Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0022

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2006/875/KE li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007 (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6971) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 7, 12.1.2007, p. 46–46 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 32–32 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/22(1)/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta' Diċembru 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/875/KE li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007

    (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6971)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/22/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(6) u l-Artikoli 29 u 32 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni 2006/875/KE li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007 (2), il-Kummissjoni approvat il-programmi sottomessi mill-Istati Membri li jidhru fil-lista tal-programmi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/687/KE (3).

    (2)

    Għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva n-nefqa kollha ppreżentata għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata f'ewro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (4), ir-rata tal-konverżjoni għan-nefqa f'munita li mhux ewro għandha tkun ir-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Istat Membru kkonċernat.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2006/875/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikoli 17 u 18 tad-Deċiżjoni 2006/875/KE huma mibdula b'dan li ġej: -

    “Artikolu 17

    In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata f'ewro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

    Artikolu 18

    Meta n-nefqa ta' Stat Membru tkun f'munita li mhux l-ewro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f'ewro billi japplika r-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Istat Membru”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/53 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

    (2)  ĠU L 337, 5.12.2006, p. 14.

    (3)  ĠU L 282, 13.10.2006, p. 52.

    (4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).


    Top