Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0078

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/78/KE tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam mas-sistemi tas-sħana għall-vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom u d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE għall-għanijiet li jiġu addattati għall-progress tekniku.Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 153, 30.4.2004, p. 99–108 (SV)
    ĠU L 153, 30.4.2004, p. 102–111 (DA)
    ĠU L 153, 30.4.2004, p. 103–113 (FR)
    ĠU L 153, 30.4.2004, p. 104–114 (ES, DE, PT)
    ĠU L 153, 30.4.2004, p. 107–116 (NL)
    ĠU L 153, 30.4.2004, p. 101–111 (IT, FI)
    ĠU L 153, 30.4.2004, p. 108–118 (EL)
    ĠU L 153, 30.4.2004, p. 100–109 (EN)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/78/oj

    32004L0078



    Official Journal L 153 , 30/04/2004 P. 0103 - 0113


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/78/KE

    tad-29 ta' April 2004

    li temenda d-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam mas-sistemi tas-sħana għall-vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom u d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE għall-għanijiet li jiġu addattati għall-progress tekniku.

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156 tas-6 ta' Frar 1970 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni skond it-tip tal-vetturi bil-magna u l-karrijiet1 tagħhom [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 li għandha x'taqsam mas-sistemi tas-sħana tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 2001/56/KE hija waħda md-Direttivi separati skond il-proċedura ta' l-approvazzjoni tal-KE skond it-tip li ġiet stabblita bid-Direttiva 70/156/KEE. Id-Direttiva 2001/56/KE tistabbilixxi l-ħtiġiet ta' l-approvazzjon skond it-tip tal-vetturi mgħammra b'heaters tal-kombustjoni u għall-heaters tal-kombustjoni bħala komponenti.

    (2) Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/56/KE, il-Kummissjoni trid teżamna l-ħtiġiet addizzjonali tas-sigurtà rigward is-sistemi tas-sħana mogħtija l-karburant bil-gass tal-petroleum illikwefat (il-LPG) tal-vetturi bil-magna.

    (3) Sa issa l-Istati Membri applikaw il-ħtiġiet nazzjonali individwali fuq il-vetturi mgħammra bis-sistemi tas-sħana tal-LPG. Sabiex jiġi pprovdut avviċinament armonizzat lejn il-ħtiġiet tekniċi għall-apparat li jitwaħħal u s-sistemi tas-sħana tal-LPG, għandhom jiġu applikati żewġ Standards Ewropej li huma issa disponibbli ġewwa s-sistema ta' l-approvazzjoni skond it-tip għall-vetturi bil-magna u l-karrjiet tagħhom. Fid-dawl tal-progress tekniku, huwa għalhekk ikkunsidrat meħtieġ li jiġu introdotti dawn iż-żewġ standards ta' l-EN kif ukoll l-elementi prinċipali tar-Regolament tan-NU/ECE Nr 67 ġewwa d-Direttiva 2001/56/KE.

    (4) Id-Direttiva 2001/56/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq, b'mod partikolari, fl-interess taċ-ċarezza għandu jiġi mibdul l-Anness VIII.

    (5) L-eċċezzjonjiet li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi tas-sħana ta' vetturi ta' għanijiet speċjali, b'mod partikolari għall-karavani karozza u l-karavani karru li spiss ikunu mgħammra bis-sistemi tas-sħana bl-LPG, mhumiex meħtieġa iktar minħabba l-ħtiġiet tad-dħul tas-sistemi tas-sħana bl-LPG. Għalhekk is-sistemi armonizzati tas-sigurtà tad-Direttiva 2002/56/KE ikollhom japplikaw għall-vetturi kollha inklużi l-vetturi ta' għan speċjali kif riferit fl-Anness XI mad-Diretiva 70/156/KEE.

    (6) Id-Direttiva 70/156/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

    (7) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Addattament għall-Progress Tekniku stabbilit skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/256/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-emenda għad-Direttiva 2001/56/KE

    Id-Direttiva 2001/56/KE hija emendata kif ġej:

    (1) L-Annessi I u II jiġu emendati skond il-parti A ta' l-Anness I ma' din id-Direttiva.

    (2) L-Anness VIII jiġi mibdul bit-test iddikjarat fil-parti B ta' l-Aness I ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-emenda għad-Direttiva 70/156/KEE

    ID-Direttiva 70/156/EE hija emendata skond l-Anness II ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dispożizzjonijiet transitorji

    1. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2004, rigward tip ġdid ta' vettura mgħammra b'sistema tas-sħana li tuża l-karburant tal-LPG li tikkonforma mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I, II u minn IV sa VIII mad-Direttiva 2001/56/KE, kif emendati b'din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħux għal raġunijiet li għndhom x'jaqsmu mas-sistemi tas-sħana:

    (a) jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjon KE skond it-tip jew approvazzjoni nazzjonali skond it-tip, jew

    (b) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz.

    2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2004, rigward tip ġdid ta' heater tal-kombustjoni li jaħdem bil-karburant tal-LPG li jikkonforma mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I, II u minn IV sa VIII mad-Direttiva 2001/56/KE, kif emendati b'din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħux:

    (a) jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjon KE skond it-tip jew approvazzjoni nazzjonali skond it-tip, jew

    (b) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz.

    3. B'effett mill-1 ta' Jannar 2006, rigward tip ġdid ta' vettura mgħammra b'sistema tas-sħana li tuża l-karburant tal-LPG, jew tip ta' heater tal-kombustjoni li jaħdem bil-karburant tal-LPG bħala komponent, li ma jikkonformax mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I, II u minn IV sa VIII mad-Direttiva 2001/56/KE, kif emendati b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jikkonċedu l-approvazzjoni tal-KE skond it-tip u jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni nazzjonali skond it-tip.

    4. B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, rigward tip tal-vetturi mgħammra b'sistemi tas-sħana li jaħdmu bil-karburant ta' l-LPG li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I, II u minn IV sa VIII mad-Direttiva 2001/56/KE, kif emendati b'din id-Direttiva, l-Istati Membri:

    (a) għandhom jikkunsidraw illi ċ-ċertifikati tal-konformità li jakkumpanjaw il-vetturi l-ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE ma jkunux iktar validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva, u

    (d) jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda

    għal raġunijiet li jkollhom x'jaqsmu mas-sistemi tas-sħana.

    5. B'effett mill-1 ta Jannar 2007 + il-ħtiġiet ta' l-Annessi I, II u minn IV sa VIII tad-Direttiva 2001/56/KE, kif emendata b'din id-Direttiva, fejn jidħlu l-heaters tal-kombustjoni li jaħdmu bil-karburant tal-LPG bħala komponenti għandhom japplikaw għal-għanijiet ta l-Artkolu 7(2) tad-Diretiva 70/156/KEE.

    Artikolu 4

    It-Trasposizzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sat-30 ta' Settembru 2004. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Id-Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 6

    Lil min indirizzata

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas- 16.5.2003, p.36).tas-16.5.2003, p. 36).

    [2] ĠU L 292, tad-9.1.2001, p. 21. (Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni 2003.

    --------------------------------------------------

    ANNEXES

    L-ANNESS I

    L-EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2001/56/KE

    IL-PARTI A

    1. L-ANNESS I HUWA EMENDAT KIF ĠEJ:

    (a) Fl-Appendiċi I, jiddaħħlu l-intestaturi l-ġodda

    9.10.53

    u 9.10/5.3.1, sabiex jinqraw:

    "9.10.5.3. Deskrizzjni fil-qosor tat-tip tal-vettura rigward is-sistema tas-sħana tal-kombustjoni u l-kontroll awtomatiku: …

    9.10.5.3.1. disinn tat-tqassim tal-heater tal-kombustjoni, is-sistema tad-dħul ta' l-arja, is-sistema ta' l-emissjoni tad-dħaħen, it-tank tal-karburant, is-sistema tal-provvista tal-karburant (inklużi l-valvoli) u l-konnessjonijiet elettriċi li juru l-posizzjonijiet tagħhom fil-vettura."

    L-intestatura 9.10.5.3 (ta' qabel) tingħata n-numru mill-ġdid bħala l-intestatura 9.10.5.4.

    (a) Fl-Addendum ma' l-Appendiċi 2, jiddaħħlu l-intestaturi l-ġodda 1.2.1 u 1.2.2, sabiex jinqraw:

    "1.2.1. Il-Għamla u t-tip: …

    1.2.2. Il-komponent u n-numru ta' l-approvazzjoni, jekk japplikaw: …"

    (ċ) Fl-Appendiċi 3, l-intestatura 1.2. tiġi mibdula bi:

    "1.2. Deskrizzjoni ddettaljata, id-disinni tat-tqassim u d-deskrizzjoni tat-tagħqid flimkien tal-heater tal-kombustjoni u tal-komponenti kollha tagħha:"

    (d) Fl-intestatura 1.1.2. ta' l-Appendiċi 5 ma' l-Anness I, il-frażi "id-Direttiva 78/546/KE" tiġi mibdula bi: "Id-Direttiva 2001/56/KE".

    2. L-INTESTATURA 3.2.1 TA' L-ANNESS II TIĠI MIBDULA KIF ĠEJ:

    (a) Fil-filliera "Il-heater tal-karburant tal-gass" fit-tabella, il-kliem "Ara n-Noti 2 u 3" jiġi mibdul bil-kliem "Ara n-Nota 3":

    (b) titħassar in-Nota 2.

    IL-PARTI B

    L-Anness VIII jiġi mibdul b'dan li ġej:

    L-ANNESS VIII

    IL-ĦTIĠIET TAS-SIGURTÀ GĦALL-HEATERS TAL-KOMBUSTJONI TAL-LPG U GAS-SISTEMI TAS-SĦĦANA TAL-LPG

    1. IS-SISTEMI TAS-SĦANA TAL-LPG GĦALL-UŻU FIT-TRIQ

    1.1. Jekk sistema tas-sħana tal-LPG f'vettura bil-magna tista' tintuża wkoll meta l-vettura tkun miexja, il-heater tal-kombustjoni tal-LPG u s-sistema tal-provvista tagħha għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet li ġejjin:

    1.1.1. Il-heater tal-kombustjoni tal-LPG għandha tikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-istandard armonizzat dwar l-ispeċifikazzjonijiet għall-apparat li jitwaħħal iddedikat tal-LPG – It-tagħmir tas-sħana ta' l-ispazju tal-LPG issiġillat fil-kamra sabiex jiġi stallat fil-vetturi u fid-dgħajjes (EN 524:2000) [1].

    [2].

    1.1.3 L-istallazzjoni tal-fażi tal-gass tas-sistema tas-sħana tal-LPG f'vettura għanda tikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-istandard armonizzat dwar l-ispeċifikazzjonijiet għall-Istallazzjoni tas-sistemi tal-LPG għall-għanijiet ta' l-abitazzjoni fil-vetturi ta' l-akkommodazzjoni waqt il-ħin liberu u f'vetturi oħra tat-triq (EN 1949:2002). [3]

    1.1.4 Is-sistema tal-provvista tal-LPG għandha tkun hekk iddisinjata illi l-LPG jiġi fornit bil-pressa meħtieġa u fil-fażi korretta għall-heater istallata tal-kombustjoni tal-LPG. Huwa permess li l-LPG jiġi rtirat minn kontenitur tal-LPG stallat b'mod peremanenti jew fil-fażi gassuża jew fil-fażi likwida.

    1.1.5 Il-post tal-ħruġ tal-likwidu f'kontenitur tal-LPG stallat b'mod permanenti għalbiex iforni l-LPG lill-heater għandu jkun ipprovvdut b'valvola tas-servizz ikkontrollata mill-bogħod li jkun fiha valvola għall-mili żżejjed kif meħteġ fil-paragrafu 17.6.1.1 tar-Regolament tan-NU/ECE Nru 67-01. Il-valvola tas-servizz ikkontrollata mill-bogħod li jkun fiha valvola tal-mili żżejjed għandha tkun ikkontrollata hekk li tingħalaq awtomatikament f'ħames sekondi mill-waqfien tal-magna tal-vettura, irrispettivament mill-pożizzjoni tas-swiċċ li jqabbad il-magna. Jekk f'dawn il-ħames sekondi jiġi attivat is-swiċċ li jixgħel tal-heater jew tas-sistema li tforni l-LPG, is-sistema tas-sħana tista' tissokta titħaddem. Is-sħana tista' dejjem terġa' tibda.

    1.1.6 Jekk il-LPG jiġi fornit fil-fażi gassuża mill-kontenitur stallat b'mod permanenti jew minn ċilindru/i portatili separati tal-LPG, għandhom jittieħdu provvedimenti approprjati għalbiex jiżguraw li:

    1.1.6.1 l-ebda LPG likwidu ma jista' jidħol fir-regolatur tal-pressa jew fil-heater tal-kombustjoni tal-LPG. Jintuża separatur u

    1.1.6.2 ma jista' jiġri l-ebda ħruġ mhux ikkontrollat minħabba inċident. Għandhom jiġu pprovvduti mezzi sabiex iwaqqfu l-ħruġ tal-LPG billi jiġi stallat mezz direttament wara regolatur taċ-ċilindru jew tal-kontenitur, jew jekk ir-regolatur ikun immontat ‘il bogħod miċ-ċilindru jew mill-kontenitur għandu jiġi stallat mezz direttament qabel il-manka jew il-pajp miċ-ċilindru jew mill-kontenitur u għandu jiġi stallat mezz addizzjonali wara r-regolatur.

    1.1.7 Jekk il-LPG jiġi fornit fil-fażi likwida, l-unità tal-vaporizzatur u tar-regolatur tal-pressa għandha trissaħan kif approprjat minn sors xieraq tas-sħana.

    1.1.8 Fil-vetturi bil-magna li jużaw il-LPG fis-sistema tal-propulsjoni tagħhom, il-heater tal-kombustjoni tal-LPG tista' tiġi mgħaqqda ma' l-istess kontenitur tal-LPG stallat bmod permanenti li jforni l-LPG lill-magna, sakemm jiġu sodisfatti l-ħtiġiet tas-sigurtà tas-sistema tal-propulsjoni. Jekk jintuża kontenitur separat għas-sħana, dan il-kontenitur għandu jiġi pprovvdut bl-unità tal-mili tiegħu nnifsu.

    2. IS-SISTEMI TAS-SĦANA GĦALL-UŻU STAZZJONARJU BISS

    2.1 Il-heater tal-kombustjoni tal-LPG u s-sistema tiegħu tal-forniment ta' sistema tas-sħana tal-LPG li tkun maħsuba biex tintuża biss meta l-vettura ma tkunx miexja, għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet li ġejjin:

    2.1.1. Għandhom jitwaħħlu tikketti permanenti mal-kompartiment fejn ikunu maħżuna ċ-ċilindri portatili tal-LPG u qrib ħafna tal-mezz tal-kontroll tas-sistema tas-sħana, fejn jingħataw struzzjonijiet illi l-heater ma għandhiex titħaddem u li l-valvola taċ-ċilindru portatili tal-LPG għandha tkun magħluqa meta l-vettura tkun miexja.

    2.1.2 Il-heater tal-kombustjoni tal-LPG għandha tikkonforma mal-ħtiġiet tat-taqsima 1.1.1.

    2.1.3. L-istallazzjoni tal-fażi gassuża tas-sistema tas-sħana tal-LPG għandha tikkonforma mal-ħtiġiet tat-taqsima 1.1.3.

    [1] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttva tal-Kummissjoni 90/396/KEE tad-29 ta Ġunju 1990 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-apparat li jitwaħħal li jaħraq karburanti gassużi, ĠU C 202, tat-18.7.2001, p. 5.

    [2] L-approvazzjoni ta' vettura mgħammra b'tagħmir speċifikat għall-użu tal-gassijiet tal-petroleum illikwefat fis-sistema tal-propulsjoni tagħhom rigward l-istallazzjoni ta' dan it-tagħmir.

    [3] EN 1949:2002 huwa ppreparat mill-Comité Européen de Normalisation (CEN). EN 624:2000 jirreferi għal EN 1949:2002 (ara l-punt 1.1.1).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Id-Direttiva 70/156/KEE hija emendata kif ġej:

    (1) Fl-Anness I jiddaħlu l-intestaturi li ġejjin:

    "9.10.5.3 Deskrizzjoni fil-qosor tat-tip tal-vettura rigward is-sistema tas-sħana tal-kombustjoni u l-kontroll awtomatiku:

    9.10.5.3.1 id-disinn tat-tqassim tal-heater tal-kombustjoni, is-sistema tad-dħul ta l-arja, is-sistema ta' lemissjoni tad-dħaħen, it-tank tal-karburant, is-sistema tal-forniment tal-karburant (inklużi l-valvoli) u l-konnessjonjiet elettriċi li juru l-pożizzjoni tagħhom fil-vettura."

    Il-Paragrafu 9.10.5.3. (ta' qabel), agħti numru ġdid bħala l-paragrafu 9.10.5.4.

    (2) L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

    (2) Fl-Appendiċi 1, l-intestatura 36 tiġi mibdula b'dan li ġej:

    L-Intestatura | Is-Suġġett | In-Numru tad-Direttiva | 125001M () kg | M2 | M3 |

    | |

    "36 | Is-Sistemi tas-sħana | 2001/56/KE | X | X | X | X" |

    |

    (b) Fl-Appendiċi 2, l-intestatura 36 tiġi mibdula b'dan li ġej:

    L-Intestarura | Is-Suġġett | In-Numru tad-Direttiva | M1 | M2 | M3 | N1 | N12 | N3 | O1 | O2 | O3 | O4 |

    "36 | Is-Sistemi tas-sħana | 2001/56/KE | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X" |

    |

    (ċ) Fl-Appendiċi 3 jiġi miżjud dan li ġej:

    L-Intestatura | Is-Suġġett | In-Numru tad-Direttiva | M1 | M2 | M3 | N1 | N2 | N3 | O1 | O2 | O3 | O4 |

    "36 | Heating Is-Sistemi tas-sħana | 2001/56/KE | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X" |

    |

    (d) Fl-Appendiċi 4 tiġi miżjuda l-intestatura li ġejja:

    L-Intestatura | Is-Suġġett | In-Numru tad-Direttiva | Il-gruwa mobbli tal-kategorija N |

    "36 | Is-sistemi tas-sħana | 2001/56/KE | X" |

    |

    (e) Fit-

    "Tifsira ta' l-ittri"

    , jitħassru l-ittri li ġejjin:

    "I L-applikazzjoni limitata għal dawk is-sistemi tas-sħana mhux iddisinjati b'mod speċjali għall-għanijiet ta' l-abitazzjoni."

    "P L-applikazzjoni limitata għal dawk is-sistemi tas-sħana mhux iddisinjati b'mod speċjali għall-għanijiet ta' l-abitazzjoni. Il-vettura għandha tkun imgħammra b'sistema adegwata fuq quddiem."

    --------------------------------------------------

    Top