Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2169

    2169/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2169/2004 tas- 17 ta' Diċembru 2004 jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

    ĠU L 371, 18.12.2004, p. 18–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 59–59 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2169/oj

    15.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    59


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2169/2004

    tas-17 ta' Diċembru 2004

    jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6b(3) u 6c(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/03 (2) jipprovdi li l-emendi fil-kuntratti jistgħu jżidu l-volum ikkuntattat sa massimu ta’ 30 % tal-kwantità oriġinarjament ikkuntrattata. Minkejja dan, fir-rigward tat-tin imqadded għall-produzzjoni ta' pejsts tat-tin, dan il-perċentwal jista’ jiżdied għal 100 % tal-kwantitajiet oriġinarjament stipulati fil-kuntratt bejn il-produttur u l-proċessur. Dik id-deroga tgħodd biss sas-sena tas-suq 2003/2004.

    (2)

    Minħabba li r-raġunijiet għad-deroga, jiġifieri l-fatt li l-produzzjoni u l-esportazzjoni komplew tul is-sena kummerċjali kollha, baqgħu jgħoddu, huwa meħtieġ li l-istess deroga ssir permanenti.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Numru 1535/2003 għandu għalhekk jiġi emendat.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Ipproċessati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003, it-tieni subparagrafu jinbidel b'li ġej:

    “Madankollu, l-emendi għall-kuntratti għat-tin imqadded mhux ipproċesat maħsub għall-produzzjoni ta' pejsts tat-tin, jistgħu jiġu konklużi mhux iktar tard mill-31 ta' Mejju u jistgħu jżidu l-kwantitajiet stabbiliti oriġinarjament fil-kuntratti b'mhux iktar minn 100 %.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda jgħodd mis-sena tas-suq 2004/2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta' Diċembru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

    (2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1132/2004 (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 3).


    Top