Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0259

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Marzu 2006 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward tar-reġjonalizzazzjoni għall-Arġentina u ċ-ċertifikati mudell marbuta ma' l-importazzjoni ta' laħam frisk ta' l-ifrat mill-Brażil (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 896) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 93, 31.3.2006, p. 65–78 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 537–550 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/259/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    537


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta' Marzu 2006

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward tar-reġjonalizzazzjoni għall-Arġentina u ċ-ċertifikati mudell marbuta ma' l-importazzjoni ta' laħam frisk ta' l-ifrat mill-Brażil

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 896)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/259/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari il-punti (1) u (4) ta' ll-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tipprevedi li l-importazzjonijiet ta' dawk l-annimali u l-laħam għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikati mudell xierqa imfassla f'dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    L-Arġentina kkonfermat tifqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (tip O) fil-Provinċja ta' Corrientes fid-Dipartment ta' San Luís del Palmar u minnufih għarrfet lill-Kummissjoni fit-8 ta' Frar 2006.

    (3)

    Jeħtieġ li, sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-Komunità, jittieħdu miżuri ta' reġjonalizzazzjoni li jissospendu temporanjament l-importazzjonijiet ta' laħam dissussat li jkun ġej minn bhejjem ta' l-ifrat li joriġinaw minn dak id-Dipartiment u d-Dipartimenti tal-madwar ta' Berón de Astrada, Capital, General Paz, Empedrado, Itati, Mbucuruyá and San Cosme.

    (4)

    L-ewwel notifika ta' suspett tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer lill-awtoritajiet veterinarji Arġentina saret fl-4 ta' Frar 2006. Madankollu, l-awtoritajiet veterinarji issospendew iċ-ċertifikazzjoni ta' l-esportazzjonijiet tal-laħam mill-annimali maqtula wara l-4 ta' Jannar 2006. Għandhom jiġu sospiżi l-konsenji ta' laħam bħal dan minn bhejjem ta' l-ifrat minn dawk id-Dipartimenti maqtula fi jew wara l-4 ta' Jannar 2006. Madankollu, b'deroga minn dik is-sospensjoni, il-konsenji b'ċertifikazzjoni ffirmata bejn l-4 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2006 għal laħam dissussat imlaħħaq għall-konsum minn bhejjem ta' l-ifrat maqtula fil-perjodu bejn l-4 ta' Jannar 2006 u l-4 ta' Frar 2006 u diġà mibgħuta lejn il-Komunità għandhom jitħallew jiġu importati fil-Komunità.

    (5)

    Wara missjoni reċenti tal-Kummissjoni fil-Brażil, jidher li minkejja li tjiebu sostanzjalment is-sistemi ta' traċċabilità, huwa meħtieġ xi titjib ieħor sabiex jiġu evitati kuntatti possibbli bejn annimali ta' status differenti. Jeħtieġ ukoll li tittejjeb l-effikaċja tat-tilqim kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u l-ħila li jintwera n-nuqqas ta' ċirkolazzjoni tal-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, billi jitqies li huwa biss il-laħam dissussat imlaħħaq għall-konsum li huwa importat fil-Komunità.

    (6)

    Jixraq li bħala miżura addizzjonali jkunu previsti garanziji supplementari fir-rigward tal-kuntatti bejn l-annimali, it-tilqim u s-sorveljanza.

    (7)

    Trid titqies il-politika ta' non-tilqim għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fl-Istat ta' Santa Catarina.

    (8)

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif imiss.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-31 ta' Marzu 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2002, p. 11.

    (2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/9/KE (ĠU L 7, 12.1.2006, p. 23).


    ANNESS

    Fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, il-Parti I u l-lista ta' Mudelli taċ-ċertifikati veterinarji u l-Mudell ’BOV’ fil-Parti II jiġu sostitwiti minn dawn li ġejjin:

    “ANNESS II

    (LAĦAM FRISK)

    PARTI 1

    LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW PARTIJIET MINNHO (*)

    Pajjiż

    Kodiċi tat-territorju:

    Deskrizzjoni tat-territorju

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizz-jonijiet speċifiċi

    Mudell(i)

    SG

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    AL – L-Albanija

    AL-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    AR – L-Arġentina

    AR-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    AR-1

    Il-Provinċji ta' Buenos Aires, Catamarca, Corrientes, (minbarra d-dipartimenti ta' Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar), Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, u Tucuman.

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-2

    La Pampa u Santiago del Estero

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-3

    Cordoba

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-4

    Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

    BOV, OVI, RUW, RUF

     

    1

    AR-5

    Formosa (it-territorju ta' Ramon Lista biss) u Salta (id-dipartiment ta' Rivadavia biss,)

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-6

    Salta (id-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Oran, Iruya, u Santa Victoria biss)

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-7

    Chaco, Formosa (minbarra t-territorju ta' Ramon Lista), Salta (minbarra d-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Rivadavia, Oran, Iruya, u Santa Victoria), Jujuy

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-8

    Chaco, Formosa, Salta, Jujuy, bl-eċċezzjoni taż-żona buffer ta' 25 km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fil-Provinċja ta' Jujuy, sad-Distrett ta' Laishi fil-Provinċja ta' Formosa

    BOV

    A

    1 u 2

    AR-9

    Iż-żona buffer ta' 25 km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fil-Provinċja ta' Jujuy, sad-Distrett ta' Laishi fil-Provinċja ta' Formosa

     

     

    AR-10

    Parti mill-Provinċja ta' Corrientes: id-dipartimenti ta' Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar

    BOV

    A

    1 u 2

    AU – L-Awstralja

    AU-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    BA – Il-Bożnija Ħerzegovina

    BA-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BG – il-Bulgarija a

    BG-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BG-1

    Il-provinċji ta' Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta' Sofja, il-belt ta' Sofja, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin

    BOV, OVIRUW, RUF

    BG-2

    Il-provinċji ta' Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo, Kardjali u l-kuritur wiesa' 20 km fuq il-fruntiera mat-Turkija

    BH – il-Baħrejn

    BH-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BR – Il-Brażil

    BR-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BR-1

    Parti mill-Istat ta' Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta' Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí);

    L-Istat ta' Espíritu Santo;

    L-Istat ta' Goias u;

    Parti mill-Istat ta' Mato Grosso li tinkludi l-unità reġjonali ta' Cuiaba (minbarra l-muniċipalitajiet ta' San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço), l-unità reġjonali ta' Caceres (minbarra l-muniċipalità ta' Caceres), l-unità reġjonali ta' Lucas do Rio Verde, l-unità reġjonali ta' Rondonopolis (minbarra l-muniċipalità ta' Itiquiora), l-unità reġjonali ta' Barra do Garça u l-unità reġjonali ta' Barra do Burgres.

    BOV

    A u H

    1 u 2

    BR-2

    L-Istat ta' Rio Grande do Sul

    BOV

    A u H

    1 u 2

    BR-3

    Parti mill-Istat ta' Mato Grosso do Sul li tinkludi l-muniċipalità ta' Sete Quedas

    BOV

    A u H

    1 u 2

    BR-4

    Parti mill-Istat ta' Mato Grosso do Sul (minbarra l-muniċipalitajiet ta': Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá),

    L-Istat ta' Paraná, u

    L-Istat ta' Sao Paulo

    BOV

    A u H

    1 u 2

    BR-5

    L-Istat ta' Paraná,

    L-Istat ta' Mato Grosso do Sul u

    L-Istat ta' Sao Paulo.

    1

    BR-6

    L-Istat ta' Santa Catarina

    BOV

    A u H

    1 u 2

    BW – Il-Botswana

    BW-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    BW-1

    Iż-żoni veterinarji ta' kontroll 5, 6, 7, 8, 9 u 18

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1 u 2

    BW-2

    Iż-żoni veterinarji ta' kontroll 10, 11, 12, 13 u 14

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    1 u 2

    BY – Il-Belarus

    BY-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    BZ – Il-Beliże

    BZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    CA – Il-Kanada

    CA-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW,

    G

     

    CH – L-Iżvizzera

    CH-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    CL – Iċ-Ċilì

    CL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

     

     

    CN – Iċ-Ċina (ir-Repubblika Popolari ta')

    CN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    CO – Il-Kolombja

    CO-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    CO-1

    Iż-żona inkluża bejn il-linji tal-fruntiera li jibdew mill-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato, 'l isfel max-Xmara Atrato sa fejn din tingħaqad ma' l-Oċean Atlantiku, u minn dan il-punt sal-fruntiera tal-Panama mal-kosta Atlantika sa Cabo Tiburón; minn dan il-punt sa l-Oċean Paċifiku mal-fruntiera bejn il-Kolombja u l-Panama; minn dan il-punt sal-bidu tax-Xmara Valles mal-kosta tal-Paċifiku u minn dan il-punt f'linja dritta sal-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato.

    BOV

    A

    2

    CO-3

    Iż-żona li tinsab bejn il-linji tal-fruntiera li jibdew minn ħalq ix-Xmara Sinu fuq l-Oċean Atlantiku, 'il fuq max-Xmara Sinu sal-bidu tagħha – l-Ilmijiet ta' Alto Paramillo, u minn dan il-punt sa Puerto Rey fuq l-Oċean Atlantiku, mal-linja tal-fruntiera bejn id-Dipartiment ta' Antiquia u Córdoba, u minn dan il-punt sa ħalq ix-Xmara Sinu mal-Kosta Atlantika.

    BOV

    A

    2

    CR – il-Kosta Rika

    CR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    CU – Kuba

    CU-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    DZ – L-Alġerija

    DZ-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    ET – L-Etjopja

    ET-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    FK – Il-Gżejjer Falkland

    FK-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU

     

     

    GL – Greenland

    GL-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    GT – Il-Gwate-mala

    GT-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    HK – Ħong Kong

    HK-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    HN – Il-Ħonduras

    HN-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    HR – Il-Kroazja

    HR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    IL – L-Iżrael

    IL-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    IN – L-Indja

    IN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    IS – L-Iżlanda

    IS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

     

     

    KE – Il-Kenja

    KE-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    MA – Il-Marokk

    MA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    MG – Il-Madaga-skar

    MG-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    MK – l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (***)

    MK-0

    Il-pajjiż kollu

    OVI, EQU

     

     

    MU – Il-Mawrizju

    MU-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    MX – Il-Messiku

    MX-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    NA – In-Namibja

    NA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    NA-1

    Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    2

    NC – New Caledonia

    NC-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, RUF, RUW

     

     

    NI – In-Nikaragwa

    NI-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    NZ – New Zealand

    NZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

     

     

    PA – Il-Panama

    PA-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, EQU

     

     

    PY – Il-Paragwaj

    PY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    PY-1

    Chaco ċentrali u ż-żoni ta' San Pedro

    BOV

    A

    1 u 2

    RO – Ir-Rumanija (a)

    RO-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, EQU, RUW, RUF

     

     

    RU – Ir-Russja

    RU-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    RU-1

    Ir-reġjun ta' Murmansk, i ż-żona awtonoma ta' Yamalo-Nemets

    RUF

     

     

    SV – El Salvador

    SV-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    SZ – Is-Swaziland

    SZ-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    SZ-1

    I ż-żona fil-Punent tal-‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-Xmara Usutu sal-fruntiera ma' l-Afrika t'Isfel fil-Punent ta' Nkalashane,

    BOV, RUF, RUW

    F

    2

    SZ-2

    I ż-żoni veterinarji ta' sorveljanza u tilqim kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 ta' l-2000

    BOV, RUF, RUW

    F

    1 u 2

    TH – It-Tajlandja

    TH-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TN – It-Tuneżija

    TN-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TR – It-Turkija

    TR-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    TR-1

    Il-provinċji ta' Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Iżmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

    EQU

     

     

    UA – L-Ukraina

    UA-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    US – L-Istati Uniti

    US-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV, OVI, POR, EQU,, SUF, SUW, RUF, RUW

    G

     

    XM – Il-Montenegro

    XM-0

    It-territorju doganali kollu (****)

    BOV, OVI, EQU

     

     

    XS – Is-Serbja (**)

    XS-0

    It-territorju doganali kollu (****)

    BOV, OVI, EQU

     

     

    UY – L-Urugwaj

    UY-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU

     

     

    BOV,

    A

    1 u 2

    OVI

    A

    1 u 2

    ZA – L-Afrika t'Isfel

    ZA-0

    Il-pajjiż kollu

    EQU, EQW

     

     

    ZA-1

    Il-pajjiż kollu ħlief:

    il-parti taż-żona ta' kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta' Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta' Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta' Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta' lonġitudni 28o, u

    id-distrett ta' Camperdown, fil-provinċja ta' KwaZuluNatal

    BOV, OVI, RUF, RUW

    F

    2

    ZW – I ż-Zimbabwe

    ZW-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 6

    ‘1’:: Restrizzjonijiet ġeografiċi u temporali:

    ‘2’:: Restrizzjonijiet ta' kategorija:

    Il-ġewwieni mhux awtorizzat (ħlief, fil-każ ta' l-ispeċijiet ta' l-ifrat, tad-dijaframma u l-muskoli masseteri [tax-xedaq]).

    PARTI 2

    Mudelli ta' ċertifikati veterinarji

    Mudell(i)

    ‘BOV’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk ta' bhejjem ta' l-ifrat domestiċi (Bos taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħallta tagħhom).

    ‘POR’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tal-q żieqe ż (Sus scrofa).

    ‘OVI’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tan-nagħaġ (Ovis aries) u l-mogħo ż (Capra hircus).

    ‘EQU’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk ta' bhejjem ekwini domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħallta tagħhom).

    ‘RUF’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tal-q żieqe ż ta' annimali mhux domestiċi mrobbija għajr il-ħnie żer (suwidi) u qabil id-debb (solipedi).

    ‘RUW’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk ta' annimali mhux domestiċi selvaġġi għajr il-ħnie żer (suwidi) u qabil id-debb (solipedi).

    ‘SUF’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tal-suwidi mhux domestiċi mrobbija.

    ‘SUW’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tal-suwidi mhux domestiċi selvaġġi.

    ‘EQW’:

    :

    Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tas-solipedi mhux domestiċi slavaġ.

    SG (Garanziji supplementari)

    ‘A’:

    :

    garanziji fir-rigward tal-maturazzjoni, il-kejl tal-pH u d-dissussar tal-laħam frisk, esklu ż il-ġewwieni, ċertifikat skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV (punt 10.6), RUF (punt 10.7) u RUW (punt 10.4).

    ‘B’:

    :

    garanziji fir-rigward ta' ġewwieni mnaddaf mlaħħaq għall-konsum kif deskritt fiċ-ċertifikat mudell BOV (punt 10.6).

    ‘C’:

    :

    garanziji rigward it-test tal-laboratorju għad-deni klassiku tal-ħnie żer fil-karkassi minn fejn inkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudell taċ-ċertfikat SUW (punt 10.3 bis)

    ‘D’:

    :

    garanziji rigward l-iswill fl-azjendi agrikoli għall-annimali li minnhom inkiseb il-laħam frisk skond il-mudelli taċ-ċertifikat POR (punt 10.3 d)

    ‘E’:

    :

    garanziji rigward it-test għat-tuberkolo żi fl-annimali minn fejn inkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV (punt 10.4 d)

    ‘F’:

    :

    garanziji fir-rigward tal-maturazzjoni u d-dissussar tal-laħam frisk, esklu ż il-ġewwieni, ċertifikat skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV (punt 10.6), OVI (punt 10.6), RUF (punt 10.7) and RUW (punt 10.4).

    ‘G’:

    :

    garanziji fir-rigward ta' 1, l-esklu żjoni tal-ġewwiena u s-sinsla; u 2, l-ittestjar u l-oriġini ta' annimali ċervidi fir-rigward tal-kif imsemmi fil-mudelli taċ-ċertifikati RUF (punt 9.2.1) u RUW (punt 9.3..1).

    ‘H’:

    :

    garanziji supplimentari meħtieġa għall-Bra żil fir-rigward ta' kuntatti bejn l-annimali, programmi ta' tilqim u sorveljanza. Madankollu, billi l-istat ta' Santa Catarina ma jlaqqamx kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, ir-referenza għal programm ta' tilqim ma tapplikax għal-laħam li jkun ġej minn annimali li joriġinaw u jinqatlu f'dak l-Istat.

    Noti

    (a)

    Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom jiġu prodotti mill-pajji ż ta' l-esportazzjoni, ibba żati fuq il-mudelli li jidhru fil-Parti 2 ta' l-Anness II, skond il..... tal-mudell li jikkorripsondi għal-laħmijiet ikkonċernati. Għandhom ikollhom, fl-ordni nnumerat li jidher fil-mudell, iċ-ċertifikazzjonijiet li huma meħtieġa għal kwalunkwe pajji ż terz u, jekk ikun il-ka ż, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għal pajjiz terz jew parti minnu li jkunu qed jesportaw.

    (b)

    Ċertifikat separat u uniku għandu jiġi pprovdut għal-laħam li jiġi esportat minn territorju waħdieni li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta' l-Anness II li huma kkonsenjat lejn l-istess destinazzjoni u ttrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, ajruplan jew vapur.

    (ċ)

    L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jikkonsisti minn paġna waħda, i ż-żewġ naħat, jew fejn tinħtieġ aktar kitba, għandu jkun f'tali forma li l-paġni kollha li hemm b żonn huma parti minn sistema integrata sħiħa u li ma tistax tinqasam.

    (d)

    Għandu jitfassal f'mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE li fih l-ispezzjoni fuq il-fruntiera għandha titwettaq u ta' l-Istat Membru ta' l-UE destinatarju. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu, jekk neċessarju, jagħtu permess għal ilsna oħra, akkumpanjati minn traduzzjoni uffiċjali.

    (e)

    Jekk għal raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-konsenja (it-tabella fil-punt 8.3 taċ-ċertifikat mudell), ikun hemm paġni addizzjonali mehmu ża maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom ukoll jitiqesu bħala li jifformaw parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat bl-applikazzjoni tal-firma u tat-timbru ta' l-uffiċjal veterinarju li qed jiċċertifika, f'kull paġna.

    (f)

    Meta ċ-ċertifikat, inklu żi tabelli addizzjonali msemmija fi (e), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna ser tiġi nnumerata — (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni) — fil-qiegħ, u ser ikollu n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li ngħata mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq.

    (g)

    L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali. B'tali mod, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajji ż li qed jesporta ser ji żgura li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE huma u żati Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tat-test stampat. L-istess regola tapplika għal timbri oħra għajr dawk imqabb ża jew watermarked.

    (h)

    L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jakkumpanja l-konsenja sal-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta' l-UE.

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    (*)  Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċertifikazzjoni previsti mill-ftehimiet Komunitarji ma' pajjiżi terzi.

    (**)  Li ma jinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

    (***)  L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma tippreġudikax bi kwalunkwe mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

    (****)  Is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki b'territorji doganali individwali li jiffurmaw Unjoni ta' l-Istat u għalhekk għandhom jiġu elenkati separatament.

    =

    Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (ħlief għal dawk l-ispeċijiet fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu)

    a

    =

    Huwa applikabbli biss sakemm dan l-Istat li se jissieħeb, isir Stat Membru ta' L-Unjoni Ewropea


    Top