This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0803
2006/803/EC: Commission Decision of 23 November 2006 amending Decision 2005/381/EC establishing a questionnaire for reporting on the application of Directive 2003/87/EC of the European Parliament and of the Council establishing a scheme for greenhouse gas emission allowance trading within the Community and amending Council Directive 96/61/EC (notified under document number C(2006) 5546) (Text with EEA relevance)
2006/803/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/381/KE li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapportaġġ dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (notifikat bid-dokument numru C(2006) 5546) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
2006/803/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/381/KE li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapportaġġ dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (notifikat bid-dokument numru C(2006) 5546) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 329, 25.11.2006, p. 38–63
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 319M, 29.11.2008, p. 442–467
(MT)
In force
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
442 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Novembru 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2005/381/KE li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapportaġġ dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 5546)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/803/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabblixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE (2) għandu jiġi aġġustat fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-użu tal-kwestjonarju u fil-valutazzjoni tar-risposti għall-kwestjonarju għat-tfassil tar-rapporti annwali li kienu dovuti sat-30 ta’ Ġunju 2005. |
(2) |
Ir-risposti ta’ l-Istati Membri identifikaw oqsma rilevanti għar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE li għadhom mhumiex inklużi fil-kwestjonarju stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2005/381/KE. |
(3) |
Il-valutazzjoni tar-risposti ta’ l-Istati Membri wriet illi xi mistoqsijiet ma ġewx imwieġba b’mod konsistenti u kienet meħtieġa kjarifika ulterjuri. |
(4) |
L-esperjenza miksuba matul l-ewwel ċiklu sħiħ ta’ monitoraġġ, rapportaġġ u verifika ta’ l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju minn installazzjonijet inklużi fl-iskema ta’ skambju ta’ emissjonijiet qajjmet il-ħtieġa li jiġu riveduti s-sezzjonijiet rilevanti tal-kwestjonarju. |
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/381/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan u, għal finijiet ta’ kjarezza, għandu jiġi mibdul. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fuq l-ambjent (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/381/KE huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).
(2) ĠU L 126, 19.5.2005, p. 43.
(3) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
PARTI 1
KWESTJONARJU DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
1. Id-Dettalji ta’ l-istituzzjoni li qed tippreżenta r-rapport
1. |
L-isem tal-persuna ta’ kuntatt: |
2. |
It-titlu uffiċjali tal-persuna ta’ kuntatt: |
3. |
L-isem u d-dipartiment ta’ l-organizzazzjoni: |
4. |
L-indirizz: |
5. |
In-numru internazzjonali tat-telefon: |
6. |
In-numru internazzjonali tat-telefax: |
7. |
E-mail: |
2. L-awtoritajiet kompetenti
Għandhom jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet u fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007 u fir-rapporti sussegwenti jekk ikunu saru xi bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ.
2.1. |
Jekk jogħġbok agħti l-isem u t-taqsira ta’ l-awtoritajiet kompetenti li huma involuti fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ skambju ta’ l-emissjonijiet fil-pajjiż tiegħek. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
2.2. |
Jekk jogħġbok indika liema awtorità kompetenti hija responsabbli għal kull kompitu elenkat fit-tabella hawn taħt billi tuża t-taqsiriet tagħhom.
|
3. Il-kopertura ta’ attivitajiet u installazzjonijiet
3.1. |
Kemm mill-installazzjonijiet ta’ kombustjoni għandhom input termali ratat li jeċċedi l-20 MW iżda li hu inqas minn 50 MW fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ rapportaġġ? B’kollox, kemm kienu emessi ekwivalenti ta’ CO2 minn dawn l-installazzjonijiet fil-perjodu ta’ rapportaġġ? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
3.2. |
X’bidliet saru matul il-perjodu ta’ rapportaġġ meta mqabbla mat-tabella tal-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjoni (tabella NAP) kif imdaħħla fir-Reġistru Komunitarju Indipendenti tat-Tranżazzjonijiet fl-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ rapportaġġ (applikanti ġodda, għeluq, installazzjonijiet li jaqgħu taħt il-limiti tal-kapaċità)? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 1 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
3.3. |
Matul il-perjodu ta’ rapportaġġ l-awtorità kompetenti rċeviet xi applikazzjoni(jiet) mingħand operaturi li jixtiequ jingħaqdu flimkien skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2003/87/KE (id-Direttiva ET)? Jekk iva, għal-liema mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE (minn hawn ’il quddiem — ‘Attivitajiet ta’ l-Anness I’) kienet tirreferi l-applikazzjoni u ġiet iffurmata l-għaqda? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
3.4. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra li tikkonċerna l-kopertura ta’ installazzjonijiet u attivitajiet fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
4. Il-ħruġ ta’ permessi għall-installazzjonijiet
Għandhom jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet sa fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007 u fir-rapporti sussegwenti jekk ikun hemm xi bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ.
4.1. |
Liema miżuri ttieħdu sabiex jiġi żgurat li l-operaturi jħarsu r-rekwiżiti tal-permessi tagħhom għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra? Nota: Multi u pieni li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta’ vjolazzjonijiet m’għandhomx jiġu rrapportati hawn iżda fis-sezzjoni. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
4.2. |
Fejn tkun involuta aktar minn awtorità kompetenti waħda, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kif tiżgura l-koordinazzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet u tal-proċeduri għall-ħruġ ta’ permessi? Din il-koordinazzjoni kif taħdem fil-prattika? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
4.3. |
F’każijiet fejn l-installazzjonijiet iwettqu attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/61/KE (id-Direttiva IPPC) (1) x’miżuri ttieħdu sabiex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħruġ ta’ permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jiġu kkoordinati ma’ dawk għall-permess previst f’dik id-Direttiva? Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva 2003/87/KE ġew integrati fil-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 96/61/KE? Jekk iva, kif twettqet din l-integrazzjoni? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
4.4. |
X’inhuma d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, il-proċeduri u l-prattika fir-rigward ta’ l-aġġornament tal-kondizzjonijiet għall-permessi mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/87/KE? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
4.5. |
Kemm-il permess ġie aġġornat matul il-perjodu ta’ rapportaġġ minħabba bidla mill-operaturi fin-natura jew fil-funzjonament, jew l-estensjoni, ta’ installazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/87/KE? Jekk jogħġbok agħti n-numru ta’ permessi li ġew aġġornati għal kull kategorija (żieda fil-kapaċità, tnaqqis fil-kapaċità, bidla fit-tip ta’ proċess, eċċ.). Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
4.6. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra dwar il-ħruġ ta’ permessi għal installazzjonijiet fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
5. L-applikazzjoni tal-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ
Għandha tingħata tweġiba għall-mistoqsija fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007, fl-ewwel rapport ta’ kull perjodu ta’ skambju u fir-rapporti sussegwenti jekk ikun hemm xi bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ.
5.1. |
Liema atti legali ġew adottati fil-pajjiż tiegħek sabiex jiġu implimentati linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ? Il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tiegħek tippermetti derogi ġenerali mil-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ, pereżempju għal fjuwils jew attivitajiet speċifiċi? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
5.2. |
Liema livelli ntużaw fil-metodoloġiji għall-monitoraġġ għall-installazzjonijiet prinċipali ta’ emissjonijiet (cf. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE (2))? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-informazzjoni meħtieġa fit-Tabella 2 hija meħtieġa biss għall-akbar installazzjonijiet koperti mid-Direttiva ET li jikkontribwixxu b’mod kumulattiv għal 50 % ta’ l-emissjonijiet totali inklużi fl-iskema ta’ skambju. Ma hija meħtieġa ebda informazzjoni għal sorsi ġewwa dawn l-installazzjonijiet b’emissjonijiet annwali ta’ inqas minn 25 kt CO2 eq. |
5.3. |
Jekk għall-metodoloġija tal-monitoraġġ ġew aċċettati livelli li huma taħt il-livelli minimi speċifikati fit-Tabella 1 fis-sezzjoni 4.2.2.1.4 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/156/KE, jekk jogħġbok indika għal kull installazzjoni li għaliha seħħet din is-sitwazzjoni il-kopertura ta’ l-emissjonijiet, l-attività, il-kategorija tal-livell (data dwar l-attività, il-valur kalorifiku nett, il-fattur ta’ l-emissjonijiet, il-fattur ta’ l-ossidazzjoni jew il-fattur tal-konverżjoni) u l-approċċ/il-livell għall-monitoraġġ maqbul fil-permess. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 3 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. L-informazzjoni meħtieġa fit-Tabella 3 hija meħtieġa biss għal installazzjonijiet li mhumiex rapportati fil-mistoqsija. Derogi ġenerali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom jiġu rapportati taħt il-mistoqsija. |
5.4. |
Liema installazzjonijiet applikaw temporanjament metodi ta’ livell differenti minn dawk maqbula ma’ l-awtorità kompetenti? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 4 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
5.5. |
F’kemm-il installazzjoni ġie applikat kejl kontinwu ta’ l-emissjonijiet? Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ installazzjonijiet għal kull attività ta’ l-Anness I u f’kull attività għal kull sub-kategorija fuq il-bażi ta’ l-emissjonijiet annwali rapportati (inqas minn 50 kt, 50-500 kt u aktar minn 500 kt). Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 5 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
5.6. |
Kemm ġie trasferit CO2 minn installazzjonijiet? Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ tunnellati ta’ CO2 li ġew trasferiti skond is-sezzjoni 4.2.2.1.2 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/156/KE u n-numru ta’ installazzjonijiet li ttrasferew CO2 għal kull attività elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
5.7. |
Kemm kien hemm bijomassa fil-kombustjoni jew użata fi proċessi? Jekk jogħġbok indika l-kwantità ta’ bijomassa kif definita fil-paragrafu 2(d) ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/156/KE fil-kombustjoni (TJ) jew użata (t jew m3) għal kull attività elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
5.8. |
X’kienet il-kwantità totali ta’ skart użat bħala fjuwil jew materjal għall-produzzjoni skond it-tip ta’ skart? X’kienet il-kwantità totali ta’ emissjonijiet CO2 li rriżultaw skond it-tip ta’ skart? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
5.9. |
Jekk jogħġbok issottometti kampjun ta’ dokumenti ta’ monitoraġġ u rapportaġġ minn xi installazzjonijiet temporanjament esklużi, jekk applikabbli. Għandha tingħata tweġiba għall-mistoqsija fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007 u f’rapporti sussegwenti jekk ikun hemm bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ: |
5.10. |
X’miżuri ttieħdu sabiex jiġu kkoordinati r-rekwiżiti ta’ rapportaġġ ma’ kwalunkwe rekwiżit ta’ rapportaġġ eżistenti sabiex jiġi mminimizzat il-piż tar-rapportaġġ fuq in-negozji? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
5.11. |
X’proċeduri jew miżuri ġew implimentati sabiex jittejbu l-monitoraġġ u r-rapportaġġ mill-operaturi? |
5.12. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
6. L-arranġamenti għall-verifika
Għandha tingħata tweġiba għall-mistoqsija fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007 u fir-rapporti sussegwenti jekk ikun hemm bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ.
6.1. |
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-qafas għall-verifika ta’ l-emissjonijiet, b’mod partikolari r-rwol ta’ l-awtoritajiet kompetenti u verifikaturi oħrajn u kwalunkwe rekwiżiti speċjali għal verifikaturi li huma diġà akkreditati f’pajjiż ieħor. Jekk jogħġbok ippreżenta dokumenti li jistabbilixxu l-kriterji għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi kif ukoll kwalunkwe gwida dwar il-verifika li tingħata lill-verifikaturi akkreditati u dokumenti li jistabbilixxu l-mekkaniżmi għas-superviżjoni u għall-assigurazzjoni tal-kwalità għall-verifikaturi, jekk dawn huma disponibbli. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
6.2. |
Kien hemm xi operatur li ssottometta rapport dwar l-emissjonijiet għall-perjodu ta’ rapportaġġ li ma kienx ikkunsidrat sodisfaċenti sal-31 ta’ Marzu? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti lista ta’ l-installazzjonijiet konċernati u r-raġunijiet għala ma’ ngħatatx dikjarazzjoni ta’ verifika pożittiva. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 6 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. Il-każijiet fejn l-operaturi ma tawx rapport dwar l-emissjonijiet għandhom jiġu rapportati taħt il-mistoqsija. |
6.3. |
Għal kemm-il installazzjoni ma ngħatawx rapporti dwar l-emissjonijiet għall-perjodu ta’ rapportaġġ sal-31 ta’ Marzu? Jekk jogħġbok indika n-numru ta’ installazzjonijiet, kwoti allokati u kwoti blokkati fil-kontijiet ta’ depożitu ta’ l-operaturi għal kull attività ta’ l-Anness I u f’kull attività għal kull sub-kategorija fuq il-bażi ta’ l-emissjonijiet annwali rapportati (inqas minn 50 kt, 50-500 kt u aktar minn 500 kt). Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 7 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
6.4. |
Liema miżuri ttieħdu f’każijiet fejn l-operaturi ma tawx rapport dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu tal-perjodu ta’ rapportaġġ? |
6.5. |
L-awtorità kompetenti wettqet xi kontrolli indipendenti fuq rapporti verifikati? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi kif twettqu l-kontrolli addizzjonali u/jew kemm-il rapport ġie kkontrollat. |
6.6. |
L-awtorità kompetenti tat struzzjonijiet lill-amministratur tar-reġistru sabiex jikkoreġi l-emissjonijiet annwali vverifikati għas-sena preċedenti għal xi installazzjoni(jiet) sabiex tiżgura l-ħarsien tar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE? Indika kwalunkwe korrezzjoni fit-Tabella 6 tal-Parti 2. |
6.7. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra dwar l-arranġamenti għall-verifika fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
7. L-operazzjoni tar-reġistri
Għanda tingħata tweġiba għall-mistoqsija fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007 u fir-rapporti sussegwenti jekk ikun hemm bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ:
7.1. |
Jekk jogħġbok agħti kwalunkwe kondizzjoni li tridu tiġi ffirmata minn dawk li għandhom kont u agħti deskrizzjoni tal-kontroll ta’ l-identità ta’ persuni li jitwettaq qabel ma jinħolqu kontijiet ta’ depożitu (cf. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004) (10). Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
7.2. |
Jekk jogħġbok agħti sommarju ta’ l-allarmi kollha tas-sigurtà rilevanti għar-reġistru nazzjonali li seħħu matul il-perjodu ta’ rapportaġġ, kif ġew indirizzati u ż-żmien li ttieħed sakemm ġew solvuti. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
7.3. |
Jekk jogħġbok indika għal kemm-il minuta f’kull xahar tal-perjodu ta’ rapportaġġ ir-reġistru nazzjonali ma kienx disponibbli għall-utenti tiegħu (a) minħabba waqfien skedat, u (b) minħabba problemi mhux previsti. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
7.4. |
Jekk jogħġbok elenka u agħti dettalji dwar kull titjib tar-reġistru nazzjonali skedat għall-perjodu ta’ rapportaġġ li jmiss. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
7.5. |
Hemm xi informazzjoni oħra rilevanti dwar l-operazzjoni tar-reġistri fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
8. Arranġamenti għall-allokazzjoni ta’ kwoti — applikanti ġodda — għeluq
Għandhom jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet u fl-ewwel rapport wara kull proċedura ta’ notifika u allokazzjoni stabbilita fl-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.
8.1. |
Fid-dawl tal-proċess ta’ allokazzjoni li tlesta, jekk jogħġbok iddeskrivi l-lezzjonijiet prinċipali li tgħallmu l-awtoritajiet tiegħek, u kif taħseb li dawn se jinfluwenzaw l-approċċ tiegħek għall-proċess ta’ allokazzjoni li jmiss. |
8.2. |
Għandek xi suġġerimenti għat-titjib tal-proċessi futuri tan-notifika u ta’ l-allokazzjoni għall-Kommunità kollha? |
8.3. |
Kemm ġew allokati kwoti għall-applikanti l-ġodda elenkati fit-Tabella 1, jekk kien hemm? Jekk jogħġbok agħti l-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-installazzjoni għall-applikant il-ġdid u l-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tat-transazzjoni assoċjat ma’ l-allokazzjoni ta’ kwoti. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-Tabella 1 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. |
8.4. |
Kemm kien fadal kwoti fir-riżerva ta’ xi applikant ġdid fl-aħħar tal-perjodu ta’ rapportaġġ, u x’sehem jirrappreżentaw tar-riżerva oriġinali? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
8.5. |
Jekk l-Istat Membru tiegħek jalloka kwoti b’mod ieħor milli bla ħlas, jekk jogħġbok spjega kif issir din l-allokazzjoni (pereżempju l-mod kif jitwettaq l-irkant)? |
8.6. |
Jekk intuża l-irkant bħala metodu ta’ allokazzjoni, min ingħata permess jipparteċipa fl-irkant? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
8.7. |
Jekk intuża l-irkant bħala metodu ta’ allokazzjoni, kemm saru rkanti matul il-perjodu ta’ rapportaġġ, kemm ġew offerti kwoti għall-bejgħ matul kull irkant, x’sehem jirrappreżentaw mill-kwantità totali ta’ kwoti għall-perjodu ta’ skambju u x’kien il-prezz għal kull kwota f’kull irkant? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
8.8. |
Jekk intuża l-irkant bħala metodu ta’ l-allokazzjoni, x’użu sar minn kwoti li ma nxtrawx fl-irkant(i)? |
8.9. |
Jekk intuża l-irkant bħala metodu ta’ l-allokazzjoni, kif intuża d-dħul? |
8.10. |
Kif ġew trattati l-kwoti li kienu ġew allokati iżda li ma nħarġux lil installazzjonijiet li għalqu matul il-perjodu ta’ rapportaġġ? Għandha tingħata tweġiba għall-mistoqsija fl-ewwel rapport wara li jispiċċaw il-perjodi ta’ skambju stabbiliti fl-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
8.11. |
Il-kwoti li kien fadal fir-riżerva ta’ l-applikanti l-ġodda fl-aħħar tal-perjodu ta’ skambju ġew ikkanċellati jew irkantati? |
8.12. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra dwar l-arranġamenti għall-allokazzjoni, għall-applikanti l-ġodda u għall-għeluq fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
9. Iċ-ċessjoni ta’ kwoti minn operaturi
9.1. |
Fil-każijiet kollha fejn ingħalaq kont fir-reġistru minħabba li ma kien hemm ebda prospett raġonevoli li jiġu ċeduti aktar kwoti mill-operatur ta’ l-installazzjoni, jekk jogħġbok iddeskrivi għaliex ma kien hemm ebda prospett raġonevoli ulterjuri u ddikjara l-ammont tal-kwoti pendenti (14). Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
9.2. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra dwar iċ-ċessjoni ta’ kwoti mill-operaturi fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
10. L-użu ta’ Units ta’ Tnaqqis f’Emissjonijiet (ERUs) u Tnaqqis f’Emmisjonijiet Ċertifikati (CERs) fl-iskema tal-Komunità
Għandha tingħata tweġiba għall-mistoqsija kull sena b’effett mir-rapport ippreżentat fl-2006 fir-rigward ta’ CERs u b’effett mir-rapport ippreżentat fl-2009 fir-rigward ta’ ERUs:
10.1. |
Inħarġu ERUs u CERs li għalihom kellu jitħassar numru ekwivalenti ta’ kwoti skond l-Artikolu 11(b)(3) jew (4) tad-Direttiva 2003/87/KE minħabba li l-attivitajiet tal-proġetti ta’ l-Implimentazzjoni Konġunta (JI) jew tal-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif (CDM) inaqqsu jew jillimitaw b’mod dirett jew indirett il-livell ta’ emissjonijiet ta’ l-installazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dik id-Direttiva? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti t-total tal-kwoti li tħassru u n-numru totali ta’ operaturi konċernati b’mod separat għat-tħassir skond l-Artikolu 11(b)(3) u (4) ta’ dik id-Direttiva. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
Għandhom jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet u fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007 u fir-rapporti sussegwenti jekk ikunu saru bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ: |
10.2. |
Liema CERs u ERUs jistgħu jintużaw għall-konformità fl-Istat Membru tiegħek? Jekk jogħġbok indika kwalunkwe kategorija ta’ proġetti li hija eskluża minbarra dawk li huma diġà esklużi skond l-Artikolu 11(a)(3) tad-Direttiva 2003/87/KE (CERs u ERUs minn użu nukleari jew ta’ l-art, tibdil fl-użu ta’ l-art u attivitajiet ta’ proġetti tal-foresterija). Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
10.3. |
X’miżuri ttieħdu sabiex jiġi żgurat li l-kriterji u l-linji ta’ gwida internazzjonali rilevanti, inklużi dawk fir-Rapport Finali tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi (WCD) tas-sena 2000, se jiġu mħarsa matul l-iżvilupp ta’ proġetti għall-produzzjoni ta’ enerġija idro-elettrika b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni li teċċedi l-20MW? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
10.4. |
Hemm xi informazzjoni oħra rilevanti dwar l-użu ta’ ERUs u CERs fl-iskema Komunitarja fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
11. Ħlasijiet u tariffi
Għandhom jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet sa biss fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007 u fir-rapporti sussegwenti jekk ikun hemm xi bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ:
11.1. |
L-operaturi huma mitluba jħallsu xi tariffi għall-ħruġ u l-aġġornament tal-permessi? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji dwar it-tariffi mitluba, id-dħul totali u l-użu tad-dħul. |
11.2. |
L-operaturi huma mitluba jħallsu xi tariffi għall-ħruġ ta’ kwoti? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji dwar it-tariffi mitluba, id-dħul totali u l-użu tad-dħul. |
11.3. |
X’tariffi huma mitluba għall-użu tar-reġistru jekk hemm? Jekk jogħġbok agħti d-dettalji. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt.
|
11.4. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra dwar il-ħlasijiet u t-tariffi fl-iskema Komunitarja fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
12. Kwistjonijiet relatati mad-Direttiva ET
Għanda tingħata tweġiba għall-mistoqsija fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta’ Ġunju 2007 u fir-rapporti sussegwenti jekk isiru xi bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ:
12.1. |
Jekk jogħġbok agħti d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u l-pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva ET. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
12.2. |
Fejn ġew imposti pieni skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva ET għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, jekk jogħġbok agħti d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti, iddeskrivi l-ksur fil-qosor u agħti l-pieni imposti. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt. Żid aktar ringieli jekk meħtieġa.
|
12.3. |
Jekk jogħġbok agħti l-ismijiet ta’ l-operaturi li fuqhom ġew imposti pieni għal emissjonijiet eċċessivi skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva ET. Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, ikun biżżejjed li ssir referenza għall-pubblikazzjoni ta’ l-ismijiet skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva ET. |
12.4. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra relatata mal-ħarsien tad-Direttiva ET fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
13. In-natura legali tal-kwoti u t-trattament fiskali
Għandhom jingħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet sa biss fir-rapport li jrid jasal sat-30 ta‘ Ġunju 2007 u fir-rapporti sussegwenti jekk ikunu saru xi bidliet matul il-perjodu ta’ rapportaġġ:
13.1. |
X’inhi n-natura legali ta’ kwota (oġġett/strument finanzjarju) għall-finijiet ta’ regolamentazzjoni finanzjarja? |
13.2. |
X’inhu l-istatus legali mogħti lill-kwoti u lill-emissjonijiet għal finijiet ta’ kontabilità? |
13.3. |
Ġew stabbiliti jew adottati xi regoli speċifiċi dwar il-kontabilità għall-kwoti? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni qasira tagħhom. |
13.4. |
It-tranżazzjonijiet tal-kwoti huma soġġetti għall-VAT? |
13.5. |
Il-ħruġ ta’ kwoti huwa soġġett għall-VAT? |
13.6. |
Jekk l-Istat Membru tiegħek jalloka kwoti fuq ħlas, hija dovuta VAT fuq it-tranżazzjoni? |
13.7. |
Huma soġġetti għal taxxa speċifika fuq id-dħul (pereżempju tariffi speċifiċi) il-profitti u t-telf minn tranżazzjonijiet ta’ kwoti? |
13.8. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra dwar in-natura legali tal-kwoti u trattament fiskali tagħhom fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
14. L-aċċess għall-informazzjoni skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva ET
14.1. |
Fejn jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-deċiżjonijiet relatati ma’ l-allokazzjoni tal-kwoti, l-informazzjoni dwar attivitajiet ta’ proġetti li fihom jipparteċipa Stat Membru jew jawtorizza entitajiet privati jew pubbliċi sabiex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa skond il-permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jinżammu mill-awtorità kompetenti? Sabiex twieġeb din il-mistoqsija, uża t-tabella hawn taħt:
|
14.2. |
Hemm xi informazzjoni rilevanti oħra dwar l-aċċess għall-informazzjoni skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva ET fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
15. Osservazzjonijiet oħra
15.1. |
Saru xi studji pubbliċi dwar l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta’ l-iskema Ewropea għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dokument, ir-referenza jew il-link ta’ l-internet flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali qasira ħafna ta’ l-istudju. |
15.2. |
Hemm xi kwistjonijiet partikolari dwar l-implimentazzjoni li jikkawżaw tħassib fil-pajjiż tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
PARTI 2
Tabella 1
Bidliet fil-lista ta’ l-installazzjonijiiet
Stat Membru:
Perjodu ta’ rapportaġġ:
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
Installazzjoni |
Operatur |
Attività prinċipali ta’ l-Anness I (2) |
Attivitajiet oħra ta’ l-Anness I (2) |
Attività prinċipali li mhix ta’ l-Anness I (3) |
Il-bidla meta mqabbla ma’ installazzjonijiet inklużi fl-NAP (4) |
Kwoti allokati jew maħruġa (5) |
Kodiċi għall-identifikazzjoni tat-tranżazzjoni (6) |
||
Kodiċi ta’ l-ID tal-Permess |
Kodiċi ta’ l-ID ta’ l-installazzjoni |
Isem |
Kwantità |
Sena/Snin |
|||||
|
|
|
|
|
Tabella 2
Il-metodi ta’ monitoraġġ applikati (għal installazzjonijiet li flimkien jikkontribwixxu għal 50 % ta’ l-emissjonijiet totali inklużi fl-iskema ta’ skambju biss. Mhux meħtieġ li tiġi rrapportata informazzjoni għal sorsi ġewwa dawn l-installazzjonijiet b’emissjonijiet annwali ta’ inqas minn 25 kt CO2 eq.)
Stat Membru:
Perjodu ta’ Rapportaġġ:
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
K |
L |
M |
N |
O |
P |
Installazzjoni |
Sors ta’ emissjonijeit |
Livell magħżul (11) |
Valuri |
||||||||||||
Kodiċi ta’ l-ID tal-permess |
Kodiċi ta’ l-ID ta’ l-installazzjoni |
Attività prinċipali ta’ l-Anness I (7) |
Emissjonijiet annwali totali (8) |
Attività ta’ l-Anness I (9) |
Tip ta’ fjuwil jew ta’ l-attività (10) |
Emissjonijiet relatati (8) |
Data dwar l-attività |
Fattur ta’ l-emissjonijet |
Valur kalorifiku nett |
Fattur ta’ l-ossidazzjoni |
Fattur ta’ l-emissjonijet |
Valur kalorifiku nett |
Fattur ta’ l-ossidazzjoni |
||
t CO2 |
t CO2 |
Livell |
Livell |
Livell |
Livell |
Valur |
Unità (12) |
Valur |
Unità (13) |
% |
|||||
|
|
|
|
Tabella 3
Metodi ta’ monitoraġġ applikati għal installazzjonijiet li għalihom ma kienx fattibbli li jintużaw il-livelli minimi speċifikati fit-Tabella 1 tas-Sezzjoni 4.2.2.1.4 tad-Deċiżjoni 2004/156/KE
Stat Membru:
Perjodu ta’ Rapportaġġ:
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
Installazzjoni |
Emissjonijiet annwali totali |
Parametru ta‘ monitoraġġ milqut (15) |
Livell minimu skond l-MRG |
Livell applikata |
Raġuni għall-livell aktar baxxa (16) |
L-livell aktar baxxa hija permessa sa (17) |
||
Kodiċi ta’ l-ID tal-permess |
Kodiċi ta’ l-ID ta’ l-installazzjoni |
Attività ta’ l-Anness I (14) |
t CO2 |
Livell |
Livell |
Xahar/sena |
||
|
|
|
Tabella 4
Tibdil temporanju fil-metodu tal-monitoraġġ
Stat Membru:
Sena ta’ rapportaġġ:
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
Installazzjoni |
Attività ta’ l-Anness I (18) |
Emissjonijiet annwali totali |
Parametru ta’ monitoraġġ milqut (19) |
Metodu oriġinali approvat |
Metodu temporanju applikat |
Raġuni għat-tibdil temporanju (20) |
Perjodu ta’ sospensjoni temporanja sakemm jerġa’ japplika l-metodu tal-livell xierqa |
||
Bidu |
Tmiem |
||||||||
Kodiċi ta’ l-ID tal-permess |
Kodiċi ta’ l-ID ta’ l-installazzjoni |
|
t CO2 |
Livell |
Livell |
Xahar/sena |
Xahar/sena |
||
|
|
|
|
|
Tabella 5
Numru ta’ installazzjonijiet li japplikaw kejl kontinwu ta’ l-emissjonijiet
Stat Membru:
Sena ta’ rapportaġġ:
A |
B |
C |
D |
Attività prinċipali ta’ l-Anness I (21) |
< 50 000 t CO2e |
50 000 sa 500 000 t CO2e |
> 500 000 t CO2e |
E1 |
|
||
E2 |
|
||
E3 |
|
||
F1 |
|
||
F2 |
|
||
M1 |
|
||
M2 |
|
||
M3 |
|
||
O1 |
|
||
O2 |
|
Tabella 6
Rapporti dwar l-emissjonijiet skond l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva ET mhux ivvalidati bħala sodisfaċenti
Stat Membru:
Sena ta’ rapportaġġ:
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
Installazzjoni |
Emissjonijiet rapportati minn installazzjonijiet |
Kwoti ċeduti |
Kwoti bblokkati fil-kont ta’ depożitu ta’ l-operatur |
Raġuni għan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni pożittiva ta’ verifika (22) |
Korrezzjoni ta’ emissjonijiet ivverifikati mill-awtorità kompetenti |
|
Kodiċi ta’ l-ID tal-permess |
Kodiċi ta’ l-ID ta’ l-installazzjoni |
t CO2 |
t CO2 |
t CO2 |
t CO2 |
|
|
|
|
|
Tabella 7
Installazzjonijiet li għalihom ma ngħataw ebda rapporti dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu tal-perjou ta’ rapportaġġ
Stat Membru:
Perjodu ta’ Rapportaġġ:
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
Attività prinċipali ta’ l-Anness I (23) |
< 50 000 t CO2e |
50 000 to 500 000 t CO2e |
> 500 000 t CO2e |
||||||
Numru ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet li ma ngħatawx |
Allokazzjoni |
Kwoti bblokkati f’kontijiet ta’ depożitu ta’ l-operaturi |
Numru ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet li ma ngħatawx |
Allokazzjoni |
Kwoti bblokkati f’kontijiet ta’ depożitu ta’ l-operaturi |
Numru ta’ rapporti ta’ emissjonijiet li ma ngħatawx |
Allokazzjoni |
Kwoti bblokkati f’kontijiet ta’ depożitu ta’ l-operaturi |
|
t CO2 |
t CO2 |
t CO2 |
t CO2 |
t CO2 |
t CO2 |
||||
E1 |
|
|
|
||||||
E2 |
|
|
|
||||||
E3 |
|
|
|
||||||
F1 |
|
|
|
||||||
F2 |
|
|
|
||||||
M1 |
|
|
|
||||||
M2 |
|
|
|
||||||
M3 |
|
|
|
||||||
O1 |
|
|
|
||||||
O2 |
|
|
|
(1) Jekk installazzjoni twettaq aktar minn attività waħda, jekk jogħġbok għodd l-installazzjoni darba waħda biss skond l-attività ta’ l-Anness I prinċipali tagħha.
(1) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(3) It-tip ta’ skart għandu jiġi rrapportat bl-użu tal-klassifika fil-‘Lista Komunitarja Ewropea ta’ Skart’ (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż.
(4) Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima
(5) Reġistru Ewropew ta’ Emissjoni ta’ Tniġġis (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE tas-17 ta’ Lulju 2000), (ĠU L 192, 28.7.2000, p. 36).
(6) Limiti Nazzjonali ta’ Emissjonijiet (Id-Direttiva 2001/81/KE), (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).
(7) Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (Id-Direttiva 2001/80/KE), (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).
(8) Programm Kooperattiv għall-Monitoraġġ u l-Valutazzjoni tat-Trażmissjoni fuq Distanza Kbira ta’ Niġġiesa ta’ l-Arja fl-Ewropa.
(9) Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni (EA) Gwida dwar l-applikazzjoni ta’ EN 45011.
(10) ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.
(11) Dawn jinkludu kontrolli ta’ l-ID minn partijiet terzi bħal uffiċji tal-posta jew nutara fejn l-applikant għandu jippreżenta lilu nnifsu personalment.
(12) Dawn jinkludu proċeduri elettroniċi.
(13) Dawn jinkludu kontrolli ta’ l-ID minn partijiet terzi bħal ambaxxati fejn l-applikant għandu jippreżenta lilu nnifsu personalment.
(14) Jekk l-ammont ta’ kwoti pendenti mhuwiex magħruf jekk jogħġbok agħti stima ta’ kwoti pendenti fuq il-bażi ta’ l-aħħar rapport verifikat dwar l-emissjonijiet, tal-kwoti li fadal fil-kont u informazzjoni oħra disponibbli lill-Awtorità Kompetenti.
(15) Indika l-perjodu rilevanti wkoll (darba/kull perjodu ta’ skambju).
(16) Jekk il-ħlas jiddependi fuq il-kwota jekk jogħġbok agħti l-ħlas minimu u massimu jekk applikabbli u l-formula rilevanti.
(17) Jekk jogħġbok agħti l-indirizz tas-sit fuq l-internet.
(18) Jekk jogħġbok agħti t-titlu.
(2) L-istess installazzjoni tistà twettaq attivitajiet li jaqgħu taħt sub-intestaturi differenti. Għandhom jiġu indikati l-attivitajiet rilevanti kollha. Jekk jogħġbok uża l-kodiċi ta’ l-attivitajiet ta’ l-Anness I elenkati fit-Tabella tal-mistoqsija 3.3.
(3) L-attività prinċipali f’installazzjoni tistà tkun attività li mhix ta’ l-Anness I. Jekk jogħġbok imla fejn hu rilevanti.
(4) Jekk jogħġbok indika ‘applikant ġdid’, ‘għeluq’ jew ‘jaqa’ taħt il-limitu tal-kapaċità’.
(5) Għal applikanti ġodda, jekk jogħġbok indika s-snin li għalihom ġiet allokata l-kwantità ta’ kwoti. Għall-għeluq, jekk jogħġbok indika l-kwoti maħruġa matul il-perjodu rimanenti ta’ skambju jekk applikabbli.
(6) Għall-applikanti l-ġodda, jekk jogħġbok indika l-kodiċi assoċjat ma’ l-allokazzjoni tal-kwoti.
(7) L-istess installazzjoni tistà twettaq attivitajiet li jaqgħu taħt sub-intestaturi differenti. L-attività prinċipali ta’ l-Anness I għandha tiġi indikata. Jekk jogħġbok uża l-kodiċi ta’ l-attivitajiet ta’ l-Anness I elenkati fit-Tabella tal-mistoqsija 3.3.
(8) L-emissjonijiet verifikati jekk disponibbli, inkella l-emissjonijiet kif rapportati mill-operatur.
(9) L-istess installazzjoni tista’ twettaq attivitajiet li jaqgħu taħt sub-intestaturi differenti. Għal kull tip ta’ fjuwil jew attività għandha tiġi indikata l-attività ta’ l-Anness I. Jekk jogħġbok uża l-kodiċi ta’ l-attivitajiet ta’ l-Anness I elenkati fit-Tabella 1.
(10) Faħam iebes, gass naturali, azzar, ġir, eċċ. Jekk jogħġbok uża linja separata għal kull fjuwil jew attività jekk jitwettqu aktar minn fjuwil wieħed jew attività waħda fl-istess installazzjoni.
(11) Għandha timtela’ biss jekk jiġu maħduma l-emissjonijet.
(12) kg CO2/kWh, t CO2/kg, eċċ.
(13) kJ/kg, kJ/m3, eċċ.
(14) L-istess installazzjoni tista’ twettaq attivitajiet li jaqgħu taħt sub-intestaturi differenti. Għandha tiġi indikata l-attività prinċipali. Jekk jogħġbok uża l-kodiċi ta’ l-attivitajiet ta’ l-Anness I elenkati fit-Tabella tal-mistoqsija 3.3.
(15) Jekk jogħġbok uża l-kodiċi li ġejjin: data dwar l-attività (AD), valur kalorifiku nett (NCV), fattur ta’ l-emissjonijiet (EF), data dwar il-kompożizzjoni (CD), fattur ta’ l-ossidazzjoni (OF), fattur ta’ konverżjoni (CF). Jekk huma milquta bosta valuri f’xi installazzjoni, imla linja waħda għal kull valur.
(16) Jekk jogħġbok uża l-kodiċi li ġejjin: teknikament mhux fattibbli, spejjeż għaljin b’mod li mhumiex raġonevoli, oħrajn (jekk jogħġbok speċifika).
(17) Jekk l-livell aktar baxxa hija permessa għal żmien limitat biss, jekk jogħġbok agħti d-data. Inkella halli vojt.
(18) L-istess installazzjoni tista’ twettaq attivitajiet li jaqgħu taħt sub-intestaturi differenti. Għandha tiġi indikata l-attività prinċipali. Jekk jogħġbok uża l-kodiċi ta’ l-attivitajiet ta’ l-Anness I elenkati fit-Tabella tal-mistoqsija 3.3.
(19) Jekk jogħġbok uża l-kodiċi li ġejjin: Data dwar l-Attività (AD), Valur Kalorifiku Nett (NCV), Fattur ta’ l-Emissjonijiet (EF), Data dwar il-Kompożizzjoni (CD), Fattur ta’ l-Ossidazzjoni (OF), Fattur ta’ Konverżjoni (CF); jekk huma milquta bosta valuri f’xi installazzjoni, imla linja waħda għal kull valur.
(20) Jekk jogħġbok uża l-kodiċi li ġejjin: Nuqqas fit-tagħmir tal-kejl (FMD), nuqqas temporanju ta’ data (TLD), tibdil fl-installazzjoni, tip ta’ fjuwil eċċ. (CIF), oħrajn (jekk jogħġbok speċifika).
(21) Jekk jogħġbok irreferi għat-Tabella fil-mistoqsija 3.3 għal deskrizzjoni tal-kodiċi ta’ l-attivitajiet ta’ l-Anness I. Jekk xi installazzjoni twettaq aktar minn attività waħda, għandha tingħadd darba biss skond l-attività ta’ l-Anness I prinċipali tagħha.
(22) Jekk jogħġbok uża l-kodiċi li ġejjin: id-data rrapportata mhix ħielsa minn inkonsistenzi u dikjarazzjonijiet żbaljati materjali (NFI), il-ġbir tad-data ma twettaqx skond l-istandards xjentifiċi applikabbli (NASS), ir-rekords rilevanti ta’ l-installazzjoni mhumiex kompluti u/jew konsistenti (RNC), il-verifikatur ma ngħatax aċċess għas-siti u l-informazzjoni kollha relatati mas-suġġett tal-verifika (VNA), ma sar ebda rapport (NR), oħrajn (jekk jogħġbok speċifika).
(23) Jekk jogħġbok irreferi għat-Tabella tal-mistoqsija 3.3 għal deskrizzjoni tal-kodiċi ta’ l-attivitajiet ta’ l-Anness I. Jekk xi installazzjoni twettaq aktar minn attività waħda, għandha tingħadd darba biss skond l-attività ta’ l-Anness I prinċipali tagħha.”