oħra mhux elenkati fl-Anness, safejn jiżguraw li:
(a) |
it-tali sistemi jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi GSM; |
(b) |
it-tali sistemi jistgħu jeżistu flimkien ma’ sistemi oħra elenkati fl-Anness, sew fit-erritorju tagħhom kif ukoll fi Stati Membri ġirien. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistemi oħra msemmija fl-Artikolu 3 u Artikolu 4(2) u fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu joffru protezzjoni adegwata lis-sistemi fil-meded kontigwi.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-meded 900 MHz u 1 800 MHz taħt skrutinju sabiex jiżguraw l-użu effiċjenti tiegħu, u b’mod partikulari għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kwalunkwe ħtieġa ta’ reviżjoni tal-Anness.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85.
(3) ĠU L 196, 17.7.1987, p. 81.
(4) ĠU C 329, 31.12.1990, p. 25.
(5) Ara p. 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) COM(2007) 50.
(7) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
(8) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(9) ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1.
(10) ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.
(11) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.
ANNESS
LISTA TA’ SISTEMI TERRESTRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 U ARTIKOLU 4(2)
Il-parametri tekniċi li ġejjin għandhom jiġu applikati bħala parti essenzjali mill-kundizzjonijiet neċessarji biex jiżguraw il-kooeżistenza fin-nuqqas ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn netwerks ġirien, mingħajr ma jipprekludu parametri tekniċi anqas stretti jekk l-operaturi ta’ tali netwerks ikunu qablu dwarhom.
Sistemi |
Parametri tekniċi |
Skadenzi tal-implimentazzjoni |
||||
UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 |
|
Id-9 ta’ Mejju 2010 |