Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0021

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE

ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/21/oj

32004R0021



Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0008 - 0017


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004

tas-17 ta’ Diċembru 2003

li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Billi:

(1) Permezz ta’ l-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettieq tas-suq intern [3], l-annimali għall-kummerċ intra-Komunitarju għandhom ikunu identifikati b’konformit mal-ħtiġiet tar-regoli tal-Komunità u għandhom ikunu rreġistrati b’tali mod hekk li l-qasam, iċ-ċentru jew l-organizzazzjoni oriġinali jew tat-transitu jistgħu jkunu ntraċċati. Dawk is-sistemi ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għandhom ikunu estiżi għall-movimenti ta’ l-annimali fi ħdan it-territorju ta’ kull Stat Membru sa l-1 ta’ Jannar 1993.

(2) L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temend d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [4] jistqarr li l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom, apparti milli fil-każi ta’ l-annimali għall-qatla u l-ekwidi rreġistrati, ikunu mwettqa wara li jkunu saru l-verifiki veterinarji.

(3) Ir-regoli li jikkonċernaw l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini kienu partikolarment ġew stabbiliti fid-Direttiva 92/102/KEE [5]. Fir-rigward ta’ l-annimali ovini u koprini, l-esperjenza, u partikolarment il-kriżi tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kienu wrew li l-implementazzjoni tad-Direttiva 92/102/KEE ma kienetx sodisfaċenti u teħtieġ li tkun imtejba. Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti regoli aktar stretti u speċifiċi, bħal ma diġa kien sar fil-każ ta’ l-annimali bovini bil-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini [6].

(4) Isegwi mill-istruttura tal-leġislazzjoni tal-Komunità, u partikolarment mir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, li l-kunċetti ta’ detentur u qasam ġeneralment użati ma jirreferux għall-prattiċi jew il-kliniċi veterinarji. L-iskop ta’ dawk il-kunċetti għandu jkun definit b’mod aktar espliċitu hekk li jwassal ħalli l-leġislazzjoni tkun tifhiem aħjar.

(5) Id-Direttiva 92/102/KEE għandha għalhekk tkun emendatat sabiex tistqarr kjaramenti li l-annimali bovini jkunu diġa esklużi mill-iskop tagħha, u l-istess, sabiex ikunu esklużi l-annimali ovini u kaprini.

(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini u fil-majjali [7] għandha wkoll tkun emendata sabiex ikunu aġġortanti r-referenzi fiha lejn id-dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-ispeċje ta’ l-annimali kkonċernati.

(7) Fil-1998 il-Kummissjoni kienet nidiet proġett fuq skala kbira dwar l-identifikazzjoni elettronika ta’ l-annimali (IDEA), u r-rapport finali tagħha kien tlesta fit-30 ta’ April 2002. Il-proġett wera li titjib sostanzjali fis-sistema ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini tista tkun akwistata bl-użu ta’ l-identifikaturi elettroniċi għall-dawk l-annimali, basta li ċerti kondizzjonijiet li jikkonċernaw il-mużuri akkompanjatriċi jkunu ġew imwettqa.

(8) It-teknoloġija għall-identifikazzjoni elettronika ta’ l-annimali ovini u kaprini kienet ġiet żviluppata sa l-istadju ta’ meta tista tkun applikata. Sakemm iseħħ l-iżvilupp tal-miżuri implementattriċi meħtieġa għall-introduzzjoni xierqa tas-sistema ta’ l-introduzzjoni elettronika matul il-Komunità kollha, is-sistema effiċċjenti ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni, li tgħin fl-iżviluppi futuri fil-qasam ta’ l-implementazzjoni ta’ l-identifikazzjoni elettronika fuq skala matul il-Komunità kollha li għandhom ikunu meqjusa, għandhom jippermettu l-identifikazzjoni individwali ta’ l-annimali u l-oqsma tat-twelid tagħhom.

(9) Sabiex ikunu meqjusa l-iżviluppi futuri fil-qasam ta’ l-identifikazzjoni elettronika ta’ l-anniamli ovini u kaprini, u partikolarment l-esperjenza akwistata mill-implementazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport li jikkonċerna l-possibbiltà ta’ l-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-identifikazzjoni elettroniki fuq skala matul il-Komunità kollha, flimkien mal-proposti meħtieġa.

(10) (1) Il-Kummissjoni, partikolarment fid-dawl tal-proċeddimenti mwettqa miċ-¬entru Konġunt tar-Riċerka tagħha, għandha wkoll tipprovdi linji ta’ gwida tekniċi dettaljati, definizzjonijiet u proċeduri għall-karatteristiċi tekniċi ta’ l-identifikaturi u l-qarreja, l-proċeduri tat-testijiet, il-kriterja ta’ l-aċċettazzjoni u l-mudell taċ-ċertifikazzjoni għal-laboratorji approvati tat-testijiet, l-akkwist ta’ l-identifikaturi u l-qarreja xierqa, l-applikazzjoni ta’ l-identifikaturi, il-qarreja tagħhom u l-irkupru, il-kodifika ta’ l-identifikaturi, glossarju komuni, dizzjunarju tad-data u normi tal-komunikazzjoni.

(11) L-Istati Membri b’popolazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini relattivament żgħira, l-introduzzjoni tas-sistema ta’ l-identifikazzjoni elettronika tista ben tajjeb ma tkunx ġustifikata; huwa għalhekk rakkommandabbli li dawn l-Istati Membri jitħallew li jgħamlu din is-sistema bħala voluntarja. Dispożizzjoni għandha ssir ukoll għall-proċedura mħaffa li taġġusta l-limiti demografiċi li permezz tagħhom l-identifikazzjoni elettronika tista tkun voluntarja.

(12) Sabiex jippermettu li l-movimenti ta’ l-annimali ovini u kaprini jkunu ntraċċati, l-annimali għandhom ikunu identifikati sewwa u l-movimenti kollha tagħhom għandhom ikunu intraċċabbli.

(13) Huwa meħtieġ għad-detenturi ta’ l-annimali jkun jżommu l-informazzjoni aġġornata ta’ l-annimali fl-oqsma tagħhom. L-informazzjoni minima meħtieġa għandha tkun iddeterminata fuq il-bażi tal-Komunità.

(14) Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi reġistru ċentrali li jinkludi lista l-aktar aġġornata tad-detenturi kollha ta’ l-annimali koperti b’dan ir-Regolament li huma nvoluti f’din l-attività fit-territorju tiegħu, u li jkun fih l-informazzjoni minima kif stabbilita fil-bażi tal-Komunità.

(15) Għall-iskopijiet ta’ l-intraċċar imħaffef u eżatt ta’ l-annimali, kull Stat Membru għandu joħloq database kompjuterizzata li għandha tirreġistra l-oqsma kollha fit-territorju tiegħu u l-movimenti ta’ l-annimali.

(16) In-natura u l-meżżi ta’ l-identifikazzjoni għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tal-Komunità.

(17) Il-Persuni nvoluti fil-kummerċ ta’ l-annimali għandhom iżommu dettalji dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom, u l-awtorità kompetenti għandha jkollha aċċess għal dawk id-dettalji meta hija titlob għal dawn.

(18) Sabiex ikun assigurat li dan ir-Regolament ikun applikat sewwa, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal skambju mħaffef u effiċjenti ta’ l-informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-meżżi ta’ l-identifikazzjoni u tad-dokumenti relatati.Id-dispożizzjonijiet tal-Komunià li jirrigwardjawhom kienu ġew adottati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni sewwa tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli [8] u bid-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni sewwa tal-leġislazzjoni dwar materji veterinarji u żootekniċi [9].

(19) Bil-għan li tkun iggarantita l-affidabbilità ta’ l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jimplementaw miżuri adatti u adekwati, mingħajr preġuduzzju għar-Regolamnt tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interesi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [10].

(20) Sabiex tkun meqjusa s-sistema stabbilita b’dan ir-Regolament għall-għoti ta’ ċerti għajnuniet permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li stabbilixxa regoli komuni għall-iskemi tas-sostenn dirett permezz tal-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa [11], dak ir-Regolament għandu jkun emendat kif xieraq.

(21) Il-miżuiri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri implementattivi konferiti fuq il-Kummisjoni [12],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2. Dan ir-Regolament għandu jkun japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Komunità li jistgħi jkunu stabbiliti għall-eradikazzjoni tal-mard jew għall-iskopijiet ta’ kontroll, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/496/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 2

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:

(a) "annimali" għandu jfisser kwalunkwe annimali tal-ispeċje ovini jew kaprini;

(b) "qasam" għandu jfisser kwalunkwe stabbeliment, kwalunkwe struttura, jew fil-każ ta’ rziezet fil-miftuħ (free-range), kwalunkwe ambjent, li fih l-annimali huma miżmuma, imkabbra jew imrobbija fuq bażi permanenti jew temporanja, apparti milli fil-prattiċi jew fil-kliniċi veterinjarji;

(ċ) "detentur" għandu jfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali bir-responsabbilità għall-annimali, anki temporanzjament, apparti milli l-prattiċi jew il-kliniċi veterinarji;

(d) "awtorità kompetenti" għandha tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru li tkun responsabbli għal, jew afdata bi, it-twettieq tal-verifiki veterinarji u l-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew, fil-każ tal-monitoraġġ għall-premium, l-awtorità afdata bl-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(e) "kummerċ intra-Komunitarju" jfisser il-kummerċ kif definit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 91/68/KEE [13].

Artikolu 3

1. Is-sistema ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali għandha tkun tinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

(a) il-meżżi ta’ l-identifikazzjoni dwar l-identità ta’ kull annimal;

(b) iż-żamma ta’ reġistri aġġornati f’kull qasam;

(ċ) id-dokumenti taċ-ċaqlieq;

(d) reġistru ċentrali jew database kompjuterizzata.

2. Il-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha koperta b’dan ir-Regolament.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw aċċess għal dik l-informazzjoni għall-partijiet kollha li jkollhom interess, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li huma rikonoxxuti mill-Istat Membru, basta li l-ħtiġiet tal-protezzjoni tad-dettalji u l-kunfidenzalità kif preskritti bil-liġi nazzjonali jkun hemm komformità magħhom.

Artikolu 4

1. L-annimali kollha fuq qasam li jkunu twieldu wara id-9 ta’ Lulju 2005 għandhom ikunu identifikati bi qbil mal-paragrafu 2 fiż-żmien il-perijodu determinat mill-Istat Membru sa mit-twelid ta’ l-annimal u fi kwalunkwe każ qabel l-annimal ma jħalli il-qasam li fih ikun twieled. Dak il-perijodu m’għandux ikunu itwal minn sitt xhur.

Bħala deroga, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu, li ma jistgħax ikun, b’dana kollu, jeċċedi disa’ xhur, għall-annimali miżmuma f’kondizzjonijiet estensivi jew fi rziezet tat-tip free-range. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw lill-Kummisjoni bid-derogi mogħtija. Jekk meħtieġ, regoli implementattivi jistgħu jkunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

2. (a) L-annimali għandhom ikunu identifikati bl-ewwel meżż ta’ l-identifikazzjoni li tkun konformi mal-ħtiġiet tas-Sezzjoni A.1 sa A.3 ta’ l-Anness, u,

(b) bit-tieni meżż ta’ l-identifikazzjoni li jkun approvat mill-awtorità kompetneti u li jkun konformi mall-karatteristiċi tekniċi elenkati fis-Sezzjoni A.4 ta’ l-Anness.

(ċ) B’dana kollu, sad-data referuta fl-Artikolu 9(3), it-tieni meżż ta’ l-identifikazzjoni jista jkun mibdul bis-sistema stabbilita fis-Sezzjoni A.5 ta’ l-Anness, apparti milli fil-każ ta’ l-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju.

(d) L-Istati Membri li jintroduċu s-sistema referuta fi (c) għandhom japplikaw lejn il-Kummissjoni sabiex din tkun approvata permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 13(2). Għal dan l-iskop il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri u għandha twettaq l-awditjar meħtieġ sabiex tevalwa s-sistema. Meta dak l-awditjar ikun ġie imwettaq, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 90 jum mill-wassla tat-talba għall-approvazzjoni, tippreżenta lejn il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, rapport flimkien ma abozz tal-miżuri xierqa.

3. B’dana kollu għall-annimali ntiżi għall-qatla qabel l-età ta’ 12 il-xahar u ntiżi la għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-anqas għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-metodu ta’ l-identifikazzjoni deskritt fis-Sezzjoni A.7 ta’ l-Anness jista jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti bħala meżż alternattiv ta’ l-identifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2.

4. Kwalunkwe annimal importat minn pajjiż terz, li jkun għadda wara il-9 ta’ Lulju 2005 mill-verifiki stabbiliti bid-Direttiva 91/496/KEE u li jibqa fit-territorju tal-Komunità għandu jkun identifikat, bi qbil mal-paragrafu 2, fil-qasam tad-destinazzjoni ta’ fejn il-qobla huma mrobbija fi żmien perijodu, li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru, ta’ mhux aktar minn 14 il-jum minn meta jkun għadda minn dawk il-verifiki u, fi jkwlunkwe każ, qabel ma jħalli l-qasam.

L-identifikazzjoni oriġinali stabbilita mill-pajjiż terz għandha tkun irreġistrata fir-reġistru tal-qasam li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 5 flimkien mal-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni allokata lilu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

B’dana kollu, l-identifikazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 ma tkunx meħtieġa għal annimal intiż għall-qatla jew l-annimali li jkunu ittrasportati direttament mill-post ta’ l-ispezzjoni veterinarja fuq il-fruntiera lejn il-biċċerija li tkun tinsab fi Stat Membru ta’ fejn il-verifiki referuti fl-ewwel subparagrafu huma mwettqa u li l-annimali jkuni maqtula fi żmien ħamest ijiem utili minn meta jkunu għaddew minn dawk il-verifiki.

5. Kwalunkwe annimali li joriġina minn Stat Membru ieħor għandu jżomm l-identifikazzjoni oriġinali tiegħu.

6. L-ebda meżżi ta’ l-identifikazzjoni ma jistgħu jkunu mneħħija jew mibdula mingħajr il-permess ta’ l-awtorità kompetenti. Meta meżż ta’ l-identifikazzjoni jsir illeġġibli jew ikun mitluf, mezz ieħor bħala tibdil li juri l-istess kodiċi għandu jkun applikat malajr kemm jista jkun possibli bi qbil ma dan l-Artikolu. B’żieda mal-kodiċi, u distint minnha, il-meżż mibdul jista jkollu marka bin-numru tal-verżjoni tat-tibdil.

B’dana kollu, l-awtorità kompetenti tista, permezz tal-kontroll tagħha, tippermetti l-kambjament ta’ meżż ta’ l-identifikazzjoni li jkollu kodiċi differenti, basta li l-obbjettiv tat-traċċabbilità ma jkunx kompromess, partikolarment fil-każ ta’ l-annimali identifikati bi qbil mal-paragrafu 3.

7. Il-meżżi ta’ l-identifikazzjoni għandhom ikunu allokati lill-qasam, distribwiti u applikati fuq l-annimali bil-maniera determinata mill-awtorità kompetenti.

8. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn xulxin u lejn il-Kummissjoni, il-mudell tal-meżż u l-metodu ta’ l-identifikazzjoni użata fit-territorju tagħhom.

9. Sad-data referuta fl-Artikolu 9(3), l-Istati Membri li jkunu ntroduċew identifikazzjoni elettronika fuq bażi voluntarja bi qbil mad-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni A.$ u A.6 ta’ l-Anness għandhom jassiguraw li n-numru individwali ta’ l-identifikazzjoni elettronika u l-karatteristċi tal-meżżi użati ikunu msemmija fiċ-ċertifikat relevanti permezz tar-Direttiva 91/68/KEE li jakkompanja l-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarja.

Artikolu 5

1. Kull detentur ta’ l-annimali, bl-eċċezzjoni tat-trasportatur, għandu jżomm reġistru aġġornat li jkun fih mill-anqas l-informazzjoni elenkata fis-Sezzjoni B ta’ l-Anness.

2. L-Istati Membri jistgħu jkunu jeħtieġu li d-detenturi li jdaħħlu aktar informazzjoni fir-reġistru referut fil-paragrafu 1, b’żieda ma dik elenkata fis-Sezzjoni B ta’ l-Anness.

3. Ir-reġistru għandu jkun fil-format approvat mill-awtorità kompetenti, miżmum manwalment jew fil-għamla kompjuterizzata, u disponibbli fi kwalunkwe waqt fil-qasam u lejn l-awqtorità kompetenti, mat-talba tagħha, għal perijodu minimu li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità kompetenti imma li ma jistgħax ikun anqas minn tlett snin.

4. Bħala deroga mill-paragrafu 1, ir-reġistru ta’ l-informazzjoni meħtieġ bis-Sezzjoni B ta’ l-Anness għandu jkun voluntarju fi kwalunkwe Stat Membru ta’ fejn id-database kompjuterizzata ċentralizzata li diġa jkun fih din l-informazzjoni tkun voluntarja.

5. Kull detentur għandu jforni mill-awtorità kompetenti, fuq talba, bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-oriġini, l-identifikazzjoni u, meta xieraq, id-destinazzjoni ta’ l-annimali li d-detentur ikollu fil-pussess tiegħu, li jkun żamm, li jkun ittrasporta, innegozja jew qatel matul l-aħħar tlett snin.

6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn xulxin u lejn il-Kummissjoni, il-mudell tar-reġistru użat fit-territorju tagħhom, u, meta applikabbli, bid-deroga mogħtija mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 6

1. Mid-9 ta’ Lulju 2005 kull meta annimal ikun imċaqlaq fi ħdan it-territorju nazzjonali bejn żewġ oqsma separati, dan għandu jkun akkumpanjat b’dokument taċ-ċaqlieq ibbażat fuq il-mudell imħejji mill-awtoritkompetenti, li jkun fih mill-anqas l-informazzjoni minima kif elenkata fis-Sezzjoni C ta’ l-Anness, u mimli mid-detentur jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx diġa għamlet dan.

2. L-Istati Membri jista iżidu aktar informazzjoni, b’żieda ma dik li tinsab fis-Seżżjoni C ta’ l-Anness, fuq id-dokument taċ-ċaqlieq referut fil-paragrafu 1, jew jeħtieġu li tali informazzjoni tkun miżjuda.

3. Id-detentur tal-qasam fid-destinazzjoni għandu jżomm id-dokument taċ-ċaqlieq għal perijodu minimu li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità kompetenti imma li ma jistgħax ikun anqas minn tlett snin. Fuq talba, huwa għandu jformi lill-awtorità kompetenti b’kopja tagħhom.

4. Bħala deroga mill-paragrafu 1, id-dokument taċ-ċaqlieq għandu jkun voluntarju fi kwalunkwe Stat Membru ta’ fejn id-database kompjuterizzata ċentralizzata li diġa jkun fih din l-informazzjoni ikun fiha mill-anqas l-informazzjoni meħtieġa bis-Sezzjoni C ta’ l-Anness, apparti milli l-firma tad-detentur, diġa tkun operazzjonali.

5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn xulxin u lejn il-Kummissjoni, il-mudell tad-dokument taċ-ċaqlieq użat fit-territorju tagħhom, u, meta applikabbli, d-deroga referuta fil-paragrafu 4.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti jkollha reġistru ċentrali ta’ l-oqsma kollha relatati mad-detenturi ta’ l-annimali fit-territorju apparti milli t-trasportaturi.

2. Ir-reġistru għandu jinkludi l-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam jew, jekk awtorizzat mill-awtorità kompetenti, dik tad-detentur, apparti milli mit-trasportatur, l-okkupazzjoni tad-detentur, it-tip tal-produzzjoni (laħam jew ħalib) u l-ispeċje miżmuma. Jekk id-detentur iżomm l-annimali b’bażi permanenti, huwa għandu jġħamel inventarju ta’ l-annimali miżmuma, matul intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u fi kwalunkwe każ mill-anqas ta’ kull sena.

3. Il-qasam għandu jibqa fuq ir-reġistru ċentrali sakemm tlett snin konsekuttivi jkun skadew mingħajr l-ebda annimali fil-qasam. B’effett mid-9 ta’ Lulju 2005, ir-reġistru għandu jkun inkluż fid-data tad-database kompjuterizzata referuta fl-Artikoli 8(1).

Artikolu 8

1. Sa mid-9 ta’ Lulju 2005 l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tistabbilixxi database kompjuterizzata bi qbil mas-Sezzjoni D.1 ta’ l-Anness.

2. Kull detentur ta’ l-annimali, bl-eċċezzjoni tat-trasportatur, għandu, fi zmien perijodu ta’ 30 jum f’dak li jirrigwardja l-informazzjoni relatata mad-detentur jew mal-qasam u fi żmien perijodu ta’ sebat ijiem f’dak li jirrigwardja l-informazzjoni relatata maċ-ċaqlieq ta’ l-anniamli, jipprovdi lill-awtorità kompetenti bi:

(a) l-informazzjoni għad-dħul fir-reġistru ċentrali u l-eżitu ta’ l-inventarju, imsemmija fl-Artikolu 7(2), u l-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun stabbilita id-database referuta fil-paragrafu 1;

(b) fl-Istati Membri li japplikaw id-deroga referuta fl-Artikolu 6(4), kull darba li annimal ikun imċaqlaq, id-dettalji tal-moviment, kif elenkat fid-dokument taċ-ċaqlieq referut fl-Artikolu 6.

3. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista, jekk hekk tixtieq, tistabbilixxi database kompjuterizzata li jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni elenkata fis-Sezzjoni D.2 ta’ l-Anness.

4. L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu fid-database kompjuterizzata referuta fil-paragrafi 1 u 3 aktar informazzjoni, b’żieda ma dik elenkata fis-Sezzjonijiet D.1 u D.2 ta’ l-Anness.

5. Sa mill-1 ta’ Jannar 2008, id-databases referuti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu obbligatorji.

Artikolu 9

1. Il-linji ta’ gwida u l-proċeduri għall-implementazzjoni ta’ l-identifikazzjoni elettronika għandhom ikunu adotti b’konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

2. Id-deċiżjonijiet referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adotti sabiex tittejjeb l-implementazzjoni ġenerali ta’ l-identifikazzjoni elettronika.

3. Sa mill-1 ta’ Jannar 2008, l-identifikazzjoni elettronika skond il-linji ta’ gwida referuti fil-paragrafu 1, u bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti fis-Sezzjoni A ta’ l-Anness, għandha tkun obbligatorja għall-annimali kollha.

B’dana kollu, l-Istati Membri li fihom in-numru totali ta’ annimali ovini u kaprini ikun ta’ 600000 jew anqas, jistgħu jagħmlu li tali identifikazzjoni elettronika tkun voluntarja għall-annimali li ma jkunux involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju.

L-Istati Membri li fihom in-numru totali ta’ annimali kaprini u ikun ta’ 160000 jew anqas, jistgħu wkoll jagħmlu li tali identifikazzjoni elettronika tkun voluntarja għall-annimali kaprini li ma jkunux involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju.

4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2006 rapport dwar l-implementazzjoni tas-sistema ta’ l-identifikazzjoni elettronika, akkumpanjat bi proposti xierqa, li dwarhom il-Kunsill għandu jivvota b’maġġoranza kwalifikata, li tikkonferma jew temenda, jekk meħtieġ, id-data msemmija fil-paragrafu 3 u taġġorna, jekk meħtieġ, l-aspetti tekniċi relatati ma l-implementazzjoni ta’ l-identifikazzjoni elettronika.

Artikolu 10

1. Emendi għall-Annesi u l-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunui adottati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

Dawn il-miżuri għandhom jikkonċernaw, partikolarment:

(a) il-livell minimu tal-verifiki li għandhom ikunu mwettqa;

(b) l-applikazzjoni tal-penalitajiet amministrattivi;

(ċ) id-dispożizzjonijiet transizzjonali meħtieġa għal-perijodu tal-bidu tas-sistema.

2. B’konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2), din l-informazzjoni li ġejja tista tkun aġġornata:

(a) il-limiti taż-żmien għall-provvediment ta’ l-informazzjoni referuta fl-Artikolu 8(2);

(b) l-għatbiet demografiċi għall-qobla referuti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 9(3).

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-xulxin u lill-Kummissjoni bl-identità ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli sabiex jassiguraw il-konformità ma dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kwalunkwe persuna responsabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali tkun irċievit l-istruzzjonijiet u l-gwida dwar id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-Anness, u li l-korsijiet xierqa tat-taħriġ ikunu disponibbli.

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-verifiki li hemm provvediment dwarhom għandhom ikunu mingħajr preġudizju għal xi verifiki li l-Kummissjoni tista twettaq bis-saħħa ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li dawn ikunu mplementati. Il-penali li hemm provvediment dwarhom għandhom ikunu effettivi, propozjonati u disswassivi.

3. Esperti mill-Kummissjoni, b’konnessjoni ma l-awtoritajiet kompetenti:

(a) għandhom jivverifikaw li l-Istati Membri jkunu konformi mal-ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament;

(b) jekk meħtieġ, għandhom iwettqu verifiki fuq il-post sabiex jassiguraw li l-verifiki li hemm provvediment dwarhom permezz tal-paragrafu 1 ikunu mwettqa b’konformità ma dan ir-Regolament.

4. Stat Membru li fit-territorju tiegħu verifika fuq il-post tkun imwettqa għandu jipprovdi lill-esperti tal-Kummissjoni bl-għajnuna li huma jistgħu li jkunu jeħtieġu sabiex iwettqu id-doveri tagħhom.

L-eżitu tal-verifiki għandu jkun diskuss ma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat qabel ma r-rapport finali ikun imħejji u iċċirkolat.

5. Meta l-Kummissjoni tqis li l-eżitu tal-verifiki hekk jiġġustifika, hija għandha tirrevedi s-sitwazzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, referut fl-Artikolu 13(1). Hija tista tadotta id-deċiżjonijiet meħtieġa b’mod konformi mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel superviżjoni ta’ l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi u b’konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2) hija tista temenda jew tħassar id-deċiżjonijiet referuti fil-paragrafu 5.

7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adotti, meta meħtieġ, b’mod konformi mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [14].

2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.

Il-perijodu referut fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

Artikolu 14

Ir-Regolament (KEE) Nru 1782/2003 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 18(2) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"2. Fil-każ li l-Artikoli 67, 68, 69, 70 u 71 ikunu applikati, sistema integrata għandha tinkorpora s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali stabbilita bi qbil, minn naħa l-waħda, mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini [15] fir-rigward tal-ittikkettjar taċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga u, minn naħa l-oħra, mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini [16]."

2. fl-Artikolu 25(1), it-tieni subparagrafu għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"Dawn is-sistemi, u notevolment is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali li hija stabbiliti b’konformità mad-Direttiva 92/102/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1782/2003, għandha tkun kompatibbli, fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament, mas-sistema integrata."

3. L-Artikolu 115(2) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"2. La darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1782/2003 isir applikabbli, sabiex jikkwalifika għal premium, l-annimal għandu jkun identifikat u rreġsitrat bi qbil ma dawn ir-regoli."

4. il-punt 8!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί li ġej għandu jkun miżjud mas-Sezzjoni A ta’ l-Anness III:

"'8a. | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8). | L-Artikoli 3, 4 u 5'" |

Artikolu 15

Id-Direttiva 92/102/KE għandha tkun emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2(a) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"(a) annimal għandu jfisser kwalunkwe annimal tal-ispeċje referuta fid-Direttiva 64/432/KEE (17) apparti milli annimali bovini."

2. L-Artikolu 3(2) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE li jeskludu mil-lista fil-paragrafu 1(a) persuni naturali li jżommu majjal wieħed li huwa ntiż għall-użu jew għall-konsum tagħhom, sabiex jittieħed qies taċ-ċirkostanzi partikolari, basta li dan l-annimal ikun suġġett għall-kontrolli stabbiliti f’din id-Direttiva qabel xi ċaqlieq."

3. L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1(a) għandu jkun emendat kif ġej:

- fl-ewwel subparagrafu, il-kliem "bovini jew" għandhom ikunu mħassra,

- fit-tieni subparagrafu, il-kliem "tat-twelid, l-imwiet u ċ-ċaqlieq kollu" għandu jkun mibdul bi "tal-movimenti",

- ir-raba’ subparagrafu għandu jkun imħassar;

(b) il-paragrafu 1(b) għandu jkun imħassar;

(ċ) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3(b) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"kwalunkwe detentur ta’ l-annimali li sejrin ikunu imċaqilqa lejn u minn suq jew ċentru tal-ġbir għandu jipprovdi d-dokumenti, li jkun fihom dettalji dwar l-annimali f’dak il-każ, lejn l-operatur, fis-suq jew fiċ-ċentru tal-ġbir, li huwa d-detentur ta’ l-annimali fuq bażi temporanja."

4. L-Artikolu 5 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jkun imħassar;

(b) il-paragrafu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

- fl-ewwel subparagrafu, il-kliem "apparti milli l-annimali bovini" għandhom ikunu mħassra,

- it-tieni subparagrafu għandu jkun mibdul bit-test li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu, sakemm isseħħ id-deċiżjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva u minn xi deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 90/425/KEE, japplikaw is-sistemi nazzjonali tagħhom għaċ-ċaqlieq kollu ta’ l-annimali fit-territorji tagħhom. Sistemi tali għandhom jiffaċilitaw li l-qasam ta’ minn fejn ikunu ġejjin u l-qasam li fih ikunu twieldu sabiex ikun identifikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bis-sistema li huma jkollhom l-intenzjoni li jintroduċu għal dan l-iskop, sa mill-1 ta’ Lulju 1993, għall-majjali. Bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE, Stat Membru jista jkun mitlub li jagħmel emendi għas-sistema tiegħu meta din ma tkunx twettaq il-ħtieġa msemmija qabel."

- ir-raba’ subparagrafu għandu jkun imħassar;

(ċ) il-paragrafu 4 għandu jkun imħassar;

5. l-ewwel u t-tielet inċiżi ta’ l-Artikolu 11(1) għandhom ikunu mħassra.

Artikolu 16

L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 64/432/KEE huwa mibdul bit-test li ġej:

"(d) ikun identifikat bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/102/KEE, fil-każ tal-majjali u bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fil-każ ta’ l-annimali bovini."

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 14, 15 u 16 għandhom ikunu japplikaw b’effett mid-9 ta’ Lulju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] L-Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Novembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 208, tat-3.9.2003, p. 32.

[3] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14).

[4] ĠU L 268, 24.09.91, p. 56. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 16, tat-22.1.1996, p. 3).

[5] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adezzjoni 1994.

[6] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1.

[7] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2002 (ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13).

[8] ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1.

[9] ĠU L 351, tat-2.12.1989, p. 34.

[10] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 23.

[11] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1.

[12] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[13] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

[14] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1.

[15] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1.

[16] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. Meżżi ta’ l-identifikazzjoni

1. Il-lametta tal-widna għandha tkun applikata f’pożizzjoni li minn fejn tkun tista tidher minn ċerta distanza.

2. Il-lametti tal-widna u l-meżżi l-oħrajn ta’ l-identifikazzjoni għandhom ikun fihom dawn il-karattri li ġejjin:

- l-ewwel karattri li jidentifikaw lill-Istat Membru tal-qasam ta’ fejn l-annimali kien ġie identifikat għall-ewwel darba. Għal dan l-iskop il-kodiċi tal-pajjiż, b’żewġ-ittri jew tlett-figuri [1] għandhom ikunu wżati b’konformità ma ISO 3166,

- il-kodiċi tal-pajjiż għandu jkun segwit b’wieħed ta’ mhux aktar minn 13 il-numru ndividwali.

B’żieda ma l-informazzjoni li hemm provvediment dwarha f’dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw

bar-code

u informazzjoni supplementari addizzjonali mid-detentur, basta li l-leġibilità tan-numru ta’ l-identifikazzjoni ma tkunx affettwata.

3. L-ewwel meżż ta’ l-identifikazzjoni referuta fl-Artikolu 4(2)(a) għandha tikkonsisti f’lametta tal-widna li tkun approvata mill-awtorità kompetenti, applikata fuq widna waħda, u magħmulha minn materjal li ma jitmermirx, li ma tistax tkun imbgħabsa u faċli li tinqara matul it-tul tal-ħajja ta’ l-annimal u ddisinjata li tibqa mwaħħla ma l-annimal mingħajr ma tkun ta’ ħsara għalieh.Il-lametta tal-widna ma tistax terġa tkun użata u l-iskrizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-punt 3 għandhom ikun tali li ma jkunux tistgħu jitneħħew.

4. It-teni meżż ta’ l-identifikazzjoni referuti fl-Artikolu 4(2)(b) jista jikkonsisti fi:

- lametta tal-widna bl-istess karatteristiċi kif deskritt fil-punt 3,

jew

- tatwaġġ, apparti milli għall-annimali involuti fil-kummerċ intra-Komunitarju,

jew

- solament fil-każ ta’ l-annimali kaprini, marka fuq il-pastern,

jew

- transpondatur elettroniku bi qbil mal-karatteristiċi elenkati fil-punt 6.

5. Is-sistema referuta fl-Artikolu 4(2)(c) teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ l-annimali kemm skond il-qasam u wkoll individwalment, tipprovdi għall-proċedura ta’ kambjament meta l-meżż ta’ l-identifikazzjoni tkun saret illeġibli jew tkun intilfet, taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti u mingħajr ma tikkomprometti it-traċċabbilità bejn l-oqsma, l-obbjettiv ikunu għall-kontroll tal-mard epiżootiku, u tippermetti l-moviment ta’ l-annimali li jkun intraċċat fit-territorju nazzjonali, bl-istess obbjettiv.

6. L-identifikatur elettroniku għandu jkun konformi ma dawn il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin:

- transpondaturi passivi li jinqraw biss bl-applikazzjoni tat-teknoloġija HDX- jew FDX-B, li jkunu konformi mas-standards ISO 11784 u 11785,

- l-identifikaturi elettroniċi għandhom ikunu apparati li jinqraw, li jkunu konformi mas-standards ISO 11785, kapaċi li jaqraw it-traspondaturi HDX u FDX-B,

- id-distanza tal-qari tal-qarreja portabili għandha tkun ta’ minimu ta’ 12 cm għal-lametti tal-widna u minimu ta’ 20 cm għall-bolussi ruminali, u, għall-qarreja stazzjonarji, minumu ta’ 50 cm kemm għal-lametti tal-widna u wkoll għall-bolussi ruminali.

7. Il-metodu ta’ l-identifikazzjoni referut fl-Artikolu 4(3) għandu jkun kif ġej:

- l-annimali kollha huma identifikati b’lametta tal-widna, approvata mill-awtorità kompetenti, applikata fuq widna waħda,

- il-lametta tal-widna għandha tkun magħmulha minn materjal li ma jitmermirx, li ma jistgħax ikun imbagħbas, faċli biex jinqara u ddisinjat li jibqa mwaħħal ma l-annimal mingħajr ma jkun ta’ ħsara għalieh. Il-lametta tal-widna ma tistgħax terġa tintuża u għandha turi biss l-iskrizzjonijiet li ma jitneħħewx,

- il-lametta tal-widna għandha jkun fiha mill-anqas il-kodiċi biż-żewġ ittri tal-pajjiż u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-qasam tat-twelid.

L-Istati Membri li jużaw dan il-metodu għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat referut fl-Artikolu 13(1). Jekk l-annimali identifikati b’konformità ma dan il-punt huma miżmuma lil hinn minn 12 il-xahar jew li huma ntiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju jew esportati lejn pajjiżi terzi, dawn għandhom ikunu identifikati bi qbil mal-punti 1 sa 4.

B. Ir-reġistru tal-qasam

Ir-reġistru tal-qasam għandu jkun fih mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. Mid-9 ta’ Lulju 2005,

- il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam,

- l-indirizz tal-qasam u l-koordinati ġeografiċi jew indikazzjoni ekwivalenti tal-lokalità ġeografika tal-qasam.

- it-tip tal-produzzjoni,

- ir-riżultati ta’ l-aħħar inventarju referut fl-Artikolu 7 u d-data li fiha dan kien imwettaq,

- l-isem u l-indirizz tad-dententur,

- fil-każ ta’ l-annimali li jħallu il-qasam, l-isem tat-trasportatur, in-numru tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-parti tal-meżż tat-trasport li jġorr l-annimali, il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni jew l-isem u l-indirizz tal-qasam tad-destinazzjoni jew, fil-każ ta’ l-annimali li jmorru lejn biċċerija, il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni jew l-isem tal-biċċerija u d-data tat-tluq, jew id-duplikat jew kopja ċertifikata tad-dokument taċ-ċaqlieq referuta fl-Artikolu 6,

- fil-każ ta’ l-annimali li jaslu fil-qasam, il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam li minnu l-annimali kien ġie trasferit u d-data tal-wassla,

- l-informazzjoni dwar it-tibdil ta’ xi lametta jew apparat elettroniku.

2. Mid-data stabbilita permezz ta’ l-Artikolu 9(3), għal kull annimal imwieled wara dik id-data, din l-informazzji aġġornata kif ġej:

- il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-annimal,

- is-sena tat-twelid u d-data ta’ l-identifikazzjoni,

- ix-xhar u s-sena tal-mewt ta’ l-annimal f’dak il-qasam,

- ir-razza u, jekk magħruf, il-ġenotip.

B’dana kollu, għall-annimali identifikati b’konformità mal-punt 7 tas-Sezzjoni A, l-informazzjoni referuta fil-punt 2 ta’ dik is-Sezzjoni għandha tkun ipprovduta għal kull lott ta’ l-annimali li jkollhom l-istess identifikazzjoni u għandha tinkludi in-numru ta’ l-annimali.

3. L-isem u l-firma tar-rappreżentant ta’ l-awtorità kompetenti li jkun ivverifika r-reġistru u d-data li fiha il-verifika kienet ġiet imwettqa.

C. Id-dokumenti taċ-ċaqlieq

1. Id-dokument taċ-ċaqlieq għandu jkun mimli mid-detentur fuq il-bażi tal-mudell imħejji mill-awtorità kompetenti; għandu jkun fih mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

- il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam,

- l-isem u l-indirizz tad-dententur,

- in-numru ta’ l-annimali mċaqilqa,

- il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam tad-destinazzjoni jew tad-detentur segwenti ta’ l-annimali, jew, meta l-annimali jkunu mċaqilqa lejn biċċerija, il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni jew l-isem u l-lokalità tal-biċċerija, jew, fil-każ ta’ trans-umanza, il-post tad-destinazzjoni,

- id-data li tikkonċerna l-meżż tat-trasport u tat-trasportatur, inkluż in-numru tal-permess tat-trasportatur,

- id-data tat-tluq,

- il-firma tad-detentur.

2. B’effett mid-data stabbilita permezz ta’ l-Artikolu 9(3), għall-annimali identifikati bi qbil mas-Sezzjoni A, il-punti 1 sa 6, b’żieda ma l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, id-dokument taċ-ċaqlieq għandu jkun fih il-kodiċi individwali ta’ l-identifikazzjoni għal kull annimal.

D. Id-database kompjuterizzata

1. Id-database kompjuterizzata għandha jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni li ġejja dwar kull qasam:

- il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam,

- l-indirizz tal-qasam u l-koordinati ġeografiċi jew l-indikazzjoni ekwivalenti tal-lokalità ġeografika tal-qasam.

- l-isem u l-indirizz u l-okkupazzjoni tad-dententur,

- l-ispeċje ta’ l-annimali,

- it-tip tal-produzzjoni,

- ir-riżultati ta’ l-aħħar inventarju ta’ l-annimali msemmi fl-Artikolu 7(2), u d-data li fiha dan l-inventarju kien mwettaq,

- taqsima tad-data riservata għall-awtorità kompetenti li fiha hija tkun tista tikteb l-informazzjoni dwar is-saħħa ta’ l-annimali, per eżempju restrizzjonijiet taċ-ċaqlieq, l-istatus u xi informazzjoni relevanti oħra fil-kuntest tal-programmi tal-Komunità jew nazzjonali.

2. Bi qbil ma l-Artikolu 8, għandu jkun kemm dħul fid-database għal kull moviment separat ta’ l-annimali.Id-dħul għandu jinkludi mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

- in-numru ta’ l-annimali li jkunu mċaqilqa,

- il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam tat-tluq,

- id-data tat-tluq,

- il-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tal-qasam tal-wasla,

- id-data tal-wassla.

[1]

--------------------------------------------------

Top