This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1320
Commission Regulation (EC) No 1320/2006 of 5 September 2006 laying down rules for the transition to the rural development support provided for in Council Regulation (EC) No 1698/2005
1320/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1320/2006 tal- 5 ta’ Settembru 2006 li jistabbilixxi regoli għat-tranżizzjoni għall-għajnuna għall-iżvilupp rurali prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
1320/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1320/2006 tal- 5 ta’ Settembru 2006 li jistabbilixxi regoli għat-tranżizzjoni għall-għajnuna għall-iżvilupp rurali prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
ĠU L 243, 6.9.2006, p. 6–19
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 119–132
(MT)
In force
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
119 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1320/2006
tal-5 ta’ Settembru 2006
li jistabbilixxi regoli għat-tranżizzjoni għall-għajnuna għall-iżvilupp rurali prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 32(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 92(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) (2), irrevokati mill-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 mill-1 ta’ Jannar 2007, għandhom jibqgħu japplikaw għall-azzjonijiet approvati mill-Kummissjoni skond dawk id-dispożizzjonijiet qabel l-1 ta’ Jannar 2007. |
(2) |
Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-iskemi ta’ għajnuna eżistenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għall-iskema ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li tkopri l-perjodu ta’ pprogrammar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2007 (il-perjodu ta’ pprogrammar ġdid), ir-regoli ta’ tranżizzjoni għandhom jiġu adottati sabiex jiġu evitati kwalunkwe diffikultajiet jew dewmien fl-implimentazzjoni ta’ l-appoġġ għall-iżvilupp rurali waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
(3) |
L-appoġġ għall-iżvilupp rurali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jkopri l-perjodu ta’ pprogramar ġdid, billi l-appoġġ għall-iżvilupp rurali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jkopri l-perjodu ta’ pprogrammar li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006 (il-perjodu ta’ pprogramar kurrenti). Skond is-sors ta’ l-iffinanzjar involvut u r-regoli ta’ l-immaniġġjar finanzjarju tiegħu fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti kif previsiti fl-Artikoli 35 u 36 u l-Artikolu 47b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, għandha ssir distinzjoni bejn appoġġ mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG ibbażata fuq approprjazzjonijiet tal-baġit mhux differenzjati u s-sena finanzjarja li tagħlaq fil-15 ta’ Ottubru 2006 fl-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwit fit-30 ta’ April 2004 min-naħa, u appoġġ ieħor mis-Sezzjoni tal-Gwida u l-Garanziji għall-Istati Membri kollha skond l-Artikoli 29 sa 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxu dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (3) min-naħa l-oħra. Fil-każ ta’ l-aħħar id-data finali ta’ eliġibbiltà għall-infiq hija ffissata fid-Deċiżjonijiet li japprovaw l-appoġġ tal-Komunità. |
(4) |
Għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali ffinanzjat mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG u li għandu x’jaqsam ma’ l-ipprogrammar fl-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwit fit-30 ta’ April 2004, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni għall-pagamenti mis-16 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2006, kif ukoll għall-impenji lill-benefiċjarji fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti li għalih il-pagamenti jistgħu jsiru wara l-31 ta’ Diċembru 2006 waqt il-perjodu ta’ pprogrammr ġdid. |
(5) |
Għal appoġġ ieħor mis-Sezzjoni tal-Gwida u l-Garanziji tal-FAEGG fl-Istati Membri kollha kkonċernati kif previst fl-Artikoli 29 sa 32 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, minħabba li l-perjodi ta’ pprogrammar kurrenti u ġdid jaħbtu flimkien, mill-1 ta’ Jannar 2007 sad-data finali ta’ eliġibbiltà għall-infiq ffissata mid-Deċiżjonijiet li japprovaw l-appoġġ tal-Komunità, numru ta’ arranġamenti ta’ tranżizzjoni għandhom isiru f’termini ta’ prinċipji ġenerali u fir-rigward ta’ ċerti miżuri dwar żvilupp rurali, inklużi dawk li jinvolvu impenji multiannwali. Għal żoni żvantaġġati u agro-ambjent, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa (4) jipprovdi għall-applikazzjoni ta’ prassi tal-biedja tajba fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. B’mod aktar partikolari għall-agri-ambjent, l-Artikolu 21(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) (5) jippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-impenji agri-ambjentali fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti. |
(6) |
Hemm bżonn li tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn iż-żewġ perjodi ta’ pprogrammar rigward id-deroga li tikkonċerna konformità ma’ l-istandards Komunitarji skond l-Artikolu 33l(2a) u (2b) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (“l-Istati Membri ġodda”). |
(7) |
Sabiex tkun garantita implimentazzjoni aħjar tal-perjodu ta’ pprogrammar ġdid rigward l-agri-ambjent u l-benessri ta’ l-annimali, l-Istati Membri għandhom jitħallew jawtorizzaw it-trasformazzjoni ta’ impenn agri-ambjentali jew dwar il-benessri ta’ l-annimali li jkunu daħlu għalih skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 għal impenn ġdid għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin bħala regola ġenerali skond ir- Regolament (KE) Nru 1698/2005 dejjem jekk l-impenn ġdid huwa ta’ benefiċċju għall-ambjent jew għall-benessri ta’ l-annimali. |
(8) |
Hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli ta’ tranżizzjoni speċifiċi dwar infiq li għandu x’jaqsam ma’ assistenza teknika, inklużi evalwazzjonijiet ex ante u ex post għat-tipi kollha ta’ pprogrammar. |
(9) |
It-tranżizzjoni għall-perjodu ta’ pprogrammar ġdid għandha tiġi żgurata għal ċerti miżuri li jinvolvu impenji multiannwali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u ta’ lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-Adeżjoni (6) fl-Istati Membri ġodda. |
(10) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet ta’ tranżizzjoni jkunu definiti b’mod ċar permezz tas-sistemi ta’ l-immaniġġjar u l-kontroll tagħhom. Dan huwa partikolarment kruċjali għal ċerti tipi ta’ appoġġ fl-Istati Membri kollha għall- immaniġġjar finanzjarju sod u biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ finanzjar doppju minħabba li l-perjodi ta’ pprogrammar jaħbtu flimkien mill-1 ta’ Janar 2007 sad-data finali ta’ eliġibbiltà għall-infiq iffissata fid-Deċiżjonijiet li japprovaw l-appoġġ Komunitarju. |
(11) |
Tabella ta’ korrelazzjoni għal miżuri skond il-perjodu ta’ pprogrammar ġdid u dak kurrenti għandha tkun disponibbli sabiex tidentifika b’mod ċar il-miżuri għall-iżvilupp rurali matul iż-żewġ perjodi ta’ pprogrammar. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula regoli speċifiċi biex jiffaċilita t-tranżizzjoni mill-ipprogrammar ta’ l-iżvilupp rurali skond ir-Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u (KE) Nru 1268/1999 għal dak stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“miżuri ko-finanzjati mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG” tfisser miżuri għall-iżvilupp rurali kif previsti fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999, ko-finanzjati mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG) u applikabbli fl-Istati Membri tal-Komunità kif stabbilit fit-30 ta’ April 2004; |
(b) |
“miżuri ko-finanzjati mis-Sezzjoni ta’ Gwida u/jew mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG” tfisser:
|
(c) |
“Stati Membri ġodda” tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja; |
(d) |
“perjodu ta’ pprogrammar kurrenti” tfisser il-perjodu ta’ pprogrammar skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006; |
(e) |
“perjodu ta’ pprogrammar ġdid” tfisser il-perjodu ta’ pprogrammar skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li jibda fl-1 ta’ Jannar 2007; |
(f) |
“impenji” tfisser impenji legali meħuda għal benefiċjarji ta’ miżuri għall-iżvilupp rurali mill-Istati Membri; |
(g) |
“pagamenti” tfisser pagamenti magħmula lil benefiċjarji ta’ miżuri għall-iżvilupp rurali mill-Istati Membri; |
(h) |
“impenji multiannwali” tfisser impenji li għandhom x’jaqsmu ma’:
|
TITOLU II
REGOLI TRANŻIZZJONALI GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1257/1999
KAPITOLU 1
Miżuri ko-finanzjati mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG
Artikolu 3
1. Pagamenti mħallsa bejn is-16 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2006 skond il-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti għandhom ikunu eliġibbli skond il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skond l-Artikolu 39(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (7) biss jekk dawn isiru wara l-finalizzazzjoni tal-pagamenti awtorizzati skond it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 39(1)(a) ta’ dak ir-Regolament.
Pagamenti eligibbli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddikjarati lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2007, irrispettivament mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-programm ta’ l-iżvilupp rurali kkonċernat. Il-pagament mill-Kummissjoni, madankollu, għandu jsir biss meta l-programm ikun ġie approvat.
2. L-ispiża relatata ma’ l-impenji meħuda fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti bil-pagamenti li għandhom jitħallsu wara l-31 ta’ Diċembru 2006 għandhom ikunu eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid.
Madankollu, pagamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ impenji mhux multiannwali meħuda sal-31 ta’ Diċembru 2006 jridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għal eliġibbiltà tal-perjodu ta’ pprogrammar ġdid jekk dawn jestendu wara l-31 ta’ Diċembru 2008.
Programmi ta’ l-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ pprogrammar ġdid għandhom jagħmlu provvediment għall-ispiża msemmija fl-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU 2
Miżuri ko-finanzjati mis-Sezzjoni ta’ Gwida u/jew mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG
Sezzjoni 1
Regoli komuni
Artikolu 4
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri jistgħu jkomplu, fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti, jieħdu impenji u jħallsu pagamenti mill-1 ta’ Jannar 2007 sad-data finali ta’ eliġibbiltà għall-ispiża ffissata fid-Deċiżjonijiet li japprovaw l-appoġġ Komunitarju għall-programmi operazzjonali jew dokumenti ta’ l-ipprogrammar ta’ l-iżvilupp rurali.
Madankollu, għal xi tip ta’ miżuri jew sub-miżuri kif elenkati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jibdew jieħdu impenji skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 mid-data li minnha ma jittieħed l-ebda impenn fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti fuq livell ta’ programm f’konformità ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
It-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma jistax japplika għat-tranżizzjoni mill-Inizjattiva Komunitarja Leader għall-Assi Leader tal-perjodu ta’ pprogrammar ġdid fejn l-istrateġiji integrati għall-iżvilupp lokali, li jridu jiġu implimentati minn gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li huma magħżula għall-perjodu ta’ pprogrammar ġdid, huma ġodda u/jew l-istess territorju rurali ma bbenefikax mill-Inizjattiva Komunitarja Leader.
2. L-ispiża li tikkonċerna l-impenji meħuda fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti bil-pagamenti li għandhom jitħallsu wara d-data finali ta’ l-eliġibbiltà għall-infiq ta’ dak il-perjodu ta’ pprogrammar għandha tkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid soġġetta għall-Artikoli 7 u 8.
Artikolu 5
1. Fil-każ ta’ miżuri dwar l-agri-ambjent u l-benessri ta’ l-annimali fl-Istati Membri ġodda, l-infiq biss li għandu x’jaqsam ma’ l-impenji meħuda sal-31 ta’ Diċembru 2006 fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti li għalih il-pagamenti għandhom jitħallsu wara dik id-data għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid.
2. L-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid:
(a) |
mid-data finali ta’ l-eliġibbiltà għall-infiq fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti, fejn il-pagamenti jkomplu wara dik id-data; jew |
(b) |
minn data qabel id-data msemmija fil-punt (a) iżda wara l-1 ta’ Jannar 2007, fejn l-ammont allokat għall-programm u/jew miżura diġà ġie użat. |
Programmi ta’ l-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ pprogrammar ġdid għandhom jagħmlu provvediment għall-infiq imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 6
1. L-infiq li jsir minħabba impenji li jikkonċernaw konċessjonijiet ta’ kumpens f’żoni żvantaġġati fi Stati Membri ġodda u li jirreferi għal mhux aktar tard mis-sena 2006 jista’ jiġi dikjarat sad-data finali ta’ l-eliġibbiltà għall-infiq fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti.
Madankollu, fejn l-ammont allokat għall-programm u/jew il-miżura jintuża qabel id-data finali msemmija fl-ewwel subparagrafu iżda wara l-1 ta’ Jannar 2007, l-infiq li jifdal b’referenza għall-impenji relatati għal mhux aktar tard mis-sena 2006 għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid, dejjem jekk il-programm ta’ l-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ pprogrammar ġdid jagħmel provvediment għal infiq bħal dan.
2. L-infiq li ġej minn impenji li jikkonċernaw konċessjonijiet ta’ kumpens f’żoni żvantaġġati fl-Istati Membri ġodda għas-snin 2007 u 2008 għandu jiġi mgħoddi lill-FAEŻR u għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
Artikolu 7
1. L-infiq li jikkonċerna impenji multiannwali minbarra dak għall-agri-ambjent u l-benessri ta’ l-annimali b’pagamenti li jridu jsiru wara d-data finali ta’ l-eliġibbiltà għall-infiq fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid.
2. L-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid-:
(a) |
mid-data finali ta’ l-eliġibbiltà għall-infiq fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti, fejn il-pagamenti jkomplu wara dik id-data; jew |
(b) |
mid-data qabel id-data msemmija f’punt (a) iżda wara l-1 ta’ Jannar 2007, fejn l-ammont allokat għall-programm u/jew il-miżura jkun diġà intuża. |
Programmi ta’ l-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ pprogrammar ġdid iridu jagħmlu provvediment għall-infiq imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 8
1. Għal operazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ impenji mhux multiannwali li għalihom l-impenji lill-benefiċjarji ttieħdu qabel id-data finali ta’ l-eliġibbiltà għall-infiq fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti, kwalunkwe infiq li għandu x’jaqsam ma’ pagamenti li jibqgħu mhux imħallsa wara d-data għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid minn dik id-data, sakemm:
(a) |
l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri taqsam l-operazzjonijiet f’żewġ stadji finanzjarji u fiżiċi jew ta’ żvilupp distinti u identifikabbli korrispondenti għaż-żewġ perjodi ta’ pprogrammar; |
(b) |
il-kundizzjonijiet tal-ko-finanzjament u ta’ l-eliġibbiltà għall-operazzjonijiet fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid jintlaħqu. |
2. Jekk il-fondi għall-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti jintnefqu sa data qabel id-data finali msemmija fil-paragrafu 1, l-infiq relatat ma’ pagamenti li għad iridu jsiru wara dik id-data ta’ qabel għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid, sakemm il-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1 jintlaħqu.
3. L-Istati Membri għandhom iniżżlu fil-programmi ta’ l-iżvilupp rurali tagħhom skond il-perjodu ta’ pprogrammar ġdid jekk jużaw il-possibilitajiet imsemmija f’paragrafi 1 u 2 għall-miżuri konċernati.
Sezzjoni 2
Regoli speċifiċi għal Stati Membri ġodda
Artikolu 9
Rigward konformità ma’ l-istandards Komunitarji skond l-Artikolu 33l(2a) u (2b) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-infiq relatat ma’ pagamenti li għad iridu jitħallsu rigward impenji lill-benefiċjarji meħuda sad-data finali ta’ l-eliġibbiltà għall-infiq fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid, sakemm il-programm ta’ l-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ pprogrammar ġdid jagħmel provvediment għal infiq bħal dan.
Artikolu 10
L-ebda pagamenti rigward il-miżuri li ġejjin m’għandhom ikunu eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid:
(a) |
servizzi ta’ konsulenza u estensjoni agrikola kif imsemmija fl-Artikolu 33g tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999; |
(b) |
komplementi għall-pagamenti diretti kif imsemmija fl-Artikolu 33h tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999; |
(c) |
komplementi għall-għajnuna Statali f’Malta kif imsemmija fl-Artikolu 33i tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999; |
(d) |
għajnuna lill-bdiewa full-time f’Malta kif imsemmija fl-Artikolu 33j tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. |
KAPITOLU 3
Provvediment speċifiku għall-agri-ambjent u l-benessri ta’ l-annimali
Artikolu 11
Qabel ma jagħlaq perjodu għat-twettiq ta’ impenn meħud skond il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-trasformazzjoni ta’ dak l-impenn f’impenn ġdid għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin bħala regola ġenerali taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 sakemm:
(a) |
kull tali trasformazzjoni tkun ta’ benefiċċju garantit għall-ambjent jew għall-benessri ta’ l-annimali; u |
(b) |
l-impenn eżistenti huwa msaħħaħ b’mod sinjifikanti. |
KAPITOLU 4
Infiq taħt l-assistenza teknika
Sezzjoni 1
Infiq relatat ma’ miżuri ko-finanzjati mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG
Artikolu 12
1. L-infiq relatat ma’ l-evalwazzjoni ex ante tal-perjodu ta’ pprogrammar ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jista’ jintalab li jitħallas mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG taħt il-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 39(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, sakemm il-limitu ta’ 1 % msemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 817/2004 jiġi rispettat.
2. L-infiq relatat ma’ l-evalwazzjoni ex post tal-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti kif imsemmi fl-Artikolu 64 tar-Regolament (KE) Nru 817/2004 għandu jkun eliġibbli skond il-komponent ta’ l-assistenza teknika tal-programm ta’ l-iżvilupp rurali fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid, sakemm jikkonforma mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u sakemm il-programm jagħmel provvediment għal dan il-għan.
Sezzjoni 2
Infiq għal miżuri ko-finanzjati mis-Sezzjoni ta’ Gwida u/jew Sezzjoni tal-Garanziji tal-FAEGG
Artikolu 13
1. L-infiq skond il-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti li jsir wara d-data finali ta’ eliġibbiltà għall-infiq ta’ dak il-perjodu ta’ pprogrammar u li jirreferi għall-operazzjonijiet koperti mill-punti 2 u 3 tar-Regola Nru 11 ta’ l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000 (8), bl-eċċezzjoni ta’ evalwazzjonijiet ex post, verifiki u tfassil tar-rapporti finali, m’għandux ikun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid.
2. L-infiq skond il-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti li jsir sad-data finali ta’ eliġibbiltà għall-infiq ta’ dak il-perjodu ta’ pprogrammar u li jirreferi għall-operazzjonijiet koperti mill-ewwel inċiż tal-punt 2.1 u mill-punt 3 tar-Regola Nru 11 ta’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1685/2000, inklużi evalwazzjonijiet ex ante msemmija fl-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għall-preparazzjoni tal-programmi ta’ l-iżvilupp rurali skond il-perjodu ta’ pprogrammar ġdid, għandu jkun, soġġett għall-kundizzjonijiet imniżżla fil-punti 2,2 sa 2,7 u 3 ta’ dik ir-Regola, eliġibbli skond il-komponent ta’ l-assistenza teknika fil-programmi operazzjonali kurrenti jew id-dokumenti ta’ l-ipprogrammar ta’ l-iżvilupp rurali.
3. L-infiq għall-valutazzjonijiet ex post tal-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jista’ jkun eliġibbli skond il-FAEŻR taħt il-komponent tal-programmi ta’ l-assistenza teknika fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid, sakemm dan ikun konformi mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u sakemm il-programm jagħmel provvediment għal dan il-għan.
TITOLU III
REGOLI TA’ TRANŻIZZJONI GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1268/1999
Artikolu 14
Rigward il-miżuri msemmija fir-raba’, fis-seba’ u fl-erbatax-il inċiż ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999, l-infiq relatat ma’ pagamenti li jridu jitħallsu wara l-31 ta’ Diċembru 2006 għandu jkun eliġibbli skond il-FAEŻR fil-perjodu ta’ pprogrammar ġdid sakemm il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jintlaħqu u sakemm il-programm skond il-perjodu ta’ pprogrammar ġdid jagħmel provvediment għal dan il-għan.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tranżizzjonali li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ikunu identifikati b’mod ċar permezz tas-sistemi ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll tagħhom.
Artikolu 16
It-tabella ta’ korrelazzjoni għall-miżuri skond il-perjodu ta’ pprogrammar kemm ġdid kif ukoll kurrenti hija mniżżla fl-Anness II.
Artikolu 17
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Settembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2223/2004 (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 1).
(3) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3).
(4) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2006 (ĠU L 208, 29.7.2006, p. 3).
(5) ĠU L 153, 30.4.2004, p. 30; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 231, 30.6.2004, p. 24). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1360/2005 (ĠU L 214, 19.8.2005, p. 55).
(6) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2112/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23).
(7) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(8) ĠU L 193, 29.7.2000, p. 39.
ANNESS I
Tipi ta’ miżuri jew sottomiżuri għall-iżvilupp rurali msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1):
— |
taħriġ, |
— |
stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, |
— |
irtirar kmieni (Stati Membri ġodda), |
— |
użu ta’ servizzi ta’ konsulenza (Stati Membri ġodda), |
— |
twaqqif ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ mmaniġġjar u ta’ sostituzzjoni (Stati Membri kollha kkonċernati)/provvediment ta’ servizzi ta’ konsulenza u estensjoni (Stati Membri ġodda), |
— |
investimenti fi stabbilimenti agrikoli, |
— |
investimenti fil-foresti, |
— |
ipproċessar/tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli u forestali, |
— |
titjib ta’ l-art, tqassim mill-ġdid, immaniġġjar ta’ riżorsi ta’ l-ilma, infrastruttura agrikola, |
— |
azzjonijiet ta’ restawr u prevenzjoni għall-potenzjal ta’ produzzjoni agrikola mġarraf minħabba diżastri naturali, |
— |
tilħiq ta’ standards Komunitarji/konformità ma’ standards Komunitarji (Stati Membri ġodda) — standards varji, |
— |
skemi tal-kwalità ta’ l-ikel (Stati Membri ġodda) — skemi varji, |
— |
promozzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità mill-gruppi tal-produtturi (Stati Membri ġodda), |
— |
irziezet ta’semisussistenza (Stati Membri ġodda), |
— |
twaqqif ta’ gruppi tal-produtturi (Stati Membri ġodda), |
— |
żoni taħt restrizzjonijiet ambjentali/pagamenti Natura 2000 (Stati Membri ġodda), |
— |
protezzjoni ta’ l-ambjent b’konnessjoni ma’ l-agrikoltura/forestrija, |
— |
afforestazzjoni ta’ art agrikola (Stati Membri ġodda), |
— |
afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola, |
— |
stabbiltà ekoloġika tal-foresti, |
— |
azzjonijiet ta’ restawr-prevenzjoni rigward forestrija/kostruzzjonijiet għat-twaqqif tan-nirien, |
— |
diversifikazzjoni barra mill-irziezet, |
— |
attivitajiet ta’ snajja’/turiżmu, |
— |
servizzi bażiċi — servizzi varji, |
— |
rinnovazzjoni/tiġdid u żvilupp tal-villaġġi — bosta tipi ta’ operazzjonijiet, |
— |
wirt rurali — bosta tipi ta’ operazzjonijiet, |
— |
leader — tmexxija ta’ gruppi ta’ azzjoni lokali u bosta tipi ta’ operazzjonijiet taħt l-istrateġiji ta’ żvilupp u kooperazzjoni lokali (ħlief l-akkwist ta’ ħiliet u azzjonijiet ta’ animazzjoni). |
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni għall-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999, ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005
Miżuri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 |
Kodiċi taħt ir-Regolament (KE) Nru 817/2004 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2004 (1) |
Kategoriji taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001 (2) |
Assi u miżuri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 |
Kodiċi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 |
|
Assi 1 |
|||
Taħriġ. Artikolu 9 |
(c) |
113 u 128 |
Artikolu 20(a)(i) u Artikolu 21: Taħriġ u informazzjoni |
111 |
Stabbiliment ta’ Bdiewa Żgħażagħ. Artikolu 8 |
(b) |
112 |
Artikolu 20(a)(ii) u Artikolu 22: Stabbiliment ta’ Bdiewa Żgħażagħ |
112 |
Irtirar kmieni. Artikoli 10, 11 u 12 |
(d) |
/ |
Artikolu 20(a)(iii) u Artikolu 23: Irtirar kmieni |
113 |
Użu ta’ servizzi ta’ konsulenza. Artikolu 21d |
(y) |
/ |
Artikolu 20(a)(iv) u Artikolu 24: Użu ta’ servizzi ta’ konsulenza |
114 |
Twaqqif ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ mmaniġġjar u ta’ sostituzzjoni. Artikolu 33, it-tielet inċiż. Dispożizzjoni għal servizzi ta’ konsulenza u ta’ estensjoni. Artikolu 33g |
(l) |
1303 |
Artikolu 20(a)(v) u Artikolu 25: Twaqqif ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ mmaniġġjar u ta’ sostituzzjoni |
115 |
Investimenti fi stabbilimenti agrikoli. Artikoli 4 sa 7 |
(a) |
111 |
Artikolu 20(b)(i) u Artikolu 26: Immodernizzar ta’ stabbilimenti agrikoli |
121 |
Investimenti fil-foresti biex jitjieb il-valur ekonomiku, it-twaqqif ta’ assoċjazzjonijiet forestali. Artikolu 30(1), it-tieni u l-ħames inċiż |
(i) |
121 124 |
Artikolu 20(b)(ii) u Artikolu 27: Titjib tal-valur ekonomku tal-foresti |
122 |
Ipproċessar u tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli u forestali, promozzjoni ta’ opportunitajiet ġodda għal prodotti forestali. Artikoli 25 sa 28 u Artikolu 30(1), it-tielet u r-raba’ inċiż. |
(g) |
114 |
Artikolu 20(b)(iii) u Artikolu 28: Żieda fil-valur ta’ prodotti agrikoli u forestali |
123 |
(i) |
122 |
|||
Tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ kwalità u t-twaqqif ta’ skemi tal-kwalità. Artikolu 33, ir-raba’ inċiż |
(m) |
123 |
||
|
|
|
Artikolu 20(b)(iv) u Artikolu 29: Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-proċessi tal-prodotti ġodda |
124 |
Titjib ta’ l-art, tqassim mill-ġdid, immaniġġjar ta’ riżorsi ta’ l-ilma, infrastruttura agrikola. Artikolu 33, l-ewwel, it-tieni, it-tmien u d-disa’ inċiż |
(j) |
1301 |
Artikolu 20(b)(v) u Artikolu 30: Infrastruttura agrikola u forestali |
125 |
(k) |
1302 |
|||
(q) |
1308 |
|||
(r) |
1309 |
|||
Strumenti ta’ restawr u prevenzjoni. Artikolu 33, it-tnax-il inċiż |
(u) |
1313 |
Artikolu 20(b)(vi): Azzjonijiet ta’ restawr u prevenzjoni |
126 |
Tilħiq ta’ standards Artikoli 21b u 21c. Osservanza ta’ l-istandards Artikolu 33l(2a) u (2b) |
(x) |
/ |
Artikolu 20(c)(i) u Artikolu 31: Tilħiq ta’ standards |
131 |
Skemi tal-kwalità ta’ l-ikel Artikoli 24b u 24c |
(z) |
/ |
Artikolu 20(c)(ii) u Artikolu 32: Skemi tal-kwalità ta’ l-ikel |
132 |
Għajnuna lill-Gruppi tal-Produtturi għall-promozzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità Artikolu 24d |
(aa) |
/ |
Artikolu 20(c)(iii) u Artikolu 33: Informazzjoni u promozzjoni |
133 |
Semisussistenza għall-biedja Artikolu 33b |
(ab) |
/ |
Artikolu 20(d)(i) u Artikolu 34: Semisussistenza għall-biedja |
141 |
Gruppi tal-Produtturi Artikolu 33d |
(ac) |
/ |
Artikolu 20(d)(ii) u Artikolu 35: Gruppi tal-produtturi |
142 |
|
Assi 2 |
|||
Pagamenti għal żoni żvantaġġati, żoni tal-muntanja. Artikoli 13, 14, 15 u 18 |
(e) |
/ |
Artikolu 36(a)(i) u Artikolu 37: Pagamenti għal nuqqasijiet naturalifil-muntanji |
211 |
Pagamenti għal żoni żvantaġġati, żoni żvantaġġati oħra. Artikoli 3, 14, 15, 18 u 19 |
(e) |
/ |
Artikolu 36(a)(ii) u Artikolu 37: Pagamenti għal nuqqasijiet naturali f’żoni li mhumiex żoni tal-muntanji |
212 |
Żoni taħt restrizzjonijiet ambjentali. Artikolu 16 |
(e) |
/ |
Artikolu 36(a)(iii) u Artikolu 38. Natura 2000 u pagamenti marbutamad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) |
213 |
Agri-ambjent. Artikoli 22, 23 u 24 |
(f) |
/ |
Artikolu 36(a)(iv) u Artikolu 39: Pagamenti agri-ambjentali |
214 |
Benessri ta’ l-annimali. |
(f) |
/ |
Artikolu 36(a)(v) u Artikolu 40: Pagamenti għall-benessri ta’ l-annimali |
215 |
Artikoli. 22, 23 u 24. Protezzjoni ta’ l-ambjent b’konnessjoni mal-benessri ta’ l-annimali. Artikolu 33, il-ħdax-il inċiż |
(t) |
1312 |
||
Protezzjoni ta’ l-ambjent b’konnessjoni ma’ l-agrikoltura. Artikolu 33, il-ħdax-il inċiż |
(t) |
1312 |
Artikolu 36(a)(vi) u Artikolu 41: Investimenti mhux produttivi |
216 |
Afforestazzjoni ta’ art agrikola. Artikolu 31 |
(h) |
/ |
Artikolu 36(b)(i) u Artikolu 43: L-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola |
221 |
|
|
|
Artikolu 36(b)(ii) u Artikolu 44: L-ewwel twaqqif ta’ sistemi agroforestali |
222 |
Afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola. Artikolu 30(1), l-ewwel inċiż |
(i) |
126 |
Artikolu 36(b)(iii) u Artikolu 45: L-ewwel afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola |
223 |
Stabbiltà ekoloġika tal-foresti. Artikolu 32(1), l-ewwel inċiż |
(i) |
127 |
Artikolu 36(b)(iv) u Artikolu 46: Pagamenti Natura 2000 |
224 |
Stabbiltà ekoloġika tal-foresti. Artikolu 32(1), l-ewwel inċiż |
(i) |
127 |
Artikolu 36(b)(v) u Artikolu 47: Pagamenti forestali-ambjentali |
225 |
Restawr-prevenzjoni forestali. Artikolu 30(1), is-sitt inċiż; Kostruzzjonijiet għat-Twaqqif tan-Nirien Artikolu 32(1), it-tieni inċiż |
(i) |
125 |
Artikolu 36(b)(vi) u Artikolu 48: Restawr-prevenzjoni forestali |
226 |
Investimenti għall-valur ekoloġiku u soċjali tal-foresti. Artikolu 30(1), it-tieni inċiż. Protezzjoni ta’ l-ambjent b’konnessjoni mal-forestrija: Artikolu 33, il-11-il inċiż |
(i) |
121 |
Artikolu 36(b)(vii) u Artikolu 49: Investimenti mhux produttivi |
227 |
(t) |
1312 |
|||
|
Assi 3 |
|||
Diversifikazzjoni. Artikolu 33, is-seba’ inċiż |
(p) |
1307 |
Artikolu 52(a)(i) u Artikolu 53: Diversifikazzjoni |
311 |
Attivitajiet ta’ snajja’; inġinerija finanzjarja |
(s) |
1311 |
Artikolu 52(a)(ii) u Artikolu 54: Twaqqif u żvilupp ta’ impriżi |
312 |
Artikolu 33, l-10 u t-13-il inċiż |
(v) |
1314 |
||
Attivitajiet turistiċi. Artikolu 33, l-10 inċiż |
(s) |
1310 |
Artikolu 52(a)(iii) u Artikolu 55: Attivitajiet turistiċi |
313 |
Servizzi bażiċi Artikolu 33, il-ħames inċiż |
(n) |
1305 |
Artikolu 52(b)(i) u Artikolu 56: Servizzi bażiċi |
321 |
Rinnovazzjoni u żvilupp tal-villaġġi Artikolu 33, is-sitt inċiż |
(o) |
1306 |
Artikolu 52(b)(ii): Tiġdid u żvilupp tal-villaġġi |
322 |
Protezzjoni/konservazzjoni tal-wirt rurali. Artikolu 33, is-sitt inċiż |
(o) |
1306 |
Artikolu 52(b)(iii) u Artikolu 57: Konservazzjoni u titjib tal-wirt rurali |
323 |
|
|
|
Artikolu 52(c) u Artikolu 58: Taħriġ u informazzjoni |
331 |
Immaniġġjar ta’ strateġiji għall-iżvilupp rurali integrati mill-imsieħba lokali. Artikolu 33, l-14-il inċiż |
(w) |
1305-1 1305-2 |
Artikolu 52(d) u Artikolu 59: Akkwist, animazzjoni u implimentazzjoni ta’ ħiliet |
341 |
|
Assi 4 |
|||
Leader+ Komunikazzjoni u miżuri tat-tip Leader+. Artikolu 33f |
|
Artikolu 63(a): Strateġiji għall-iżvilupp lokali |
41 |
|
Azzjoni 1: strateġiji lokali |
Għall-kompetittività: il-kodiċi kollha l-antiki taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 817/2004 u (KE) Nru 438/2001 li jikkorrispondu għall-Assi 1 |
411 kompetittività |
||
Għall-immaniġġjar ta’ l-art/ambjent: il-kodiċi kollha l-antiki taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 817/2004 u (KE) Nru 438/2001 li jikkorrispondu għall-Assi 2 |
412 ambjent/maniġġjar ta’ l-art |
|||
Għad-diversifikazzjoni/kwalità tal-ħajja: il-kodiċi kollha l-antiki taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 817/2004 u (KE) Nru 438/2001 li jikkorrispondu għall-Assi 3, inklużi dawn il-kategoriji li ġejjin mir-Regolament (KE) Nru 438/2001: 161 sa 164 , 166 , 167 , 171 sa 174 , 22 sa 25 , 322 , 323 , 332 , 333 , 341 , 343 , 345 , 351 , 353 , 354 u 36 . |
413 kwalità tal-ħajja/diversifikazzjoni |
|||
Leader+ Komunikazzjoni u miżuri tat-tip Leader+. Artikolu 33f |
/ |
|
|
|
Azzjoni 2: koperazzjoni |
|
1305-3 1305-4 |
Artikolu 63(b): Koperazzjoni |
421 |
Leader+ Komunikazzjoni u miżuri tat-tip Leader+. Artikolu 33f |
/ |
|
|
|
Azzjoni 3: tmexxija tal-gruppi ta’ azzjoni lokali |
|
1305-1 1305-2 |
Artikolu 63(c): Tmexxija tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, animazzjoni |
431 |
Leader+ Komunikazzjoni u miżuri tat-tip Leader+. Artikolu 33f |
/ |
|
|
|
Azzjoni 3: netwerks |
/ |
1305-5 |
Artikolu 66(3) u Artikolu 68: Netwerk Rurali Nazzjonali |
511 |
Assistenza teknika |
|
|
Assistenza teknika |
|
Assistenza teknika |
|
411 sa 415 |
Artikolu 66(2): Assistenza teknika |
511 |
Artikolu 49. Regola Nru 11 ta’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1685/2000 |
(ad) |
|
Artikolu 66(3): Netwerks nazzjonali |
511 |
Miżuri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 |
|
|
Miżuri taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 |
|
Metodi ta’ produzzjoni agrikola maħsuba sabiex jipproteġu l-ambjent u jieħdu ħsieb il-kampanja Artikolu 2, ir-raba’ inċiż |
/ |
/ |
Artikolu 36(a)(iv) u Artikolu 39: Pagamenti agri-ambjentali |
214 |
Twaqqif ta’ gruppi tal-produtturi Artikolu 2, is-seba’ inċiż |
/ |
/ |
Artikolu 20(d)(ii) u Artikolu 35: Gruppi tal-produtturi |
142 |
Forestrija Artikolu 2, l-erbatax-il inċiż |
/ |
/ |
Artikolu 36(b)(i) u Artikolu 43: L-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola |
221 |