EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0019

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 li tapprova l-pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer skond id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6858) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 7, 12.1.2007, p. 38–40 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 24–26 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2021; Imħassar b' 32020R0687

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/19(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

li tapprova l-pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer skond id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6858)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/19/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 22(3) u t-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 29(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/89/KE tistipula miżuri minimi ta' kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer, kif ukoll ċertu miżuri preventivi mmirati lejn it-tisħiħ ta' l-għarfien u t-tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola fir-rigward ta' dik il-marda. Skond din id-Direttiva, il-pjanijiet ta' kontinġenza ta' l-Istati Membri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer għandom jiġu approvati mill-Kummissjoni.

(2)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/431/KE tad-29 ta' April 2004 li tapprova ċerti pjanijiet ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (2) approvat dawn il-pjanijiet ta' kontinġenza għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u dawn l-Istati Membri huma mniżżla fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jissieħbu fl-UE fl-1 ta' Jannar 2007. Għalhekk, il-Bulgarija u r-Rumanija ppreżentaw il-pjanijiet ta' kontinġenża tagħhom għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

(4)

Dawn il-pjanijiet ta' kontinġenza kif emendati mill-Bulgarija u r-Rumanija skond is-suġġerimenti magħmula tul il-valutazzjoni tagħhom, jissodisfaw il-kriterji stipulati fid-Direttiva 2001/89/KE u, suġġetti għal aġġornament regolari u implimentazzjoni effettiva, jippermettu lill-għanijiet mixtieqa ta' dik id-Direttiva li jintlaħqu u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(5)

Għal skopijiet ta' ċarezza fil-leġislazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 2004/431/KEE għandha tiġi rrevokata u mibdula b'din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjanijiet ta' kontinġenza ppreżentati mill-Bulgarija lill-Kummissjoni fis-7 ta' Novembru 2006 għall-kontroll tad-deni tal-ħnieżer huma approvati.

Artikolu 2

Il-pjanijiet ta' kontinġenza ppreżentati mill-Rumanija lill-Kummissjoni fid-9 ta' Novembru 2006 għall-kontroll tad-deni tal-ħnieżer huma approvati.

Artikolu 3

L-Anness jistabbilixxi lista ta' l-Istati Membri li kellhom il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom approvati għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer skond id-Direttiva 2001/89/KE.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2004/431/KE hija rrevokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika suġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2004.

(2)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 41, corrigendum mill-ĠU L 189, 27.5.2004, p. 31).


ANNESS

Lista ta' l-Istati Membri kif imsemmijin fl-Artikolu 3

Kodiċi

Pajjiż

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

EE

L-Estonja

HU

L-Ungerija

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

MT

Malta

PL

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja


Top