Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0016

    Direttiva tal-Kummissjoni 2005/16/KE tat- 2 ta' Marzu 2005 li temenda Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ periklu għall-pjanti jew għall-prodotti minn pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità

    ĠU L 57, 3.3.2005, p. 19–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 202–205 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/16/oj

    6.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    202


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/16/KE

    tat-2 ta' Marzu 2005

    li temenda Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ periklu għall-pjanti jew għall-prodotti minn pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari il punti (ċ) u (d) fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha,

    Wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri kkonċernati,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2000/29/KE tipprovdi għal ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni fl-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew pajjiżi oħrajn ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti ta’ pjanti. Tipprovdi wkoll għal ċerti żoni li għandhom jiġu maħtura bħala żoni ta’ protezzjoni.

    (2)

    Minħabba żball klerikali fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, il-lista ta’ pajjiżi fl-Iżvezja magħrufin bħala żona protetta fl-ambitu tal-preżenza ta' Leptinotarsa decemlineata Say kienet żbaljata u għandha tiġi rrettifikata.

    (3)

    Mill-informazzjoni mogħtija mid-Danimarka, dak l-Istat Membru ma għandux jiġi rikonoxxut iktar bħala żona protetta fil-kuntest tal-virus li jikkawża l-vina safra ta’ nekrożi fil-pitravi billi jidher li dak l-organiżmu perikoluż huwa stabbilit fid-Danimarka.

    (4)

    Mill-informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit, jidher li Dendroctonus micans Kugelan huwa stabbilit fi partijiet tar-Renju Unit. Għalhekk, iż-żona protetta fil-kuntest ta’ Dendroctonus micans Kugelan għandha tkun ristretta sa l-Irlanda Ta’ Fuq. Barra minnhekk, iż-żona protetta fil-kuntest ta’ dak l-organiżmu għandha wkoll tiġi restritta sa l-Isle of Man u Jersey.

    (5)

    Minn informazzjoni mogħtija mill-Estonja, jidher li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mhux preżenti f’dak l-Istat Membru. Għalhekk, l-Estonja tista’ tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fil-kuntest ta’ ta’ dak l-organiżmu.

    (6)

    Mill-informazzjoni mogħtija mill-Italja u minn informazzjoni addizzjonali miġbura mill-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel waqt missjoni fl-Italja f’ Mejju ta’ l-2004, jidher li l-virus ta’ Citrus tristeza huwa stabbilit f’dak l-Istat Membru. L-Italja għalhekk ma tistax titqies iktar bħala żona protetta fil-kuntest tal-virus ta' Citrus tristeza.

    (7)

    Mil-Leġiżlazzjoni Svizzera dwar Protezzjoni ta’ Pjanti, jidher li id-distrett awtonomu ta’ Ticino ma għadux iktar rikonoxxut bħala żona protetta fil-kuntest ta’ Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fl-Iżvizzera. Ir-regoli dwar importazzjoni lejn il-Komunità għandhom jiġu emendati sabiex jitneħħa trattament speċjali mogħti lill-pjanti li joriġinaw mit-Ticino.

    (8)

    Minħabba żball klerikali waqt il-preparazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/31/KE (2), il-ħtiġijiet speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment ta’ pjanti Vitis ġewwa Ċipru kif stipulat fil-punt 21.1 tal-Parti B ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE ġew imħassra bi żball. Għalhekk, dak l-Anness għandu jiġi emendat.

    (9)

    Sabiex titjieb il-protezzjoni fiżjosanitarja taż-żrieragħ Komunitarji ta’ Medicago sativa L. u taż-żrieragħ iċċertifikati Komunitarji ta’ Helianthus annuus L., Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. u Phaseolus L., dawk iż-żrieragħ għandhom jiġu akkompanjati minn passaport tal-pjanti waqt movimenti, ħlief movimenti lokali, fi ħdan il-Komunità.

    (10)

    L-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq.

    (11)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond it-test fl-Annes ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-14 ta’ Mejju 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti, u l-provedimenti amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu lil din id-Direttiva. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta’ żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni ta’ bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Huma għandhom japplikaw tali dispożizzjonijiet mill-15 ta’ Mejju 2005.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati bit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, nhar it-2 ta' Marzu 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni Ewropea


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE (ĠU L 309, 6.10.2004, p. 9).

    (2)  ĠU L 85, 23.3.2004, pġ. 18.


    ANNESS

    Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/EC huma emendati kif ġej:

    1.

    Anness I, Parti B, huwa emendat kif ġej:

    a)

    Taħt it-titolu (a), punt 3, it-tieni kolonna hi mibdula bli ġej:

    “E (Ibiza u Menorca), IRL, CY, M, P (Azores u Madeira), UK, S (Blekinge, Gotland, Halland, Kalmar, Skåne), FI (id-distretti ta’ Åland, Turku, Uusimaa, Kymi, Häme, Pirkanmaa, Satakunta)”

    ;

    b)

    Taħt it-titolu (b), punt 1, “DK” huwa mħassar.

    2.

    Anness II, Parti B, huwa emendat kif ġej:

    a)

    Taħt it-titolu (a), punt 3, it-tielet kolonna hi mibdula b’ li ġej:

    “EL, IRL, UK (Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey)”

    ;

    b)

    Taħt it-titolu (b), punt 2, “EE” tiddaħħal qabel “F (Korsika)” fit-tielet kolonna;

    ċ)

    Taħt it-titolu (d), punt 1, fit-tielet kolonna, “I” hija mħassra.

    3.

    Fl-Anness III, Parti B, fil-punti 1 u 2, fit-tieni kolonna, “EE” għandha tiddaħħal qabel “F (Korsika)”.

    4.

    L-Anness IV, Parti B, huwa emendat kif ġej:

    a)

    Fil-punt 1, it-tielet kolonna hi mibdula b’ li ġej:

    “EL, IRL, UK (Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey)”

    .

    b)

    Fil-punt 7, it-tielet kolonna hi mibdula b’ li ġej:

    “EL, IRL, UK (Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey)”

    .

    ċ)

    Fil-punt 14.1, it-tielet kolonna hi mibdula b’ li ġej:

    “EL, IRL, UK (Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u Jersey)”

    .

    d)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 20.1, “DK” hija mħassra.

    e)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 20.2, “DK” hija mħassra.

    f)

    Il-Punt 21 huwa emendat kif ġej:

    i)

    fit-tieni kolonna, taħt il-punt (ċ), “Ticino” huwa mħassar;

    ii)

    fit-tielet kolonna, “EE” tiddaħħal qabel l- “F (Korsika)”.

    ġ)

    Il-punt 21.1 li ġej jiddaħħal:

    “21.1.

    Pjanti ta’ Vitis L., ħlief frott u żrieragħ

    Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni fl-Anness III Parti A punt 15, dwar l-introduzzjoni ta’ pjanti ta’ Vitis L. ħlief frott minn pajjiżi oħra ħlief l-Isvizzera fil-Komunità, stqarija uffiċjali li l-pjanti:

    a)

    joriġinaw minn żona magħrufa li hija ħielsa minn Daktulosphaira vitifoliae (Fitch);

    jew

    b)

    ġew imrobbija f’post ta’ produzzjoni li nstabet ħielsa minn Daktulosphaira vitifoliae (Fitch) wara spezzjonijiet uffiċjali li saru matul l-aħħar żewġ ċikli ta’ veġetazzjoni;

    jew

    ċ)

    ġew soġġetti għall-fumigazzjoni jew trattament xieraq ieħor kontra id-Daktulosphaira vitifoliae (Fitch).

    CY”

    h)

    Il-Punt 21.3 huwa emendat kif ġej:

    i)

    fit-tieni kolonna, taħt punt (b), “Ticino” huwa mħassar;

    ii)

    fit-tielet kolonna, “EE” tiddaħħal qabel l-“F (Korsika)”.

    i)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 22, “DK” hija mħassra.

    j)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 23, “DK” hija mħassra.

    k)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 25, “DK” hija mħassra.

    l)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 26, “DK” hija mħassra.

    m)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 27.1, “DK” hija mħassra.

    n)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 27.2, “DK” hija mħassra.

    o)

    Fit-tielet kolonna tal-punt 30, “DK” hija mħassra.

    p)

    Il-Punt 31 huwa emendat kif ġej:

    “31.

    Frott ta’ Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u ibridi tagħhom li joriġinaw fl- E, F (ħlief Korsika), CY u I

    Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet stipulati fl-Anness IV Parti A Taqsima II punt 30.1 li l-ippakkjar irid ikollu fuqu marka dwar l-oriġini:

    a)

    il-frott għandu jkun ħieles minn weraq u pedunkuli; jew

    b)

    fil-każ ta’ frott bil-weraq jew pedunkuli, stqarrija uffiċjali li il-frott huwa ppakkjat f'kontenituri magħluqin li ġew issiġillati uffiċjalment u ser jibqgħu issiġillati waqt it-trasport tagħhom f'żona protetta, rikonoxxuta għal dan il-frott, u għandhom juru marka li tiddistingwihom fuq il-passaport.

    EL F (Korsika), M, P”

    5.

    L-Anness V, Parti A, huwa emendat kif ġej:

    It-test fil-punt 2.4 huwa mibdul kif ġej:

    “—

    Żrieragħ u basal ta’ Allium ascalonicum L., Allium cepa L. u Allium schoenoprasum L. intenzjonati għat-tħawwil u pjanti ta’ Allium porrum L. intenzjonati għat-tħawwil,

    Żrieragħ ta’ Medicago sativa L.,

    Żrieragħ iċċertifikati ta’ Helianthus annuus L., Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. u Phaseolus L.”


    Top