Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0476

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar reviżjoni ta' l-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

    ĠU L 158, 27.6.2003, p. 58–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/05/2012; Impliċitament imħassar minn 32012D0245

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/476/oj

    32003D0476



    Official Journal L 158 , 27/06/2003 P. 0058 - 0060


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-18 ta' Ġunju 2003

    dwar reviżjoni ta' l-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju

    (2003/476/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 209 tieghu,

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni [1],

    Billi:

    (1) skond l-Artikolu 114(2) tat-Trattat kien ġie stabbilit Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju fl-1 ta' Jannar 1999.

    (2) Il-Kunsill adotta fil-21 ta' Diċembru 1998 id-Deciżjoni Nru 98/743/KE dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju [2].

    (3) Il-Kunsill adotta fil-31 ta'Diċembru 1998 id-Deciżjoni 1999/8/KE dwar l-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju [3]; dawn l-Istatuti taw lill-Kumitat il-kapacità li jiffunzjona sew sa issa.

    (4) Wara id-deciżjoni mill-Kapijiet ta' l-Istati jew ta' Gvern mehuda fil-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen f'Diċembru, ghaxar membri godda fis-16 ta' April 2003 iffirmaw Trattat ta' Adeżjoni ghall-Unjoni Ewropea u huma mistennija jidhlu fl-1 ta' Mejju 2004.

    (5) Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju ghandu jkompli jahdem b'mod effettiv wara t-tkabbir.

    (6) Huwa importanti li jibqghu jinżammu l-elementi li taw sehemhom ghall-efficjenza tal-Kumitat.

    (7) Dan ser jehtieg tibdil fil-metodi ta' kif jahdem il-Kumitat.

    (8) Din il-bidla taffettwa l-partecipazzjoni tal-banek centrali; huwa importanti li jżommu il-kompetenza taghhom u l-gharfien analitiku f'materji li dwarhom huma jgorru responsabbiltà.

    (9) L-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju ghandhom ghalhekk jigu riveduti,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Istatuti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, kif imniżżel fl-Anness ghad-Deciżjoni 1999/8/KE, ghandu jkun sostitwit mit-test mniżżel fl-l-Anness ghal dan.

    Artikolu 2

    Id-deciżjoni ghandha tkun ippubblikata fil-Gurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Tibda issehh mill-1 ta' Lulju 2003.

    Magħmula l-Lussemburgu, fit-18 ta' Ġunju 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Drys

    [1] Opinjoni moghtija fil-21 ta' Mejju 2003 (sa issa m'hijiex ippubblikata fil-Gurnal Ufficjali).

    [2] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 109.

    [3] ĠU L 5, tad-9.1.1999, p. 71.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS

    STATUTI TAL-KUMITAT EKONOMIKU U FINANZJARJU

    Artikolu 1

    Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (il-Kumitat) ghandu jaqdi l-kompiti deskritti fil-paragrafi 2 u 4 ta' l-Artikolu 114 tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 2

    Il-Kumitat jista', fost ohrajn:

    - ikun ikkonsultat fil-procedura li twassal ghal deciżjonijiet li ghandhom x'jaqsmu mal-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju tat-tielet fażi ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

    - mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 207 tat-Trattat, jipprepara r-reviżjonijiet tal-Kunsill dwar l-isvolgiment tar-rata tal-kambju tal-euro,

    - jipprovdi l-istruttura li fih id-djalogu bejn il-Kunsill u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista' jitlesta u jitkompla fil-livell ta' uffiċjali anzjani minn ministerji, banek ċentrali nazzjonali, il-Kummissjoni u l-BĊE.

    Artikolu 3

    Membri tal-Kumitat u alterni ghandhom, fil-qadi ta' dmirijiethom, ikunu gwidati mill-interessi generali tal-Komunità.

    Artikolu 4

    Il-Kumitat ghandu jiltaqa' f'żewg forom: jew mal-membri maghżulha mill-amministrazzjonijiet, il-banek ċentrali nazzjonali, il-Kummissjoni u l-BĊE, jew mal-membri mill-amministrazzjonijiet, il-Kummissjoni u l-BĊE. Il-Kumitat kompost fis-shih ghandu jirrivedi regolarment il-lista tal-kwistjonijiet li fuqhom il-membri tal-banek centrali nazzjonali jkunu mistennija jattendu l-laqghat.

    Artikolu 5

    Opinjonijiet, rapporti jew komuniki, ghandhom jkunu adottati minn maggoranza tal-membri jekk tigi mitluba votazzjoni. Kull membru tal-Kumitat ghandu jkollu vot wiehed. Il-Kumitat ghandu jirrapporta wkoll dwar veduti tal-minoranza jew ta' dissens espressi waqt id-diskussjoni.

    Artikolu 6

    Il-Kumitat ghandu jeleggi minn fost il-membri tieghu, b'maggoranza tal-membri tieghu, President ghal terminu ta' sentejn. It-terminu ta' sentejn ghandu jkun jista' jiggedded. Il-President ghandu jkun elett minn fost membri li jkunu uffiċjali anzjani fl-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-President ghandu jiddelega/ghandha tiddelega id-dritt tieghu/taghha lill-alternat tieghu/taghha.

    Artikolu 7

    Fil-każ li ma jkunx f'qaghda li jaqdi dmirijietu/taqdi dmirijietha, il-President ghandu jkun sostitwit/tkun sostitwita mill-Vici-President tal-Kumitat li ghandu jkun elett/ghandha tkun eletta taht l-istess regoli.

    Artikolu 8

    Hlief jekk il-Kumitat jiddeciedi mod iehor, alterni jistghu jattendu laqghat tal-Kumitat. L-alterni ma ghandhomx ikollom vot. Jekk il-Kumitat ma jiddecidix mod iehor, ma ghandhomx jiehdu sehem fid-diskussjonijiet.

    Membru li ma jistax jattendi/tistax tattendi ghal laqgha tal-Kumitat jista'/tista jiddelega tiddelega l-funzjonijiet tieghu/taghha lil wiehed mill-alternati. Huwa jista' jiddelegahom/hija tista' tiddeleghom lil membru iehor. Il-President u s-Segretarju ghandhom ikunu avżati bil-miktub qabel il-laqgha. F'cirkostanzi eccezzjonali l-President jista' jaccetta arrangamenti alternattivi.

    Artikolu 9

    Il-Kumitat jista' jafda l-istudju ta' materji specifici lil membri alterni, lil sottokumitati jew lil grupp ta' nies mahtura. F'dawn il-każi, l-Presidenza ghandu jassumiha membru jew membru alternat tal-Kumitat, maħtur mill-Kumitat. Il-membri tal-Kumitat, l-alterni tieghu, u s-sottokumitati jew gruppi mahtura jistghu idahhlu esperti biex jassistuhom.

    Artikolu 10

    Il-Kumitat ghandu jkun msejjah jiltaqa' mill-President fuq l-inizjattiva tieghu/taghha stess, jew fuq it-talba tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew ta' ghallinqas erba' membri tal-Kumitat.

    Artikolu 11

    Bhala regola, l-President jirrappreżenta lill-Kumitat; partikolarment, il-President jista' jkun awtorizzat mill-Kumitat biex jirrapporta dwar diskussjonijiet u jaghmel kommenti bil-fomm fuq opinjonijiet u komuniki mlestija mill-Kumitat. Il-President ghandu jkollu r-responsabbiltà ghaż-żamma tar-relazzjonijiet tal-Kumitat mal-Parlament Ewropew.

    Artikolu 12

    Dak li jigri fil-Kumitat ghandu jkun konfidenzali. L-istess regola ghandha tghodd ghal dak li jigri fl-alternati tieghu, is-sottokomitati jew gruppi mahtura.

    Artikolu 13

    Il-Komitat ghandu jkun mghejjun minn Segretarjat taht it-tmexxija ta' Segretarju. Is-Segretarju u l-personál mehtieg ghas-Segretarjat ghandhom ikunu forniti mill-Kummissjoni.

    Is-Segretarju ghandu jkun mahtur mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mill-Kumitat. Is-Segretarju u l-personál tieghu/tagha ghandhom jagixxu fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat meta jkunu qeghdin iwettqu r-responsabbiltà taghhom lejn il-Kumitat.

    L-infiq tal-Kumitat ghandu jkun inkluż fl-estimi tal-Kummissjoni.

    Artikolu 14

    Il-Kumitat għandu jadotta l-arranġamenti proċedurali tiegħu stess.

    "

    --------------------------------------------------

    Top