Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0552

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' Awwissu 2006 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3447) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 217, 8.8.2006, p. 29–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1064–1065 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429 U 32020R0687

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/552/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1064


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-3 ta' Awwissu 2006

    li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3447)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/552/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tirrevika d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2003/85/KE tistipola miżuri minimi ta' kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u ċertu miżuri preventivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-konoxxenza u l-preparazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola fir-rigward ta' dik il-marda.

    (2)

    Il-miżuri preventivi stipolatifid-Direttiva 2003/85/KE jinkludu l-proviżjoni li l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-immaniġġjar tal-viru ħaj tal-marda ta' l-ilisen u d-dwiefer għall-manufattura ta' l-antiġeni inattivati għall-produzzjoni tal-vaċċini jew vaċċini u riċerka relatata isir f'laboratorji approvati elenkati fil-Parti B ta' l-Anness XI ta' dik id-Direttiva.

    (3)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar ċertu tibdil relatati mal-produtturi tal-vaċċini tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'dan l-Istat Membru. Il-Ġermanja ġeddet il-garanziji ta' sigurtà meħtieġa għal-laboratorju li jinsab fit-territorju tagħha.

    (4)

    Għal raġunijiet ta' sigurtà huwa importanti li tinżamm aġġornata lista ta' laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw l-vajrus ta' l-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin li tinsab fid-Direttiva 2003/85/KE.

    (5)

    Għalhekk, huwa meħtieġ li tinbidel il-lista ta' laboratorji li huma awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin li tinsab fil-Parti B ta' l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE bil-lista stipolata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE, Parti B, hu mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta' Lulju 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta' Awwissu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Direttiva emendata bid-Deċiżjoni 2005/615/KE (ĠU L 213, 18.8.2005, p. 14).


    ANNESS

    L-Anness XI tad-Deċiżjoni 2003/85/KE, Parti B hu mibdul b' li ġej:

    L-Istat membru fejn qiegħed il-laboratorju

    Laboratorju

    Kodiċi ISO

    Isem

    DE

    Il-Ġermanja

    Intervet International GmbH, Köln

    FR

    Franza

    Merial, S.A.S., Laboratoire IFFA, Lyon

    GB

    Ir-Renju Unit

    Merial, S.A.S., Pirbright Laboratory, Pirbright

    NL

    L-Olanda

    CIDC-Lelystad, Central Institute for Animal Disease Control, Lelystad


    Top