This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0275
2007/275/EC: Commission Decision of 17 April 2007 concerning lists of animals and products to be subject to controls at border inspection posts under Council Directives 91/496/EEC and 97/78/EC (notified under document number C(2007) 1547) (Text with EEA relevance)
2007/275/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/275/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32021R0632
4.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 116/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ April 2007
dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/275/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 91/496/KEE tipprevedi li l-verifiki veterinarji rigward annimali minn pajjiżi terzi li jidħlu fil-Komunità għandhom isiru mill-Istati Membri skond dik id-Direttiva. |
(2) |
Id-Direttiva 97/78/KE tipprevedi l-verifiki veterinarji fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u fuq ċerti prodotti tal-pjanti li jiġu introdotti fil-Komunità minn pajjiżi terzi. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/349/KE tas-26 ta’ April 2002 li tistabbilixxi l-lista ta’ prodotti li għandhom jiġu eżaminati fil-kmamar ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera skond id-Direttiva 97/78/KE (4) tipprevedi li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma elenkati f’dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu soġġetti għall-verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttiva 97/78/KE. |
(4) |
Peress li l-verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri jsiru f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-uffiċjali tad-dwana, huwa xieraq li tintuża l-lista ta’ prodotti li tirreferi għan-Nomenklatura Magħquda (“NM”), prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5) bħala l-ewwel bażi għall-għażla tal-kunsinni. Il-listi tal-prodotti fid-Deċiżjoni 2002/349/KE, għalhekk, għandhom jiġu sostitwiti bil-lista fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Fl-interessi tar-razzjonalità tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li l-lista fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni tinkludi wkoll l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi. |
(6) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri, il-lista fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tforni deskrizzjoni kemm jista’ jkun preċiża ta’ l-annimali u tal-prodotti li għandhom jiġu soġġetti għall-verifiki veterinarji skond id-Direttiva 97/78/KE. Barra minn hekk, għal ċerti kodiċijiet NM, din id-Deċiżjoni tipprevedi li biss parti żgħira mill-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu jew it-titolu rilevanti għandhom jiġu soġġetti għall-verifiki veterinarji. F’każijiet bħal dawn, il-kolonna 3 ta’ l-Anness I għal din id-Deċiżjoni, għandha tirreferi għall-kodiċi NM li japplika u tforni dettalji tal-prodotti li għandhom jiġu soġġetti għal dawk il-verifiki veterinarji. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2002/349/KE tipprevedi li l-prodotti ta’ l-ikel komposti li fihom biss persentaġġ limitat ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikomplu jiġu soġġetti għar-regoli nazzjonali. |
(8) |
Madankollu, sabiex jiġu evitati d-differenzi fl-interpretazzjoni bejn l-Istati Membri, li jwasslu għal tgħawiġ fil-kummerċ u għal riskji potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali, issa jridu jiġu stabbiliti regoli fuq il-livell tal-Komunità dwar il-prodotti komposti li jistgħu jiġu eżentati mill-verifiki veterinarji skond id-Direttiva 97/78/KE. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6) fih id-definizzjonijiet ta’ ċerti prodotti. Fl-interessi tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li dawk id-definizzjonijiet jitqiesu f’din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Hemm differenzi fir-riskju għas-saħħa ta’ l-annimali assoċjat ma’ l-importazzjonijiet ta’ tipi differenti ta’ prodotti ta’ l-annimali fil-Komunità. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi li l-prodotti komposti kollha li fihom prodotti tal-laħam għandhom ikunu soġġetti għal verifiki veterinarji, waqt li għandhom jiġu applikati kriterji differenti għall-prodotti komposti li fihom prodotti oħra ta’ l-annimali bbażati fuq il-ħtieġa li jkun hemm regoli armonizzati fuq livell ta’ Komunità. |
(11) |
Matul il-manifattura, ċerti prodotti komposti jirċievu trattament li jnaqqas ir-riskju potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali li jkun preżenti fi prodotti bħal dawn. Id-dehra, l-istabbiltà fuq l-ixkaffa, u l-karatteristiċi fiżiċi, għalhekk, għandhom jintużaw bħala karatteristiċi distintivi li jingħarfu mill-awtoritajiet kompetenti li jridu jieħdu deċiżjoni dwar il-ħtieġa li jissoġġettaw il-prodotti komposti għal verifiki veterinarji. |
(12) |
Fl-interessi tal-konsistenza ta’ verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri fuq prodotti komposti li qed jiġu introdotti fil-Komunità, huwa xieraq li tiġi stabbilita wkoll lista ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel u ta’ prodotti komposti li jistgħu jiġu eżentati mill-verifiki veterinarji previsti fid-Direttiva 97/78/KE. |
(13) |
Fl-interessi tal-koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2002/349/KE tiġi revokata u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dwar l-annimali u l-prodotti li għandhom jiġu soġġetti għal verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri meta dawn jiġu introdotti fil-Komunità, skond id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE.
Artikolu 2
Id-Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“prodott kompost”: oġġett ta’ l-ikel maħsub għall-konsum uman li jkun fih kemm prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali kif ukoll prodotti li joriġinaw mill-pjanti, u jinkludi dawk fejn l-ipproċessar tal-prodott primarju jkun parti integrali mill-produzzjoni tal-prodott finali; |
(b) |
“prodotti tal-laħam”: prodotti kif iddefiniti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(c) |
“prodotti pproċessati”: il-prodotti pproċessati elenkati taħt il-punt 7 ta’ l-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(d) |
“prodotti tal-ħalib”: prodotti kif iddefiniti fil-punt 7.2 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
Artikolu 3
Il-verifiki veterinarji ta’ l-annimali u tal-prodotti elenkati fl-Anness 1
1. L-annimali u l-prodotti elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandhom ikunu soġġetti għal verifiki veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE.
2. Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr preġudizzju għall-verifiki fuq prodotti komposti li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika tal-Komunità.
3. L-għażla tal-bidu tal-prodotti għall-verifiki veterinarji magħmula fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda fil-Kolonna 1 ta’ l-Anness għandha tiġi kkwalifikata b’referenza għat-test speċifiku jew għal-leġiżlazzjoni veterinarja ċċitati fil-Kolonna 3.
Artikolu 4
Il-prodotti komposti soġġetti għal verifiki veterinarji
Il-prodotti komposti li ġejjin għandhom jiġu soġġetti għal verifiki veterinarji:
(a) |
Il-prodotti komposti li fihom prodott tal-laħam ipproċessat. |
(b) |
Il-prodotti komposti li fihom nofs is-sustanza tagħhom jew aktar minn kwalunkwe prodott ipproċessat wieħed li joriġina mill-annimali, għajr prodott tal-laħam ipproċessat. |
(c) |
Il-prodotti komposti li ma fihom l-ebda prodott tal-laħam ipproċessat u inqas min-nofs is-sustanza tagħhom minn prodott tal-ħalib ipproċessat, fejn il-prodotti finali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 6. |
Artikolu 5
Iċ-ċertifikazzjoni li takkumpanja l-prodotti komposti soġġetti għal verifiki veterinarji
Dawk il-prodotti komposti li fihom prodott tal-laħam ipproċessat għandhom ikunu akkumpanjati, ma’ l-introduzzjoni fil-Komunità, miċ-ċertifikat rilevanti għall-prodotti tal-laħam stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, irrispettivament minn kwalunkwe kontenut ta’ prodott ta’ l-annimali ieħor.
Dawk il-prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 4(b) u 4(c), li fihom prodott tal-ħalib ipproċessat, għandhom ikunu akkumpanjati, ma’ l-introduzzjoni fil-Komunità, miċ-ċertifikat rilevanti stabbilit bil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.
Il-prodotti komposti li fihom biss prodotti tas-sajd jew prodotti tal-bajd ipproċessati li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu akkumpanjati, ma’ l-introduzzjoni fil-Komunità, miċ-ċertifikat rilevanti stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità jew, fejn ma jkun hemm ħtieġa għall-ebda ċertifikat, minn dokument kummerċjali.
Artikolu 6
Id-deroga għal ċerti prodotti komposti u għal ċerti prodotti ta’ l-ikel
1. Bħala deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti komposti jew l-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin maħsuba għall-konsum uman, li ma fihom l-ebda prodott tal-laħam, m’għandhomx ikunu soġġetti għal verifiki veterinarji:
(a) |
il-prodotti komposti li fihom inqas minn nofs is-sustanza tagħhom magħmula minn kwalunkwe prodott ipproċessat ieħor, sakemm prodotti bħal dawn:
|
(b) |
il-prodotti komposti u l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fl-Anness II. |
2. Madankollu, kwalunkwe prodott tal-ħalib inkluż fi kwalunkwe prodott kompost għandu jkun derivat, u ttrattat kif previst, mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE (7).
Artikolu 7
Ir-revoka
Id-Deċiżjoni 2002/349/KE qed tiġi revokata.
Artikolu 8
L-applikabilità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
Id-destinatarji.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(5) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 301/2007 (ĠU L 81, 22.3.2007 p. 11).
(6) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(7) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 72.
ANNESS I
IL-LISTA TA’ L-ANNIMALI U TAL-PRODOTTI LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL VERIFIKI VETERINARJI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3
Din il-lista tistabbilixxi l-annimali u l-prodotti skond in-nomenklatura ta’ l-oġġetti li qed tintuża fil-Komunità sabiex tingħata għajnuna fl-għażla tal-kunsinni li jridu jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji f’post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.
Noti:
1. Kolonna 1:
Fejn jintuża l-kodiċi b’erba’ figuri: sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-prodotti kollha li quddiemhom ikollhom jew ikunu koperti minn dawn l-erba’ figuri jridu jiġu mgħoddija lill-awtorità kompetenti għall-verifiki veterinarji.
Fejn ċerti prodotti biss taħt kwalunkwe kodiċi jkun meħtieġ li jiġu eżaminati taħt verifiki veterinarji u fejn ma jkun hemm l-ebda sotto-diviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi fin-nomenklatura ta’ l-oġġetti, il-kodiċi jiġi mmarkat Ex (pereżempju Ex30 02: il-verifika veterinarja meħtieġa biss għall-materjal derivat mill-annimali u mhux għat-titolu kollu)
Il-figuri bejn il-parenteżi fil-kolonna 1 m’għandhomx jitniżżlu fis-sistema TRACES stabbilita bid-Deċiżjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (1).
2. Kolonna 2:
Id-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti hija kif ġie stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni ta’ l-Anness 1 għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Għal aktar spjegazzjoni tal-kopertura eżatta tat-Tariffa Doganali Komuni, jekk jogħġbok irreferi għall-iktar emenda reċenti għal dak l-Anness.
NB: Aktar informazzjoni dwar il-prodotti koperti mill-Kapitoli u mit-Titoli differenti tista’ tinkiseb fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana jew tista’ tinstab fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda fejn għandhom x’jaqsmu l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM).
3. Kolonna 3: Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-prodotti koperti.
F’uħud mill-każijiet hemm ċerti annimali ħajjin (bħar-rettili, l-anfibji, l-insetti, id-dud, jew invertebrati oħra) jew prodotti ta’ l-annimali li jintbagħtu lill-veterinarju uffiċjali li għalihom ma ġiet stabbilita l-ebda kondizzjoni armonizzata għas-saħħa ta’ l-annimali sabiex jiġu importati fil-Komunità, u għalhekk ma hemm l-ebda ċertifikat ta’ l-importazzjoni armonizzat. Il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni għall-annimali ħajjin kollha li mhumiex speċifikati band’oħra jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għall-ħtiġijet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) għad-Direttiva 90/425/KEE (2), iżda fil-każ ta’ ċerti annimali japplikaw ir-regoli nazzjonali fejn għandha x’taqsam id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex takkumpanja l-kunsinni. Il-veterinarji uffiċjali jridu jeżaminaw il-kunsinni u joħorġu Dokument Komuni Veterinarju għad-Dħul (CVED), kif xieraq, sabiex jindikaw li jkun sar kontroll u li l-annimali jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa.
F’ċerti każijiet, fejn jikkonċerna l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali koperti mir-Regolament (KE) No 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (3), il-medda sħiħa tal-kopertura tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità rigward prodotti derivati jew ipproċessati mhuwiex iddefinit b’mod preċiż. Iridu jsiru verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jiġu pproċessati iżda li essenzjalment għadhom prodotti mhux ipproċessati li għandhom jiġu pproċessati aktar qabel ma jiġu ppreżentati lill-konsumatur finali.
F’dawn il-każijiet il-veterinarju uffiċjali fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri jrid jispeċifika jekk prodott derivat partikolari jiġix ipproċessat b’tali mod li jaqa’ barra mill-verifiki veterinarji previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.
IT-TABELLA
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, l-għażla tal-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti fil-Kolonna 2 għandha titqies bħala li m’għandhiex aktar minn valur indikattiv, bl-ambitu jiġi ddeterminat, fil-kuntest ta’ dan l-Anness mill-ambitu tal-kodiċijiet NM, hekk kif ikunu jeżistu meta tiġi adottata d-Deċiżjoni kurrenti.
Fejn f’din it-tabella ssir referenza għall-ex kodiċijiet NM, il-kopertura għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u bid-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 1: Annimali Ħajjin |
||||||||||||||||||||||||
0101 |
Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula ta’ l-irkib ħajjin |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0102 |
Annimali ta’ l-ifrat (bovini) ħajjin |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0103 |
Majjali ħajjin |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0104 10 |
Nagħaġ ħajjin |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0104 20 |
Mogħoż ħajjin |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0105 |
Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u fargħun |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0106 |
Annimali ħajjin oħra |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
It-titolu jinkludi l-annimali domestiċi jew salvaġġi li ġejjin:
It-titolu 0106 jeskludi l-annimali li jiffurmaw parti minn ċirkli, minn postijiet fejn jitqiegħu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (menageries) jew minn wirjiet simili oħra ta’ annimali li jivvjaġġaw (it-titolu 95.08 ) |
||||||||||||||||||||||||
0106 11 |
Il-Primati |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0106 12 |
Balieni, dniefel, foċeni (il-mammiferi ta’ l-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (il-mammiferi ta’ l-ordni Sirenia). |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0106 19 |
Oħrajn |
Fniek domestiċi, u mammiferi għajr dawk li jiffurmaw parti minn 0101 , 0102 , 0103 , 0104 , 0106 11 u 0106 12 Tinkludi l-klieb u l-qtates. |
||||||||||||||||||||||
0106 20 |
Rettili (inklużi s-sriep u l-fkieren). |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0106 31 |
Għasafar: Għasafar tal-priża. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0106 32 |
Għasafar: Psittaciformes (inklużi l-pappagalli, il-parrukketti, il-makaw u l-kakatuwi). |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0106 39 |
Oħrajn |
Jinkludi: għasafar, għajr dawk li jaqgħu taħt it-titoli 0105 , 0106 31 and 0106 32 , inklużi l-ħamiem. |
||||||||||||||||||||||
0106 90 00 |
Oħrajn |
L-annimali l-oħra ħajjin kollha mhux inklużi band’oħra, għajr il-mammiferi, l-għasafar u r-rettili. Żrinġijiet ħajjin kemm jekk għall-vivarji sabiex jinżammu ħajjin, kemm jekk biex jinqatlu għall-konsum uman, huma koperti minn dan it-titolu. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 2: Laħam u ġewwieni li jittiekel |
||||||||||||||||||||||||
|
Dan il-kapitolu ma jkoprix
|
|||||||||||||||||||||||
0201 |
Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), frisk jew imkessaħ |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0202 |
Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), iffriżat |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0203 |
Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0204 |
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0205 00 |
Laħam taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula jew tal-bgħula ta’ l-irkib. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0206 |
Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), majjali, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula ta’ l-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0207 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur tat-titolu 0105 , friski, imkessħin jew iffriżati. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0208 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel oħra, friski, imkessħin jew iffriżati. |
Jeskludi: il-materjal mhux ipproċessat li mhux maħsub għall-konsum uman. Dan jinkludi l-għadam u materjal ieħor għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-collagen għall-konsum uman. |
||||||||||||||||||||||
0208 10 |
Tal-fniek u tal-liebri |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0208 20 (00 ) |
Saqajn taż-żrinġijiet |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0208 30 |
Tal-primati |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0208 40 |
Tal-balieni, tad-dniefel u tal-foċeni (il-mammiferi ta’ l-ordni Cetacea); tal-lamantini u tad-dugongi (il-mammiferi ta’ l-ordni Sirenia). |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0208 50 (00 ) |
Tar-rettili (inklużi s-sriep u l-fkieren). |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0208 90 |
Oħrajn: tal-ħamiem domestiku, ta’ l-annimali tal-kaċċa għajr tal-fniek jew tal-liebri. |
Jinkludi l-laħam tas-summien, il-laħam tal-foki, tar-renna jew ta’ kwalunkwe speċi oħra ta’ mammiferi. |
||||||||||||||||||||||
0209 00 |
Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat. |
Jinkludi kemm ix-xaħam kif ukoll ix-xaħam ipproċessat. |
||||||||||||||||||||||
0210 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, immelħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati; dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittieklu. |
Kollha: Jinkludi l-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-għadam għall-konsum uman u prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali. Il-proteini pproċessati ta’ l-annimali, inkluż il-fdal li ma dabx għall-konsum uman, huma koperti minn dan il-kapitolu. Tinkludi widnejn niexfa tal-majjali għall-konsum uman. Iz-zalzett huwa inkluż taħt it-titolu 1601 . |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 3: Ħut u Krustaċji, Molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn |
||||||||||||||||||||||||
Dan il-kapitolu ma jkoprix
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
Dan il-kapitolu jinkludi kemm ħut ħaj għat-trobbija u għar-riproduzzjoni, il-ħut ornamentali ħaj, u l-ħut ħaj jew il-krustaċji ħajjin li jiġi ttrasportat ħaj iżda li jiġi importat għall-konsum uman. |
||||||||||||||||||||||
|
|
Il-prodotti kollha f’din it-taqsima huma soġġetti għal verifiki veterinarji. |
||||||||||||||||||||||
0301 |
Ħut ħaj |
Kollha: Jinkludi t-trot, is-sallur, il-karpjuni, jew kwalunkwe speċi oħra jew kwalunkwe ħuta oħra li tiġi importata għat-trobbija jew għar-riproduzzjoni. Il-ħut ħaj importat għall-konsum immedjat mill-bniedem jiġi ttrattat, għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti. Jinkludi l-ħut ornamentali taħt it-titolu 0301 10 . |
||||||||||||||||||||||
0302 |
Ħut, frisk jew imkessaħ, għajr qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tat-titolu 0304 *. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0302 70 |
Fwied u bajd |
|
||||||||||||||||||||||
0303 |
Ħut, iffriżat, għajr qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tat-titolu 0304 . |
Kollha Jinkludi: Is-Salamun tal-Paċifiku iżda esklużi l-fwied u l-bajd; is-salamun sockeye (salamun aħmar); salmonidae ieħor, esklużi l-fwied u l-bajd; it-trot; is-salamun ta’ l-Atlantiku; u l-ħut l-ieħor kollu. |
||||||||||||||||||||||
0304 |
Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkappuljat jew le), frisk, imkessaħ jew iffriżat. |
|
||||||||||||||||||||||
0305 |
Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess ta’ l-affumikar; dqiq, pasti u gerbub tal-ħut, tajbin għall-konsum uman. |
Kollha: Jinkludi prodotti oħra tas-sajd bħal dqiq, pasti u gerbub tajbin għall-konsum uman magħmulin mill-ħut, mill-krustaċji jew minn invertebrati akkwatiċi oħra. |
||||||||||||||||||||||
0306 |
Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub tal-krustaċji, tajbin għall-konsum uman. |
Kollha: Il-krustaċji ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu ttrattati, għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti. |
||||||||||||||||||||||
0307 |
Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji, tajbin għall-konsum uman. |
Kollha: Dan jinkludi: Bonamia Ostreae u Martelia refringens, kif ukoll molluski u invertebrati akkwatiċi li setgħu kienu msajra u li mbagħad ġew imkessħin jew iffriżati. Il-molluski ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu ttrattati, għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti. Dan jinkludi l-laħam ta’ l-ispeċi tal-bebbux. |
||||||||||||||||||||||
0307 60 00 |
Il-bebbux għajr il-bebbux tal-baħar. |
Jinkludi l-gastropodi ta’ l-art ta’ l-ispeċi Helix pomatiaLinné, Helix aspersaMuller, Helix lucorum u l-ispeċijiet tal-familja Achatinidae. Jinkludi l-bebbux ħaj għall-konsum immedjat mill-bniedem kif ukoll il-laħam tal-bebbux għall-konsum uman. Jinkludi l-bebbux imsajjar ftit minn qabel jew ipproċessat minn qabel. |
||||||||||||||||||||||
0307 91 00 |
Invertebrati akkwatiċi ħajjin għajr il-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, jew imkessħin. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0307 99 90 |
Oħrajn: Dan il-kodiċi jinkludi dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji, tajbin għall-konsum uman. |
Kollha: Jinkludi l-pasti tal-ħut għall-konsum uman. |
||||||||||||||||||||||
Kapitoli 4: Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
0401 |
Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr ma fihom zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa. |
Kollha: Ħalib jinkludi l-ħalib li ma jkunx ipproċessat, li jkun pasturizzat, jew ipproċessat bis-sħana. Jinkludi frazzjonjijiet tal-ħalib. Ħalib għall-għalf ta’ l-annimali huwa inkluż taħt t-titolu 2309 . |
||||||||||||||||||||||
0402 |
Ħalib u krema, konċentrati jew biz-zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0403 |
Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati jew le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew imħawwrin jew bi frott, ġewż jew kawkaw miżjud. |
Kollha Jinkludi krema, butir, u ħalib imħawwar, magħmul ġelì, iffriżat u ffermentat, u l-ħalib ikkonċentrat għall-konsum uman. Il-ġelat huwa inkluż taħt it-titolu 2105 . |
||||||||||||||||||||||
0404 |
Xorrox, kemm jekk ikkonċentrat jew le jew biz-zokkor miżjud jew b’materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa; prodotti li jikkonsistu minn kostitwenti tal-ħalib naturali, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew b’materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew le, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0405 |
Butir u xaħmijiet u żjut oħra derivati mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib. |
Kollha: Jinkludi d-dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib |
||||||||||||||||||||||
0406 |
Ġobon u baqta |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0407 00 |
Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar. |
Kollha: Jinkludi l-bajd għat-tifqis u bajd Speċifikat Liberu mill-Patoġeni (SPF), kif ukoll bajd għall-konsum uman. Jinkludi “bajd ta’ 100 sena”. L-albumin tal-bajd li mhux tajjeb għall-konsum uman huwa inkluż taħt it-titolu 3502 . |
||||||||||||||||||||||
0408 |
Il-bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew b’materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa miżjud jew le. |
Kollha: Dan it-titolu jinkludi l-prodotti tal-bajd kemm jekk ikunu ġew trattati bis-sħana jew le. |
||||||||||||||||||||||
Dan it-titolu jinkludi bajd sħiħ mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd ta’ l-għasafar kollha. Il-prodotti ta’ dan it-titolu jistgħu jkunu friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija fl-ilma, iffurmati (pereżempju “bajd twil” ċilindriku), iffriżat jew ippreservat mod ieħor. Dawn kollha jaqgħu fit-titolu kemm jekk miżjuda biz-zokkor jew b’materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew le u kemm jekk jintużaw bħala ikel jew għal skopijiet industrijali (pereżempju fl-ikkunzar). Dan it-titolu ma jkoprix
|
||||||||||||||||||||||||
0409 00 00 |
Għasel naturali |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
Dan it-titolu jinkludi l-għasel prodott min-naħal (Apis Mellifera) jew minn insetti oħra, iċċentrifugat jew fix-xehda jew li jkun fih biċċiet ta’ xehda, sakemm ma jkunx ġie miżjud iz-zokkor jew sustanza oħra. Għasel bħal dan jista’ jiġi magħżul skond is-sors, l-oriġini jew il-kulur tal-fjuri. It-titolu jeskludi l-għasel artifiċjali u taħlitiet ta’ għasel naturali u artifiċjali (it-titolu 17.02 ). |
||||||||||||||||||||||||
0410 00 00 |
Prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra. |
Kollha Dan it-titolu jinkludi r-Royal Jelly u l-Propolis u jinkludi wkoll l-għadam jew materjal ieħor ġej mill-annimali għall-konsum uman. Insetti jew bajd ta’ l-insetti għall-konsum uman huma inklużi taħt dan it-titolu. |
||||||||||||||||||||||
Dan it-titolu 0410 00 00 ikopri prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra fin-nomenklatura magħquda. Dan jinkludi:
It-titolu 0410 00 00 jeskludi d-demm ta’ l-annimali, li jittiekel jew le, likwidu jew imnixxef (it-titolu 05.11 jew 30.02 ) |
||||||||||||||||||||||||
Kapitolu 5: Prodotti li joriġinaw mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla għal ċerti prodotti f’dan il-kapitolu huma stabbiliti fil- Kapitolu VIII (suf, xagħar, lanżit tal-ħnieżer, rix u partijiet mir-rix) fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
0502 10 00 |
Lanżit u xagħar tal-ħnieżer, jew tal-ħnieżer salvaġġi; skart ta’ lanżit jew xagħar bħal dan. |
Il-lanżit tal-ħnieżer mhux ipproċessat ifisser il-lanżit tal-ħnieżer li ma jkunx għadda mill-ħasil tal-fabbrika, ma jkunx inkiseb mill-ikkunzar, jew ma jkunx ġie ttrattat b’xi metodu ieħor sabiex ikun żgurat li ma jibqa’ l-ebda patoġenu. |
||||||||||||||||||||||
0503 00 00 |
Krin u skart tal-krin. |
Ix-xagħar kollu taħt dan il-kodiċi jrid ikun innotifikat lill-awtorità veterinarja kompetenti. Il-prova ta’ l-istatus ta’ l-ispeċi u tat-trattament mogħti tista’ tkun meħtieġa. |
||||||||||||||||||||||
It-titolu 0503 jeskludi x-xagħar li jkun għadda minn proċess ta’ għażil jew li jkun mgħaqqad tarf ma’ tarf. Dan il-kodiċi jinkludi mhux biss krin mhux maħdum iżda wkoll krin li jkun ġie maħsul, miżbugħ, ibbliċjat, mibrum jew ippreparat mod ieħor. |
||||||||||||||||||||||||
0504 00 00 |
Imsaren, bżieżaq u stonku ta’ l-annimali (għajr tal-ħut), sħaħ u bċejjeċ minnhom, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati. |
Kollha: Jinkludi stonku, bżieżaq u intestini mnaddfin, immellħin, imnixxfin jew imsaħħnin li joriġinaw minn annimali ta’ l-ifrat (bovini), porċini, ovini, kaprini jew minn tjur. |
||||||||||||||||||||||
0505 |
Il-ġlud u partijiet oħra minn għasafar, bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom, rix u partijiet mir-rix (kemm bit-truf mirqumin jew le) u l-ewwel rix, mhux maħdumin aktar minn imnaddfin, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni; trab u skart tar-rix jew ta’ partijiet tar-rix. |
Kollha – għajr rix dekorattiv ittrattat, rix ittrattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali. |
||||||||||||||||||||||
It-titolu 0505 jkopri dawk mhux ittrattati kif ukoll dawk ittrattati kif ġej: sempliċement imnaddfa, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni iżda li ma ġewx maħduma jew immuntati mod ieħor. |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Rix ta’ tip li jintuża għall-mili; u l-ewwel rix, mhux ipproċessat jew rix ieħor. |
||||||||||||||||||||||
0506 |
Għadam u ċ-ċentri tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, sempliċement ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), ittrattati bl-aċidu jew deġelatinizzati; trab u skart ta’ dawn il-prodotti. |
Jinkludi l-għadam għall-produzzjoni tal-ġelatina, jew tal-collagen jekk ikunu derivati minn karkassi li jkunu nqatlu għall-konsum uman u dqiq ta’ l-għadam għall-konsum uman. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu X (għadam u prodotti ta’ l-għadam, eċċ) ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
0507 |
Avorju, il-qoxra tal-fekruna, (l-għadma tal-) balieni u x-xagħar ta’ l-għadam tal-balieni, qrejjen, qran imsarrġa, qawqab, dwiefer, dwiefer ippuntati u mnaqar, li mhumiex maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma; trab u skart ta’ dawn il-prodotti. |
Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Jinkludi trofej tal-kaċċa trattati minn għasafar u minn annimali bid-dwiefer li jkunu biss għadam, qrejjen, qawqab, dwiefer ippuntati, qrun imsaġġra, snien, ġlud minn pajjiżi terzi. |
||||||||||||||||||||||
Ex05100000 |
Ambra griża, kastorju, żibett u misk, kantaridi, bila, imnixxfa jew le; Glandoli u prodotti oħrajn ta’ l-annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħa, iffriżati jew ippreservati proviżorjament mod ieħor. |
Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu XI; prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ għalf, inkluż ikel għall-annimali domestiċi, u ta’ prodotti farmaċewtiċi u ta’ prodotti tekniċi oħrajn ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Il-glandoli, prodotti oħra ta’ l-annimali u l-bila huma koperti minn dan il-kodiċi. Il-glandoli mnixxfa u l-prodotti huma koperti mit-titolu 3501 . |
||||||||||||||||||||||
0511 |
Prodotti ta’ l-annimali mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum uman. |
Jinkludi materjal ġenetiku (semen u embrijuni li joriġinaw mill-annimali bħal speċijiet ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), ovini, kaprini, ekwini u porċini). Jinkludi wkoll il-prodotti sekondarji tal-kategoriji 1 u 2. |
||||||||||||||||||||||
0511 10 00 |
Semen ta’ l-annimali ta’ l-ifrat (bovini) |
|
||||||||||||||||||||||
0511 91 |
Il-prodotti tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 3. |
Kollha: jinkludi l-bajd tal-ħut għat-tifqis: u annimali mejtin. Jinkludi l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ l-ikel għall-annimali domestiċi u għal prodotti farmaċewtiċi jew tekniċi oħra. |
||||||||||||||||||||||
0511 99 (10 ) |
Muskoli jew għeruq (tendons); bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux maħdumin. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
0511 99 90 |
Oħrajn |
Kollha: l-embrijuni, l-ova, is-semen u l-materjal ġenetiku mhux kopert fi 0511 10 u ta’ l-ispeċijiet għajr l-annimali ta’ l-ifrat (bovini) li jaqgħu taħt dan t-titolu. Jinkludi l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel ta’ l-annimali domestiċi jew prodotti teknoloġiċi oħrajn. Jinkludi l-prodotti tan-naħal għall-użu fl-apikultura. Jinkludi wkoll l-annimali mejtin tal-Kapitolu I (klieb u qtates). Jinkludi l-materjal fejn il-karatteristiċi essenzjali ma jkunux ġew imbiddla, u d-demm ta’ l-annimali li jittiekel li mhux derivat mill-ħut, għall-konsum uman. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 12: Żrieragħ u frott żejtnin, diversi qmuħ, żrieragħ u frott: pjanti industrijali jew mediċinali: tiben u magħlef |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Ċerti prodotti tal-pjanti biss huma soġġetti għall-kontrolli veterinarji. |
||||||||||||||||||||||
Ex12130000 |
Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux ippreparati, kemm jekk imqattgħin bċejjeċ, mitħuna, ippressati jew f’forma ta’ gerbub jew le. |
Jinkludi biss ħuxlief u tiben. |
||||||||||||||||||||||
Ex12 14 (90 ) |
Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupina, ġulbiena u prodotti simili għall-għalf kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le; Oħrajn. |
Jinkludi biss ħuxlief u tiben. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 15: Xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xamgħat ta’ annimali jew ħxejjex |
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
Iż-żjut kollha derivati mill-annimali. Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 kif indikat hawn taħt: Il-Kapitolu IV ta’ l-Anness VII; xaħmijiet mirduda u żejt tal-ħut; Il-Kapitolu XII ta’ l-Anness VIII; Xaħmijiet mirduda mill-materjali tal-kategorija 2 għal għanijiet oleokimiċi; Il-Kapitolu XIII ta’ l-Anness VIII; id-derivattivi tax-xaħam. Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti ta’ l-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra mhumiex inklużi. |
||||||||||||||||||||||
1501 00 |
Xaħam tal-majjal (inkluż il-lardu) u xaħam tat-tjur, għajr dak tat-titolu 0209 jew 2. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
1502 00 |
Xaħmijiet ta’ annimali ta’ l-ifrat (bovini), tan-naħaġ jew tal-mogħoż, għajr dawk tat-titolu 1503 . |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
1503 00 |
Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleo-oil u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
1504 |
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut jew tal-mammiferi marini, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament. |
Iż-żjut tal-ħut – u ż-żjut minn mammiferi marini. Il-preparazzjonijiet li jittieklu mħallta huma koperti mill-Kapitolu 21. |
||||||||||||||||||||||
1506 00 00 |
Xaħmijiet u żjut oħra ta’ l-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament. |
Xaħmijiet jew żjut mhux maqsuma, kif ukoll il-frazzjonijiet inizjali tagħhom prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra mhumiex inklużi. |
||||||||||||||||||||||
It-titolu 1516 ikopri x-xaħmijiet u ż-żjut ta’ l-annimali u veġetali, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimikali speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew ippreparati aktar. It-titolu jkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali jew veġetali li ġew ittrattati b’mod simili. L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f’kuntatt ma’ idroġenu pur f’temperatura u taħt pressjoni adattati fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b’mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati fi gliċeridi saturati b’punti ogħla ta’ tidwib. |
||||||||||||||||||||||||
1516 10 |
Xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali u veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew eladinizzati, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux ippreparati aktar. |
Ix-xaħmijiet u ż-żjut ta’ l-annimali biss. Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra mhumiex inklużi fil-verifiki veterinarji. Għal finijiet veterinarji, id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti ta’ l-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VI għar-Regolament 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
Ex15 18 00 |
Xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali u l-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, mogħtija l-kubrit, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f’vakwu jew f’gass inerti jew li jkunu modifikati kimikament mod ieħor, għajr dawk tat-titolu 1516 ; taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux minn xaħmijiet jew żjut ta’ l-annimali jew veġetali jew minn frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti f’dan il-Kapitolu, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
Ix-xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali biss. Ix-xaħmijiet mirduda biss. Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b’metodu stabbilit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra mhumiex inklużi. |
||||||||||||||||||||||
1518 00 (91 ) |
Xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali u l-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, mogħtija l-kubrit, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f’vakwu jew f’gass inerti jew li jkunu modifikati kimikament mod ieħor, għajr dawk tat-titolu 1516 . |
Ix-xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali biss. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu XIII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (għad-derivattivi tax-xaħam), u fil-Kapitolu XII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal xaħmijiet mirduda mill-materjali tal-kategorija 2 għal għanijiet oleokimiċi. |
||||||||||||||||||||||
1518 00 (95 ) |
Taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta’ xaħmijiet u żjut ta’ l-annimali u veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom. |
Xaħmijiet u preparazzjonijiet ta’ żejt derivati mill-annimali. |
||||||||||||||||||||||
1521 90 (91 ) |
Xema’ tan-naħal mhux maħduma u xamgħat oħrajn ta’ l-insetti kemm jekk irfinuti jew le. |
Xema’ tan-naħal għal finijiet tekniċi. Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu IX ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 – il-Prodotti ta’ l-Apikultura. |
||||||||||||||||||||||
1521 90 (99 ) |
Oħrajn. |
Il-prodotti tan-naħal għal finijiet ta’ apikultura. Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla huma stabbiliti fil-Kapitolu IX ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 – il-prodotti ta’ l-apikultura. Il-prodotti ta’ l-apikultura għajr il-prodotti tan-naħal għall-apikultura jridu jiġu sottomessi taħt il-kodiċi 0511 99 “Oħrajn”. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 16: Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn: |
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
Dan il-kapitolu jinkludi l-prodotti komposti li fihom prodott ipproċessat ta’ l-annimali. |
||||||||||||||||||||||
1601 00 |
Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti. |
Jinkludi laħam ippreservat f’forom differenti. |
||||||||||||||||||||||
1602 |
Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn ippreparati jew ippreservati. |
Jinkludi laħam ippreservat f’forom differenti. |
||||||||||||||||||||||
1603 00 |
Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn. |
Kollha: jinkludi s-surimi, il-proteini tal-ħut f’forma ta’ ġel kemm jekk imkessħin jew iffriżati. |
||||||||||||||||||||||
1604 |
Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut; ħut sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkappuljat. |
Kollha: preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li fihom il-molluski jew il-ħut. Jinkludi l-ħut fil-laned, u l-kavjar fil-laned f’kontenituri bla arja. Il-prodotti tal-ħut imħallta bl-għaġin huma inklużi taħt it-titolu 1902 . |
||||||||||||||||||||||
1605 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati. |
Kollha. Il-bebbux ippreparat b’mod sħiħ jew ippreparat minn qabel jaqa’ taħt dan it-titolu. Jinkludi l-krustaċji, jew invertebrati akkwatiċi oħrajn fil-laned. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 17: Zokkor u ħelu taz-zokkor |
||||||||||||||||||||||||
|
Dan il-kapitolu ma jkoprix zokkrijiet kimikament puri għajr is-sukrows, il-laktows, il-maltosju, il-glukows u l-fruktows. |
|
||||||||||||||||||||||
1702 11 00 |
Il-laktows u l-ġulepp tal-laktows, li fihom, bil-piż, 99 % jew aktar ta’ laktows, espress bħala laktows anidru, meqjus fuq il-materjal xott. |
|
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 19: Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; il-prodotti ta’ koki ta’ l-għaġina |
||||||||||||||||||||||||
Dan il-kapitolu ma jkoprix, għajr fil-każ tal-prodotti mimlija tat-titolu 1902 , preparazzjonijiet ta’ l-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħm, demm, ħut, jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16). |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Dan il-kapitolu jinkludi l-prodotti komposti li fihom prodotti ta’ l-annimali pproċessati. |
||||||||||||||||||||||
1901 |
Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ ikel mid-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet ta’ l-ikel mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas min 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
Il-preparazzjonijiet kulinari huma inklużi taħt il-Kapitoli 16 u 21. |
||||||||||||||||||||||
Ex19 02 |
Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew b’sustanzi oħra) u jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini, lażanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le. |
Jinkludi preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li fihom prodotti ta’ l-annimali. |
||||||||||||||||||||||
1902 20 (10 ) |
Li fihom iktar minn 20 %, bil-piż, ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
1902 20 (30 ) |
Li fihom iktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett u simili, ta’ laħam u ta’ fdal tal-laħam ta’ kwalunkwe tip, inklużi xaħmijiet ta’ kwalunkwe tip jew oriġini. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
1902 20 (91 ) |
Imsajra |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
1902 20 (99 ) |
Oħrajn [għaġin mimli ieħor, mhux imsajjar]. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
Ex19 05 |
Prodotti ta’ l-għaġina |
Tinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 20: Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż, jew ta’ partijiet oħra ta’ pjanti |
||||||||||||||||||||||||
Dan il-kapitolu ma jkoprix il-preparazzjonijiet ta’ l-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16). |
||||||||||||||||||||||||
Ex20 04 |
Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 . |
Dan il-kapitolu jinkludi l-prodotti komposti li fihom prodotti ta’ l-annimali pproċessati. Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam. |
||||||||||||||||||||||
Ex20 05 |
Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 . |
Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 21: Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel |
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
Dan il-kapitolu jinkludi l-prodotti komposti li fihom prodott ipproċessat ta’ l-annimali. |
||||||||||||||||||||||
Ex21 03 (90 90 ) |
Zlazi u preparazzjoni tagħhom; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta; dqiq u pasta tal-mustarda, u mustarda ppreparata. Oħrajn |
Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam. |
||||||||||||||||||||||
Ex21 04 |
Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet ta’ l-ikel komposti omoġenizzati. |
Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam jew prodotti li joriġinaw mill-annimali skond din id-Deċiżjoni. |
||||||||||||||||||||||
Ex21 05 00 |
Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le. |
Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-ħalib ipproċessat skond din id-Deċiżjoni. |
||||||||||||||||||||||
Ex21 06 |
Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra. |
Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam jew prodotti li joriġinaw mill-annimali skond din id-Deċiżjoni. |
||||||||||||||||||||||
Ex21 06 10 |
Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa. |
Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali skond din id-Deċiżjoni. |
||||||||||||||||||||||
2106 90 (10 ) |
Fondues tal-ġobon |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
2106 90 (98 ) |
Oħrajn |
Jinkludi dawk il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam jew prodotti li joriġinaw mill-annimali skond din id-Deċiżjoni. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 23: Fdal u skart mill-industrija ta’ l-ikel; għalf ta’ l-annimali ppreparat |
||||||||||||||||||||||||
It-titolu 2309 jinkludi l-prodotti ta’ kwalità li jintużaw għall-għalf ta’ l-annimali, li mhumiex speċifikati jew imsemmijin band’oħra, magħmulin permezz ta’ l-ipproċessar ta’ materjali veġetali jew ta’ l-annimali f’tali stat li jkunu jitilfu l-karatteristiċi essenzjali tal-materjal oriġinali, għajr l-iskart veġetali, il-fdal veġetali u l-prodotti sekondarji ta’ pproċessar bħal dan. |
||||||||||||||||||||||||
2301 |
Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew ta’ fdal tal-laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, ta’ molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra, li mhumiex tajbin għall-konsum uman; fdal li ma dabx. |
Jinkludi: proteina pproċessata ta’ l-annimali mhux għall-konsum uman. Pasta tal-laħam u ta’ l-għadam, pasta tar-rix, fdal li ma dabx imnixxef, kollha mhux għall-konsum uman. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-proteina pproċessata ta’ l-annimali huma kif stabbilit fil-Kapitolu II ta’ l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
Ex23 09 |
Preparazzjonijiet ta’ tip li jintużaw għall-għalf ta’ l-annimali. |
Jinkludi ikel ta’ l-annimali domestiċi, mgħid tal-klieb (dog chews) u taħlitiet ta’ pasta. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-ikel ta’ l-annimali domestiċi u għall-mgħid tal-klieb (dog chews) huma kif stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
2309 10 |
Ikel tal-klieb u l-qtates, ippreżentat għall-bejgħ bl-imnut. |
Kollha |
||||||||||||||||||||||
2309 90 |
Oħrajn Dan it-titolu jinkludi prodotti li fihom materjali li jinħallu tal-ħut jew tal-mammiferi marini, prodotti tal-ħalib jew karboidrati oħra. |
Jinkludi l-colostrum u l-ħalib likwidu mhux għall-konsum uman, u l-prodotti li fihom il-ħalib li mhumiex għall-konsum uman. |
||||||||||||||||||||||
2309 90 (99 ) |
Oħrajn |
Jinkludi prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman u prodotti pproċessati oħra li joriġinaw mill-annimali mhux għall-konsum uman. Il-prodotti għal finijiet ta’ għalf ta’ l-annimali, inklużi taħlitiet ta’ pasti (bħal qawqab u qrun eċċ). Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-prodotti tal-bajd huma kif stabbiliti fil-Kapitolu X ta’ l-l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 28: Il-prodotti ta’ l-industrija kimikali jew dawk relatati magħha |
||||||||||||||||||||||||
Ex28 35 |
Fosfinati (ippofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati kemm jekk definiti kimikament jew le. |
Ċerti fosfati tal-kalċju biss huma soġġetti għall-verifiki. |
||||||||||||||||||||||
2835 (25 ) |
Ortofosfat ta’ idroġenu tal-kalċju (fosfat tal-kalċju) (‘fosfat dikalkariku’). |
Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-fosfat dikalkariku huma stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
2835 (26 ) |
Fosfati oħra tal-kalċju. |
Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-fosfat trikalkariku huma kif stabbiliti fil-Kapitolu VIII ta’ l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
Kapitoli 30: Prodotti farmaċewtiċi |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Il-prodotti mediċinali lesti mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni veterinarja għall-importazzjoni. Il-prodotti intermedji derivati mill-materjal tal-kategorija 3 u li huma maħsuba għall-użi tekniċi f’tagħmir mediku, f’dijanjożi in vitro, f’reaġenti tal-laboratorju u fil-kożmetiċi huma inklużi. |
||||||||||||||||||||||
3001 |
Glandoli u organi oħra għal użi organo-terapewtiċi, imnixxfa, magħmulin trab jew le; estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħra jew tat-tnixxijiet tagħhom għal użi organo-terapewtiċi; ħeparina u l-melħ tagħha; sustanzi tal-bniedem jew ta’ l-annimali oħra li jiġu ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra. |
Jinkludi: Materjal derivat mill-annimali biss. Irreferi għar-rekwiżiti ta’ l-għażla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002: Il-Kapitolu IV ta’ l-Anness VIII: id-demm u l-prodotti mid-demm għall-prodotti tekniċi għajr is-serum ta’ l-equidae, u l-Kapitolu XI ta’ l-Anness VIII, il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ l-għalf, inkluż l-ikel għall-annimali domestiċi, u ta’ prodotti tekniċi esklużi l-prodotti intermedjarji kif imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2007/2006/KE (4). |
||||||||||||||||||||||
3001 (10 ) |
Glandoli u organi oħrajn, imnixxfa, magħmulin trab jew le. |
Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss. |
||||||||||||||||||||||
3001 (20 90 ) |
Estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħra jew tat-tnixxijiet tagħhom, oħrajn. |
Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss. |
||||||||||||||||||||||
Ex30 02 |
Demm tal-bniedem; demm ta’ l-annimali li jiġi ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kolturi ta’ mikro-organiżmi (għajr ħmira) u prodotti simili. |
Prodotti li joriġinaw mill-annimali biss. |
||||||||||||||||||||||
3002 (10 10 ) |
Antisera u frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le. |
Antisera li joriġinaw mill-annimali biss. Jeskludi l-prodotti mediċinali ppreparati u lesti għall-konsumatur finali. Taħt it-titolu 3002 ir-rekwiżiti ta’ l-għażla huma bħalma huma għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 9 fi: il-Kapitolu III ta’ l-Anness VII, (il-prodotti tad-demm); il-Kapitolu IV ta’ l-Anness VIII, (demm u prodotti tad-demm għall-prodotti tekniċi); il-Kapitolu V ta’ l-Anness VIII (is-serum ta’ l-equidae). |
||||||||||||||||||||||
3002 (10 99 ) |
Emoglobina, globulini tad-demm u globulini tas-serum. Oħrajn. |
Materjal derivat mill-annimali biss. |
||||||||||||||||||||||
3002 (90 30 ) |
Demm ta’ l-annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi. |
|
||||||||||||||||||||||
Ex30 02 (90 50 ) |
Kolturi ta’ mikro-organiżmi. |
Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni. |
||||||||||||||||||||||
Ex30 02 (90 90 ) |
Oħrajn |
Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 31: Fertilizzanti |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Dan il-kapitolu ma jkoprix id-demm ta’ l-annimali tat-titolu 0511 . |
||||||||||||||||||||||
Ex31010000 |
Fertilizzanti ta’ l-annimali, imħallta flimkien jew ittrattati kimikament jew le; fertilizzanti prodotti bit-taħlit jew bi trattament kimiku ta’ prodotti ta’ l-annimali jew veġetali. |
Prodotti derivati mill-annimali biss f’forma mhux adulterata. Jinkludi d-demel, iżda taħlitiet ta’ demel u kimiċi, u fertilizzanti huma esklużi. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għad-demel, għad-demel ipproċessat jew għall-prodotti mid-demel ipproċessat huma stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 35: Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi |
||||||||||||||||||||||||
Ex35 01 |
Kaseina, kaseinati u derivattivi oħra tal-kaseina; kolol tal-kaseina. |
Kaseina għall-konsum uman jew għal finijiet ta’ għalf ta’ l-annimali. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-ħalib, għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib u għall-colostrum mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
Ex35 02 |
Albumini (inklużi l-konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew aktar, li fihom, bil-piż, aktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusa fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħra ta’ l-albumin. |
Jinkludi l-prodotti derivati mill-bajd u derivati mill-ħalib kemm jekk għall-konsum uman jew mhux għall-konsum uman (inkluż għal finijiet ta’ l-għalf ta’ l-annimali) kif speċifikat aktar ‘l isfel. Il-prodotti tal-bajd u l-prodotti tal-ħalib, u l-prodotti pproċessati għall-konsum uman huma kif iddefiniti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002: il-Kapitolu X ta’ l-Anness VII; u għall-ħalib, il-prodotti bbażati fuq il-ħalib u l-colostrums mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002: il-Kapitolu V ta’ l-Anness VII. |
||||||||||||||||||||||
Ex35 03 00 |
Ġelatina (inkluża l-ġelatina f’folji rettangolari [inklużi dawk kwadri], bil-wiċċ maħdum jew ikkuluriti jew le) u d-derivattivi tal-ġelatina; ġelì ċar; kolol oħra li joriġinaw mill-annimali, għajr il-kolol tal-kaseina tat-titolu 3501 . |
Il-ġelatina għall-konsum uman u għall-industrija ta’ l-ikel. Il-ġelatina taħt it-titolu 9602 , (kapsuli vojta) huma esklużi mill-verifiki veterinarji. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness VII għar-Regolament 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
Ex35040000 |
Peptuni u d-derivattivi tagħhom; sustanzi oħra ta’ proteini u d-derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għall-ġilda (hide powder) ikkromat jew le. |
Collagen u proteini idrolizzati. Ir-rekwiżiti ta’ l-għażla għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata huma stabbiliti fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness VII għar-Regolament 1774/2002 Jinkludi l-prodotti tal-collagen ibbażati fuq il-proteini derivati mill-ġlud u mill-għeruq (tendons) ta’ l-annimali, inkluż l-għadam fil-każ tal-ħnieżer, tat-tjur u tal-ħut. Jinkludi l-proteini idrolizzati li jikkonsistu minn polipeptidi, peptidi jew aċti amminiċi, u taħlitiet tagħhom, miksuba bl-idroliżi tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali. Jinkludi kwalunkwe prodotti sekondarji tal-ħalib għall-konsum uman. |
||||||||||||||||||||||
Ex35 07 |
Enżimi; enżimi ppreparati li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra. |
Rennet u konċentrati għall-konsum uman |
||||||||||||||||||||||
3507 10 00 |
Rennet u konċentrati tagħha. |
|
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 41: Ġlud mhux maħdumin (għajr ferijiet) u ġilda |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Ġlud ta’ annimali bid-dwiefer u ta’ l-għasafar biss taħt it-titoli 4101 , 4102 , 4103 . Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla għall-ġlud ta’ annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 l-Anness VIII Kapitolu VI. |
||||||||||||||||||||||
4101 |
Ġlud mhux maħdumin ta’ bhejjem ta’ l-ifrat (bovini) (inkluż il-buflu) jew ta’ annimali ekwini (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċtu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar) bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le. |
Il-verifiki veterinarji japplikaw biss għall-ġlud friski, imkessħa jew ittrattati. Jinkludi ġlud imnixxfa, immelħin fix-xott, immelħin fin-niedi, jew ippreservati bi proċess għajr l-ikkunzar. |
||||||||||||||||||||||
4102 |
Ġlud mhux maħdumin tan-nagħaġ jew tal-ħrief (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċtu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar) bis-suf jew maqsumin jew le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1 (c) għal dan il-Kapitolu. |
Japplika biss għal ġlud friski, imkessħa jew ittrattati. Jinkludi ġlud imnixxfa, immelħin fix-xott, immelħin fin-niedi, jew ippreservati bi proċess għajr l-ikkunzar. |
||||||||||||||||||||||
4103 |
Ġlud mhux maħdumin oħra (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċitu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar, bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1 (b) jew 1 (c) għal dan il-Kapitolu. |
Jinkludi biss ġlud friski, imkessħa jew ittrattati. Jinkludi ġlud ta’ għasafar jew ħut u possibilment trofej tal-kaċċa. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 42: Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż ta’ l-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana ta’ l-annimali (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir) |
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
4205 00 00 |
Oġġetti oħra tal-ġilda jew tal-ġilda artifiċjali. |
Jinkludi materjali għall-manifattura ta’ mgħid għall-klieb (dog chews). |
||||||||||||||||||||||
Ex42 06 |
Oġġetti mill-imsaren (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir) tal-goldbeater’s skin, mill-bżieżaq jew mill-għeruq. |
Jinkludi wkoll materjal għall-manifattura ta’ mgħid għall-klieb (dog chews). |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 43: Ġild tal-fer u fer artifiċjali; manifatturi tagħhom |
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
Ex43 01 |
Ferijiet mhux maħduma (bl-irjus, bid-dnub, bis-saqajn u b’biċċiet jew qatgħat oħra, tajbin għall-użu ta’ min jaħdem il-fer), għajr il-ġlud mhux maħdumin tat-titoli 4101 , 4102 jew 4103 . |
Ta’ l-għasafar jew ta’ l-annimali bid-dwiefer biss. |
||||||||||||||||||||||
4301 (30 00 ) |
Tal-ħrief, li ġejjin: ta’ l-Astrakan, Broadtail, tal-Karakul, il-Persjani u ħrief simili, jew ta’ ħrief Indjani, Ċiniżi, Mongoli jew Tibetani, sħaħ, bir-ras, bid-denb jew bis-saqajn jew le. |
Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla għall-ġlud ta’ l-annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
||||||||||||||||||||||
4301 (80 80 ) |
Oħrajn |
Ta’ l-għasafar jew ta’ l-annimali bid-dwiefer biss. |
||||||||||||||||||||||
4301 (90 00 ) |
Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħra tajbin għall-użu ta’ min jaħdem il-fer. |
|
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 51: Suf, xagħar fin jew aħrax ta’ l-annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin |
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
Għat-titoli 5101 -5103 . Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-għażla għas-suf, għal-lanżit tal-ħnieżer, għar-rix u għal partijiet mir-rix huma stabbiliti fil-Kapitolu VIII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. “Mhux ipproċessat” hija kif ġiet iddefinita għall-prodott rilevanti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 ta’ hawn fuq. |
||||||||||||||||||||||
5101 |
Suf, mhux imqardex jew mimxut. |
Suf mhux ipproċessat |
||||||||||||||||||||||
5102 |
Xagħar fin jew aħrax ta’ l-annimali, mhux imqardex jew mimxut. |
Xagħar mhux ipproċessat |
||||||||||||||||||||||
Ex51 03 |
Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax ta’ l-annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda eskluż materjal garnetted. |
Suf mhux ipproċessat |
||||||||||||||||||||||
5103 (10 10 ) |
Suf li jibqa’ fil-moxt tat-trixtil mhux karbonizzat. |
Suf mhux ipproċessat |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 95: Ġugarelli, logħob u rekwiżiti ta’ l-isports; bċejjeċ u aċċessorji tagħhom |
||||||||||||||||||||||||
Ex95 08 |
Karużelli, bandli, postijiet għall-isparar fuq il-bersalji (shooting galleries) u logħob ieħor tal-luna park; ċirkli li jivvjaġġaw; postijiet mhux fissi fejn jitqiegħdu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (travelling menageries); teatri li jivvjaġġaw. |
Ċirkli u postijiet fejn jitqiegħdu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (menageries) b’annimali ħajjin. |
||||||||||||||||||||||
9508 10 |
Ċirkli li jivvjaġġaw u postijiet mhux fissi fejn jitqiegħdu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (travelling menageries). |
Ċirkli u postijiet fejn jitqiegħdu annimali taċ-ċirkli jew tal-wirjiet (menageries) b’annimali ħajjin. |
||||||||||||||||||||||
Kapitolu 97: Xogħlijiet ta’ l-arti, bċejjeċ tal-kollezzjoni u antikitajiet |
||||||||||||||||||||||||
Ex97050000 |
Kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjonisti ta’ interess żoologiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, storiku, arkeoloġiku, paleontoloġiku, etnolografiku jew numiżmatiku. |
Prodotti derivati mill-annimali biss. Ir-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-għażla għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Jeskludi t-trofej tal-kaċċa minn annimali bid-dwiefer jew minn għasafar li jkunu għaddew minn trattament komplut ta’ tassidermija sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tagħhom f’temperaturi ambjentali, u trofej tal-kaċċa minn speċijiet oħra għajr l-annimali bid-dwiefer u l-għasafar (ittrattati jew mhux ittrattati). |
(1) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.
(2) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
ANNESS II
L-oġġetti ta’ l-ikel li mhumiex soġġetti għal verifiki veterinarji skond id-Direttiva 97/78/KE skond l-Artikolu 6.1. (b) ta’ din id-Deċiżjoni
|
Gallettini |
|
Ħobż |
|
Kejkijiet |
|
Ċikkulata |
|
Ħlewwiet (inkluż il-ħelu) |
|
Kapsuli tal-ġelatina mhux mimlija |
|
Supplimenti ta’ l-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom ammonti żgħar ta’ prodott ta’ l-annimali, u dawk li jinkludu l-glucosamine, il-chondroitin, jew il-chitosan. |
|
Estratti tal-laħam u konċentrati tal-laħam. |
|
Żebbuġ mimli bil-ħut. |
|
Għaġin u taljarini mhux imħallta jew mimlija bi prodott tal-laħam. |
|
Stokk tas-sopop u ħwawar ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom estratti tal-laħam, konċentrati tal-laħam, xaħmijiet ta’ l-annimali, jew żjut, trabijiet jew estratti tal-ħut. |