Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0277

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom li tistabilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili (notifikata bid-dokument numru K(2003) 5185)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 87, 25.3.2004, p. 20–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/10/2014; Imħassar b' 32014D0762

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/277/oj

    32004D0277



    Official Journal L 087 , 25/03/2004 P. 0020 - 0030


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta' Diċembru 2003

    li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom li tistabilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili

    (notifikata bid-dokument numru K(2003) 5185)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/277/KE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta' Ottubru 2001 li tistabilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2)(a) sa (e) u (g) tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-mekkaniżmu tal-Komunità stabbilit mid-Deċiżjoni 2001/792/KE, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-mekkaniżmu" , għandu skop li jipprovdi appoġġ fil-każ ta' emerġenza kbira li jkollha bżonn azzjoni b'rispons urġenti, inklużi emerġenzi li jiġru fil-kuntest ta' amministrazzjoni ta' kriżi msemmija fit-Titolu V tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea. Fl-eventwalità ta' dan ta' l-aħħar ser jittieħed kont tad-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u l-Kummissjoni fuq l-użu tal-mekkaniżmu f'amministrazzjoni ta' kriżi fil-protezzjoni ċivili tal-Komunità msejħa fit-Titolu V tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea.

    (2) Il-mekkaniżmu huwa intiż li jgħin biex jiżgura protezzjoni aħjar l-ewwel lin-nies, imma wkoll lill-ambjent u propjetà, fl-eventwalità ta' emerġenza kbira, inkluż tniġġis aċċidentali tal-baħar, kif previst fid-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li jwaqqaf l-istruttura tal-Komunità għall-koperazzjoni fil-qasam tat-tniġġis tal-baħar aċċidentali jew deliberat [2].

    (3) Il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tal-Komunità hi miftuħa għall-Istati Membri, imma għandha wkoll tkun miftuħa għan-Norveġja, Islanda u Liechtenstein fid-dawl tad-Deċiżjoni Nru tal-Kumitat Konġunt tal-KEE Nru 135/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 li jemenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim tal-KEE fuq il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' privileġġi [3]. B'rigward għall-pajjiżi kandidati, il-parteċipazzjoni għandha tkun miftuħa għal dawk il-pajjiżi li ffirmaw memorandum għal ftehim mal-Kummissjoni.

    (4) Proċedura għall-proviżjoni ta' informazzjoni aġġornata fuq ir-riżorsi disponibbli fl-Istati li qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għal diversi tipi ta' interventi għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiffaċilitaw, fl-eventwalità ta' emerġenza, iċ-ċaqliq ta' skwadri ta' intervent, esperti u riżorsi oħra u li jiżguraw użu aħjar ta' dawk ir-riżorsi.

    (5) Ċentru ta' monitoraġġ u informazzjoni għandu jiġi stabbilit li jkun aċċessibli u kapaċi jirrispondi mmedjatament 24 siegħa kuljum sabiex iservi lill-Istati li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu u l-Kummissjoni.

    (6) Iċ-ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni huwa element essenzali tal-mekkaniżmu għaliex jiżgura rapporti mhux interrotti mal-punti ta' kuntatti tal-protezzjoni ċivili ta' l-Istati li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu. Iċ-ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni għandu, fil-kas ta' emerġenza, jipprovdi aċċess immedjat għal informazzjoni essenzali dwar esperti, skwadri ta' intervent w appoġġ ta' interventi oħra disponibbli.

    (7) Sistema komuni ta' komunikazzjoni w informazzjoni f'emerġenza (CECIS) għandha tiġi stabbilita' biex tiffaċilita l-komunikazzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni bejn iċ-ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni u l-punti ta' kuntatt nominati.

    (8) Iċ-CECIS huwa element essenzali tal-mekkaniżmu għaliex għandu jiggarantixxi l-awtentiċità, l-integrita' u l-kunfidenzalità ta' l-informazzjoni skambjata bejn l-Istati parteċipanti fil-mekkaniżmu taħt ċirkostanzi ta' rutina kif ukoll f'emerġenzi.

    (9) Iċ-CECIS għandu jiġi mwaqqaf fuq il-bażi ta' pjan ta' implimentazzjoni globali (GIP) bħala parti mill-proġett PROCIV-NET immexxi w iffinanzjat fil-kuntest ta' programm għall-iskambju ta' data bejn l-amministrazzjonijiet, magħruf bħala il-programm IDA kif stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 fuq serje ta' linji gwida, inkluż l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' nteress komuni, fin-network trans-Ewropew għall-iskambju elettroniku ta' data bejn amministrazzjonijiet (IDA) [4], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni Nru 2046/2002/KE [5], u Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 li jaddottaw serje ta' azzjonijiet u miżuri sabiex jiżguraw interoperazzjoni ta' w adeżjoni tan-network trans-Ewropew għall-iskambju elettroniku tad-data bejn amministrazzjonijiet (IDA) [6], kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2045/2002/KE [7].

    (10) Id-disponibbilta' ta' esperti kapaċi jorganizzaw u jikordinaw skwadri ta' intervent li jirrappreżentaw element importanti tal-mekkaniżmu tal-Komunità. Sabiex jiżguraw selezzjoni effiċjenti ta' esperti li hemm bżonn, huwa essenzali li jiftiehmu dwar kriterji komuni ta' selezzjoni

    (11) Il-kompiti ta' l-esperti għandhom jiġu definiti u l-proċedura biex jiġu trasmessi għandhom imbagħad jiġu determinati.

    (12) Programm ta' taħrig għandu jiġi mwaqqaf, bil-għan li tittejjeb il-kordinazzjoni ta' l-interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili billi jiżguraw kompatibbilta' u kumplimentarita' bejn l-iskwadri ta' intervent u billi tissaħħaħ il-kompetenza ta' l-esperti. Il-programm għandu jinkludi korsijiet u eżerċizzi konġunti u sistema ta' skambju, kkombinat ma' lezzjonijiet, studju ta' każi individwali, gruppi ta' taħriġ, simulazzjonijiet, u eżerċizzi prattiċi u addattati għall-kontentut ta' kull azzjoni. It-twaqqif ta' dan il-programm ta' taħriġ jaqbel mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2002/K 43/01 tat-28 ta' Jannar dwar ir-rinfurzar tal-koperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ tal-protezzjoni ċivili [8].

    (13) Fl-istruttura tal-mekkaniżmu tal-Komunità, id-definizzjoni ta' regolamenti ċari ta' intervent hija mportanti biex jiżguraw għajnuna effiċjenti f'każ ta' emerġenza.

    (14) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/847/KE [9],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni tistabilixxi regoli li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2001/792/KE, Euratom, fir-rigward ta' li ġej:

    1. informazzjoni dwar ir-riżorsi relevanti disponibbli għal intervent ta' għajnuna fil-protezzjoni ċivili;

    2. l-istabbiliment ta' ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni;

    3. l-istabbiliment ta' sistema komuni ta' komunikazzjoni u informazzjoni f'emerġenza, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "CECIS";

    4. skwadri ta' stima u/jew kordinazzjoni, inklużi kriterji għall-għażla ta' esperti;

    5. l-istabbiliment ta' program ta' taħriġ;

    6. interventi ġewwa u barra l-Komunità.

    Artikolu 2

    Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

    (a) "Stati parteċipanti" tfisser l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati li ffirmaw memorandum għal ftehim mal-Kummissjoni, u n-Norveġja, Islanda u Liechtenstein;

    (b) "pajjiżi terzi" tfisser pajjiżi li mhux qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmu.

    KAPITOLU II

    RIŻORSI DISPONIBBLI

    Artikolu 3

    1. L-Istati li jipparteċipaw għandhom jipprovdu l-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja fuq riżorsi disponibbli għall-interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili:

    (a) l-iskwadri ta' intervent identifikati skond l-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/KE, Euratom, u b'mod partikolari

    (i) id-daqs ta'l-iskwadri u ż-żmien ta' immobilizzar previst,

    (ii) id-disponibbilta' tagħhom għall-interventi fl-Istati parteċipanti u fil-pajjiżi terzi,

    (iii) id-disponibbilta' tagħhom f'missjonijiet fi żmien qasir, medju u fit-tul,

    (iv) il-mezzi ta' transport tagħhom, u kemm huma kapaċi jsostnu lilhom infushom,

    (v) kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra;

    (b) l-esperti magħżula skond l-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/KE/Euratom.

    2. L-informazzjoni msejħa f'paragrafu 1 għandha tiġi aġġornata regolarment.

    3. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni, stabbilit skond l-Artikolu 4, għandu jiġbor l-informazzjoni msejħa f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jagħmilha disponibbli permezz taċ-CECIS stabbilit skond l-Artikolu 7.

    4. L-informazzjoni riferuta f'paragrafu 1 hi bbażata fuq approċċ ta' xenarju ta' missjoni għal ġewwa l-Istati parteċipanti u barra minn dawn l-Istati.

    KAPITOLU III

    ĊENTRU TA' MONITORAĠĠ U INFORMAZZJONI

    Artikolu 4

    Ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni aċċessibli u kapaci jirreagixxi immedjatament 24 siegħa kuljum huwa hawnhekk stabbilit u allokat fil-bini tal-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Id-dmirijiet ta' kuljum tac-ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni għandhom jinkludu, b'mod partikolari,

    1. aġġornar regolari ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati parteċipanti fuq skwadri ta' intervent u esperti identifikati u magħżula skond l-Artikolu 3(a) u (b) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/EC, Euratom, kif ukoll appoġġ u riżorsi mediċi li jkunu disponibbli għal interventi;

    2. ġbir ta' informazzjoni disponibbli fuq il-kapaċità ta' l-Istati li qed jipparteċipaw sabiex imantnu produzzjoni ta' serums u tilqim jew riżorsi mediċi neċessarji oħra u l-ħażniet disponibbli għal intervent fil-każ ta' emerġenza kbira u jiġbru din l-informazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni assigurata f'livell adegwat;

    3. aġġornament regolari tal-proċeduri ta' xogħol u ta' emerġenza tiegħu;

    4. żamma ta' kuntatt mal-punti ta' kuntatt fl-Istati parteċipanti bil-għan li jippreparaw, jekk hemm bżonn, rapport fuq emerġenzi kbar;

    5. parteċipazzjoni fil-programm ta' "lezzjonijiet li tgħallimna" u tixrid tar-riżultati tiegħu;

    6. involviment fil-preparazzjoni, organizzazzjoni u kontinwazzjoni tal-korsijiet ta' taħriġ;

    7. involviment fil-preparazzjoni, organizzazzjoni u kontinwazzjoni eżerċizzi madwar il-mejda jew fuq il-post.

    Artikolu 6

    Fl-eventwalità ta'emerġenza kbira, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni għandu jitħaddem skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VII.

    KAPITOLU IV

    SISTEMA KOMUNI TA' KOMUNIKAZZJONI U INFORMAZZJONI F'EMERĠENZA

    Artikolu 7

    Sistema komuni ta' komunikazzjoni u informazzjoni f'emerġenza (CECIS) hi hawnhekk stabbilità.

    Artikolu 8

    Iċ-CECIS għandha tikkonsisti minn dawn it-tlett komponenti li ġejjin:

    (a) sezzjoni ta' networks, li tikkonsisti minn network fiżiku li jgħaqqad l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt fl-Istati li jipparteċipaw u c-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni;

    (b) is-sezzjoni ta' applikazzjoni, li tikkonsisti minn databases u sistemi ta' informazzjoni oħra neċessarji għall-funzjoni ta' l-interventi ta' assistenza tal-protezzjoni ċivili u b'mod partikolari dawk meħtieġa:

    (i) biex jikkomunikaw notifikazzjonijiet,

    (ii) biex jiżguraw komunikazzjoni u tixrid ta' informazzjoni bejn iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt,

    (iii) biex jiġbru informazzjoni fuq serums u tilqim jew riżorsi oħra mediċi u fuq ħażniet,

    (iv) għat-tixrid ta' lezzjonijiet li tgħallmu mill-interventi;

    (ċ) sezzjoni ta' sigurta, li jikkonsisti minn sett ta' sistemi, regoli u proċeduri necessarji biex jiżguraw il-kunfidenzalità tad-data merfugħa u skambjata permezz taċ-CECIS.

    Artikolu 9

    1. Iċ-CECIS għandu jiġi mwaqqaf u mħaddem skond id-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE u d-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE.

    2. Is-sezzjoni ta' networks għandha tiġi mħaddma permezz tas-servizzi trans-Ewropej għat-telematematika bejn l-amministrazzjonijiet (TESTA), servizz ġeneriku IDA kif imwaqqaf fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE.

    3. Is-sezzjoni ta' applikazzjoni ser tkun database b'lingwi differenti fuq l -Internet, aċċessibli permezz tat-TESTA u mħaddma flimkien ma' l-użu ma' programm normali ta' l-e-mail permezz ta' SMTP.

    4. Is-sezzjoni ta' sigurtà ser tkun ibbażata fuq l-użu ta' infrastruttura pubblika mportanti għal gruppi ristretti ta' utenti (IDA PKI-CUG), servizz ġeneriku IDA kif imwaqqaf fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE.

    Artikolu 10

    Il-ħarsien ta' dokumenti, databases, u sistemi ta' informazzjoni klassifikati sa "RISTRETTI GĦALL-EU" fiċ-CECIS għandu jikkonforma mad-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE [10] u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom [11].

    Dokumenti w informazzjoni klassifikata bħala "EU KUNFIDENZALI" jew ogħla, għandha tiġi trasmessa skond arranġamenti speċjali bejn l-oriġinatur u r-reċipjent(i).

    Il-klassifikazzjoni tas-sigurtà taċ- CECIS għandha tiġi aġġornata kif xieraq.

    Artikolu 11

    1. L-Istati parteċipanti għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni xierqa billi jużaw il-"formola tal-pajjiż" kif imnizzla fl-Anness.

    2. L-Istati li jipparteċipaw għandhom jipprovdu informazzjoni lill-punti ta' kuntatt fil-kuntest ta' protezzjoni ċivili u, meta approprjat, ta' servizzi oħra li għandhom x'jaqsmu ma' inċidenti naturali, teknoloġiċi, radjoloġiċi u ambjentali, inkluż tniġġis aċċidentali tal-baħar.

    3. L-Istati parteċipanti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar xi kambjament fl-informazzjoni msejħa fil-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 12

    Grupp ta' utenti li jikkonsisti minn rappreżentanti nominati mill-Istati parteċipanti ser jiġi stabbilit. Dan għandu jgħin lill-Kummissjoni fil-validazzjoni u ttestjar taċ-CECIS.

    Artikolu 13

    1. Pjan ta' implimentazzjoni globali (GIP) għall-implimentazzjoni taċ- CECIS hu hawnhekk stabbilit. Skond il-GIP il-Kummissjoni għandha:

    (a) tistabbilixxi ftehim speċifiku fil-kuntest ta' appalti ta' strutturi IDA rispettivi għall-implimentazzjoni tan-networks u sezzjonijiet ta' sigurtà;

    (b) fuq il-bażi ta' sejħa għal dawk li jagħmlu l-offerti, tisstabbilixxi ftehim għall-iżvilupp u validazzjoni ta' l-applikazzjoni kif ukoll studju ta' kemm huma vijabbli;

    (ċ) tiżgura li l-persuni kollha nvoluti fil-fazijiet ta' żvilupp u validazzjoni kif ukoll l-istudju ta' vijabbiltà ta' wara huma mogħtija permess xieraq biex jgħaddu informazzjoni klassifikata "UE KUNFIDENZALI" skond id-Deċiżjoni 2001/264/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom;

    (d) tiżgura li l-amministrazzjoni tal-proġett fid-dawl ta' l-installazzjoni finali taċ-CECIS. F'dan ir-rispett, il-Kummissjoni għandha tipprovdi u taġġorna pjan ġenerali u għandha tikkordina l-fażijiet ta' żvilupp, validazzjoni w implimentazzjoni ma' l-Istati parteċipanti, u l-kuntrattur(i) magħżula. Il-Kummissjoni għandha wkoll iżżomm kont tal-bżonnijiet ta' l-Istati parteċipanti;

    (e) follow up, validazzjoni u ttestjar tas-sezzjonijiet separati u ċ-CECIS komplut bl-għajnuna tal-grupp ta' l-utent;

    (f) tiżgura t-taħriġ ta' min iħarreġ u li l-Istati parteċipanti huma nfurmati regolarment bl-avvanz tal-proġett;

    (g) tiżgura' s-sigurtà tal-proġett l-iktar billi ma tippermettix it-tixrid mhux awtorizzat ta' informazzjoni sensittiva;

    (h) tiżgura, permezz taċ-ċentru ta' Data tal-Kummissjoni, li s-server huwa mqabbad b'mod xieraq ma' TESTA u li hu disponibbli fuq ta' l-anqas l-istess servizz bħall-bqija tan-network;

    (i) tiżgura l-implimentazzjoni tal-PKI permezz taċ-ċentru tat-Telekomunikazzjonijiet;

    (j) tipprovdi l-appoġġ kollu neċessarju għall-fazi ta' implimentazzjoni tal-proġett u tiżgura l-manteniment w appoġġ neċessarju minn hemm 'il quddiem.

    2. L-Istati parteċipanti għandhom jiżguraw it-twettiq ta' l-impriżi li saru fil-kuntest tal-card template tal-pajjiż, bħal konnessjoni ma' TESTA II network, il-faċilità ta' web browsers konformi u klijenti bl-e-mail u implimentazzjoni ta' proċeduri PKI, skond l-ippjanar approvat.

    KAPITOLU V

    STIMA U/JEW SKWADRI TA' KORDINAZZJONI, INKLUZ KRITERJI GHALL-GHAZLA TA' ESPERTI

    Artikolu 14

    L-Istati parteċipanti għandhom jipprovdu u jaġġornaw regolarment l-informazzjoni tagħhom fuq l-esperti magħżula skond l-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/KE, Euratom.

    Artikolu 15

    L-esperti għandhom jiġu klassifikati fil-kategoriji li ġejjin:

    (a) esperti tekniċi;

    (b) esperti li jagħmlu stima;

    (ċ) membri ta' skwadra ta' kordinazzjoni;

    (d) kap kordinatur.

    Artikolu 16

    1. L-esperti tekniċi għandhom ikollhom il-ħila li jagħtu parir fuq affarijiet speċifiċi u ta' teknika għolja u fuq ir-riskji nvoluti u jkunu disponibbli għal missjonijiet.

    2. L-esperti li jagħmlu stima għandhom ikunu kapaci li jipprovdu stima tas-sitwazzjoni u jagħtu parir fuq l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed u jkunu disponibbli għal missjonijiet.

    3. Il-membri ta' l-iskwadra ta' kordinazzjoni jistgħu jinkludu deputat kap kordinatur, persuni responsabbli għall-loġistika w kommunikazzjoni u persunal ieħor neċessarju. Jekk ikun hemm talba, l-esperti tekniċi u li jagħtu stima jistgħu jiġu nkorporati fl-iskwadra ta' kordinazzjoni sabiex jassistu l-kap kordinatur matul il-missjoni.

    4. Il-kap kordinatur għandu jkun risponsabbli għat-tmexxija ta' l-iskwadri li jagħmlu stima w kordinazzjoni matul intervent. Hi/hu għandha/u t/jagħmel kuntatti xierqa ma' l-awtoritajiet tal-pajjiż affetwat, mac-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, u fil-każ ta' x'interventi ta' għajnuna ta' protezzjoni ċivili barra l-Istati parteċipanti, ukoll ma' l-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jew ir-rappresentant tiegħu u mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni ta' dak il-pajjiż u ma' l-uffiċċju jew rappreżentant uffiċjali ta' l-Uffiċju ta' l-Għajnuna Umanitarja tal-Komunità Ewropea (ECHO) f'dak il-pajjiż.

    Artikolu 17

    L-informazzjoni fuq l-esperti għandha tinġabar mill-Kummissjoni f'database kompetenti u li tkun disponibbli permezz taċ-CECIS.

    Artikolu 18

    L-esperti għandhom, fejn neċessarju, jagħmlu program ta' taħrig stabbilit skond l-Artikolu 21.

    Artikolu 19

    Fl-eventwalita' ta' talba għall-għajnuna, l-Istati li jipparteċipaw għandhom ikunu responsabbli biex jattivaw l-esperti disponibbli u jpoġġuhom f'kuntatt maċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni.

    Artikolu 20

    1. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jkun kapaċi li jimmobilizza u jibgħat l-esperti appuntati fi żmien qasir wara li l-esperti jiġu attivati mill-Istati parteċipanti.

    2. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni ser jimxi mal-proċedura ta' trasmissjoni li ġejja, bbażata fuq il-konfermazzjoni tal-missjoni wżata mill-Kummissjoni għall-issekondar ta' l-esperti f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, li tkopri l-elementi li gejjin:

    (a) konfermazzjoni bil-miktub tal-missjoni;

    (b) l-għanijiet tal-missjoni;

    (ċ) kemm il-missjoni hi ppjanata li ddum;

    (d) l-informazzjoni dwar il-persuna li hi l-kuntatt lokali;

    (e) il-kondizzjoni ta' kemm tkopri l-assigurazzjoni;

    (f) il-kumpens bi ħlas ta' kuljum biex ikopri għall-ispejjeż;

    (g) il-kondizzjonijiet speċifiċi ta' ħlas;

    (h) linji gwida għal esperti tekniċi, l-esperti li jagħmlu stima, esperti li jikordinaw u kapijiet.

    KAPITOLU VI

    PROGRAMM TA' TAĦRIĠ

    Artikolu 21

    1. Programm ta' taħriġ għandu jiġi stabbilit li jkopri l-interventi ta' għajnuna ta' protezzjoni ċivili. Il-programm għandu jinkludi korsijiet ġenerali u speċifiċi, eserċizzji u sistema ta' skambju ta' esperti. Il-programm għandu jkun immirat għall-gruppi apposta msemmija fl-Artikolu 22.

    2. Il-Kummissjoni għandha tkun risponsabbli għall-kordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta' program ta' taħriġ u biex ifisser il-kontenut u l-iskeda tal-programm ta' taħriġ.

    Artikolu 22

    Il-gruppi li għalihom il-programm ta' taħriġ ser ikun immirat ser ikunu:

    (a) skwadri ta' intervent ta' l-Istati li qed jipparteċipaw;

    (b) kapijiet ta' skwadri ta' intervent ta' l-Istati parteċipanti, id-deputati tagħhom u l-uffiċjali ta' koperazzjoni;

    (ċ) esperti ta' l-Istati li jipparteċipaw kif imniżżla fl-Artikolu 15;

    (d) ħaddiema li huma l-punt ta' kuntatt nazzjonali;

    (e) uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità.

    Artikolu 23

    Il-korsijiet ġenerali u speċifiċi ser ikunu mmirati lejn gruppi differenti kif imniżżel fl-Artikolu 22(b) sa (e).

    Artikolu 24

    L-eżerċizzi għandhom, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi speċifiċi kif imniżżla fl-Artikolu 22(a), jimmiraw li:

    (a) itejbu il-kapaċità tar-rispons u jipprovdu l-prattika neċessarja ta' l-iskwadri biex jilħqu l-kriterji għal parteċipazzjoni fl-interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili;

    (b) itejbu u jivverifikaw il-proċeduri u jistabilixxu lingwa komuni għal kordinazzjoni ta' interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili u jnaqqsu l-ħin ghar-rispons f'emerġenzi kbar;

    (ċ) ikabbru l-koperazzjoni operazzjonali bejn is-servizzi tal-protezzjoni ċivili bejn l-Istati parteċipanti;

    (d) jitgħallmu mill-esperjenza ta' xulxin.

    Artikolu 25

    Is-sistema ta' skambju għandha tinkludi l-iskambju ta' esperti bejn l-Istati parteċipanti u/jew il-Kummissjoni, bil-ghan li jghinu lill-esperti biex:

    1. jiggwadanjaw esperjenza f'oqsma oħra;

    2. isiru familjari ma' tekniċi oħra u proċeduri operazzjonali wżati;

    3. jistudjaw approċi meħuda minn servizzi ta' emerġenza parteċipanti w istituzzjonijiet oħra.

    Artikolu 26

    Meta approprjat, opportunitajiet oħra ta' taħrig għandhom jiġu pprovduti sabiex jilħqu bżonnijiet identifikati għall-operat bla problemi w effiċjenti ta' l-interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili.

    Artikolu 27

    1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza tal-livell ta' taahrig u l-kontenut tiegħu.

    2. L-Istati parteċipanti u l-Kummissjoni għandha tinnomina lill min jitħarreg f'kull sezzjoni ta' taħriġ.

    3. Il-Kummissjoni għandha torganizza sistema xierqa ta' evalwazzjoni għat-taħriġ organizzat.

    KAPITOLU VII

    INTERVENTI ĠEWWA U BARRA MILL-KOMMUNITÀ

    Artikolu 28

    Fażi ta' alert

    1. Fil-kas ta' emerġenza kbira fl-Istati parteċipant jew theddida imminenti, li tikkawża jew tista' tikkawża effetti transkonfinali jew li tista' tirriżulta għal sejħa għall-għajnuna permezz taċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni minn pajjiż wieħed jew iktar, l-awtorità kompetenti u/jew punti ta' kuntatt ta' l-Istat fejn l-emerġenza hi imminenti jew diġà ġrat, għandha tinforma bla telf ta' żmien liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni stabbiliti.

    2. Jekk il-Kummissjoni ġiet infurmata b'emerġenza kbira f'pajjiż terz,li jista' jkollu bżonn l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jagħmel kuntatt ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u s-servizzi oħra relevanti tal-Kummissjoni sabiex jinfurmawhom bis-sitwazzjoni.

    3. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jiġbor l-informazzjoni essenzali mall-ewwel twissijiet u jittrasmettiha permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni u n-networks stabbiliti lill-awtoritajiet kompetenti tal-protezzjoni ċivili ta' l-Istati parteċipanti u/jew il-punti ta' kuntatt tagħhom.

    4. Stat parteċipanti affetwat minn emerġenza kbira għandu jżomm liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni nfurmat bl-iżvolġiment tas-sitwazzjoni jekk xi riskji għal konsegwenzi transkonfinali jistgħu jidhru. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu mbagħad jinforma lill-Istati parteċipanti oħra u s-servizzi relevanti tal-Kummissjoni u jaġġornaw regolarment l-informazzjoni tagħhom ta' kwalunkwe żvilupp tas-sitwazzjoni.

    Artikolu 29

    Talbiet għall-għajnuna

    1. Stat parteċipanti jew pajjiż terz affetwat minn emerġenza kbira għandu, jekk hemm bżonn l-għajnuna permezz tal-mekkaniżmu tal-Komunità, jindirizzaw talba formali għall-għajnuna mill-protezzjoni ċivili liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni.

    2. Fil-kas ta' emerġenza kbira li sseħħ f'pajjiż terz, li jista' jeħtieġ għajnuna mill-protezzjoni ċivili, il-Kummissjoni tista tiddeċiedi fuq inizjattiva proprja li tinforma lill-pajjiż terz b'għajnuna potenzali mill-Komunità jekk tkun meħtieġa. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jżomm lill-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea infurmat regolarment bi kwalunkwe żvilupp.

    3. L-Istat li qed jagħmel it-talba għandu jipprovdi liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni b'kull informazzjoni relevanti li tikkonċerna s-sitwazzjoni, u b'mod partikolari, bżonnijiet speċjali, l-appoġġ mitlub u l-lokalita'.

    Jekk l-għajnuna tkun mitluba f'forma ta' esperti u/jew skwadri ta' intervent jew mezzi, l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni fuq iż-żmien u l-lokalità tal-wasla ta' l-għajnuna, u l-punt ta' kuntatt fuq il-post li jkun qed imexxi l-emerġenza.

    4. Wara l-kordinazzjoni bejn iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni u l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jgħaddi t-talba għall-għajnuna lill-Istati parteċipanti u, meta approprjat jikkonsulta mad-database ta' riżorsi u jinforma lis-servizzi relevanti tal-Kummissjoni. Kwalunkwe tibdil fit-talba għall-għajnuna inizjali mill-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandha tiġi mwassla immedjatament lill-Istati parteċipanti kollha.

    5. Wara li ssir it-talba formali, l-Istati parteċipanti għandhom jinfurmaw immedjatament liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni dwar il-kapaċità kurrenti tagħhom sabiex jagħtu l-għajnuna, jindikaw l-iskopijiet tagħhom u t-termini.

    6. L-informazzjoni mniżżla fil-paragrafu 5 għandha tinġabar u tintbagħat immedjatament miċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni lill-Istat li jkun qed jagħmel it-talba u lill-Istati l-oħra parteċipanti.

    7. L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni dwar liema skwadri ta' intervent u mezzi ntagħżlu.

    8. Fir-rigward tat-talbiet għall-iskwadri ta' intervent u mezzi, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jinforma lill-Istati parteċipanti bl-għazla ta' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba. L-Istati parteċipanti li jagħtu l-għajnuna għandhom iżommu liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni regolarment infurmat dwar l-iskwadri ta' intervent u l-mezzi mibgħuta.

    9. Fir-rigward tat-talba għall-esperti, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu:

    (a) jikkuntatja lill-Istati parteċipanti, billi juża d- "database ta' l-esperti" mwaqqfa skond l-Artikolu 17, u jsaqsi dwar kemm hemm esperti lesti li jitilqu, fejn hu neċessarju, fi żmien tliet siegħat mill-ħatra tagħhom;

    (b) wara konsultazzjoni ma' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba, jagħżel minn qalb l-esperti disponibbli u jinfurmaw lill-Istati parteċipanti;

    (ċ) immedjatament jagħmlu kuntatt ma' l-esperti u jibdew jibgħatuhom skond il-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 20(2);

    (d) fuq il-bażi ta' rapport aġġornat stabbilit mill-Istat li jagħmel it-talba, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jipprepara laqgha ta' informazzjoni għall-esperti u kapijiet ta' skwadri ta' intervent qabel ma jiġu mibgħuta.

    10. Fil-kas ta' emerġenza kbira li sseħħ f'pajjiż terz, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jaħdem b'konsultazzjoni ma' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u servizzi relevanti tal-Kummissjoni.

    11. L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jagħmel l-arrangamenti tiegħu sabiex jippermetti kordinazzjoni bejn l-għajnuna mibgħuta fuq livell nazzjonali u reġjonali. L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jiffaċilita l-qsim tal-fruntieri għall-interventi u jiżgura appoġġ loġistiku.

    Artikolu 30

    Direzzjoni ta' l-interventi

    1. Fil-każ ta' emerġenza kbira li sseħħ ġewwa l-Komunità, l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jidderieġi l-interventi ta' għajnuna skond l-Artikolu 5(3) u (4) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/KE, Euratom.

    2. Fil-każ ta' emerġenza kbira li sseħħ barra mill-Komunità, l-iskwadri ta' stima u kordinazzjoni għandhom jagħmlu l-kompiti tagħhom skond l-Artikolu 16. Il-kordinazzjoni hi żgurata mill-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jew ir-rappreżentant maħtur.

    Artikolu 31

    Interventi f'pajjiżi terzi

    F'pajjiżi terzi, l-intervent ta' għajnuna tal-Komunità jista' jew jitmexxa bħala operazzjoni awtonoma bejn il-pajjiż terz affetwat u ċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni u r-rappreżentant ta' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali.

    Artikolu 32

    Missjonijiet ta' l-esperti

    1. L-esperti mibgħuta għandhom jagħmlu l-kompiti mniżżla fl-Artikolu 16. Huma għandhom jirrappurtaw regolarment lill-awtoritajiet ta' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba u ċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni.

    2. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jżomm infurmati lill-Istati parteċipanti dwar il-progress tal-missjoni ta' l-esperti.

    3. Fir-rigward tal-progress tal-missjoniiet ta' l-esperti fil-pajjiżi terzi, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jżomm infurmati lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-pajjiż konċernat u r-rappresentant ta' l-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll is-servizzi relevant ital-Kummissjoni.

    4. L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni fuq bażi regolari dwar l-izvilupp ta' l-attivitajiet li jkunu ghaddejin fuq is-sit ta' l-emerġenza.

    5. Fil-kas ta' interventi f'pajjiżi terzi, il-kap kordinatur għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni fuq bażi regolari dwar l-izvilupp ta' l-attivitajiet li jkunu ghaddejin fuq is-sit ta' l-emerġenza.

    6. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jikompila l-informazzjoni kollha li jkun irċieva u jqassamha lill-punti ta' kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati parteċipanti.

    Artikolu 33

    Pjan operazzjonali ta' disingaġġ

    1. L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba jew kwalunkwe Stat partiċipant li jagħti l-għajnuna għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni u l-esperti mibgħuta tal-Komunità u l-iskwadri ta' intervent ta' għajnuna meta l-għajnuna tagħhom ma tibqax rikjesta jew ma tkunx tista' tibqa tiġi pprovduta. Id-disingaġġ effettiv għandu jiġi organizzat b'mod xieraq mill-Istat li jkun ed jagħmel it-talba u l-Istati parteċipanti; iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandhom jibqu mizmuma nfurmati.

    2. F'pajjiżi terzi, il-kap kordinatur għandu jirrapporta liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni meta l-assistenza ma tibqax rikjesta jew ma tkunx tibqa' tiġi pprovduta. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jgħaddi din l-informazzjoni lid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'dak il-pajjiż u r-rappreżentant ta' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll is-servizzi relevant ital-Kummissjoni. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni b'kordinazzjoni ma' l-Istati Membri li għandhom il-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istat li qed jagħmel it-talba għandhom jiżguraw disingaġġ effettiv.

    Artikolu 34

    Rappurtaġġ u tagħlimiet mogħtija

    1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba u l-Istati parteċipanti li jkunu taw l-għajnuna, kif ukoll l-esperti mibgħuta mill-Kommunita, għandhom jippreżentaw il-konklużjonijet tagħhom fuq kull aspett ta' l-intervent liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni. Rapport fil-qasir għandu mbagħad jiġi ppreparat miċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni dwar l-għajnuna pprovduta.

    2. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jxerred it-tagħlimiet mogħtija sabiex jevalwaw u jtejbu l-interventi ta' għajnuna mill-protezzjoni ċivili.

    Artikolu 35

    Spejjeż

    1. Jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-Istat li li jkun qed jitlob l-għajnuna għandu jħallas għall-assistenza mogħtija mill-Istati parteċipanti.

    2. L-Istat parteċipant li jagħti l-għajnuna jista', waqt li jżomm f'moħħu n-natura ta' l-emerġenza u l-ammont ta' dannu, jista' joffri l-għajnuna kompletament jew parzjalment mingħajr ħlas. Dak l-Istat jista' wkoll jirrinunzja kollox jew parti mill-ħlas ta' l-ispejjeż tiegħu fi kwalunkwe ħin.

    3. Jekk mhux miftiehem mod ieħor, għal matul l-intervent, l-Istat li qed jagħmel it-talba għandu jalloġja u jitma lill-iskwadri mill-Istati parteċipanti li qed jagħtu l-għajnuna, u jekk il-provvista u d-disposizzjonijiet tagħhom jispiċċaw, għandhom jerġgħu jintlew bi spiża proprja. Madanakollu, l-iskwadri li jagħtu l-għajnuna għall-ewwel għandhom ikunu loġistikament indipendenti u suffiċjenti għalihom infushom għal perjodu raġonevoli, skond l-assi wżati u għandhom jinfurmaw liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni.

    4. Spejjeż sabiex jintbagħtu esperti tal-Komunità għandhom jiġu trattati skond l-Artikolu 20. Il-Kummissjoni għandha tħallas dawn l-ispejjeż.

    Artikolu 36

    Kumpens għad-danni

    1. L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu joqgħod lura milli jitlob għal kumpens mill-Istati li jipparteċipaw għad-danni kkawżati għall-propjeta tiegħu jew lill-ħaddiema li jagħtu servizz fejn dan id-dannu hu b'konsegwenza ta' l-intervent ta' l-għajnuna prevista b'din id-Deċiżjoni, kemm-il darba ma jiġix muri bi prova li hu b'riżultat ta' frodi jew kondotta ħażina serja.

    2. Fl-eventwalità li d- danni mġarrba minn partijiet terzi b'riżultat ta' intervent ta' għajnuna, l-Istat li għamel it-talba u l-Istat li pparteċipa u pprovda l-għajnuna għandhom jikkoperaw biex jiffaċilitaw il-kumpens ta' dawn id-danni.

    Artikolu 37

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-15.11.2001, p. 7.

    [2] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 36.

    [4] ĠU L 203, tat-03.08.1999, p. 1.

    [5] ĠU L 316, ta' l-20.11.2002, p. 4.

    [6] ĠU L 203, tat-03.08.1999, p. 9.

    [7] ĠU L 316, ta' l-20.11.2002, p. 1.

    [8] ĠU Ċ 43, tas- 16.02.2002, p. 1.

    [9] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 53.

    [10] ĠU L 101, tal-11.04.2001, p. 1.

    [11] ĠU L 317, tat-03.12.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top