Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0472

    Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 472/2002 tat-12 ta' Marzu 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li jistabilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikelTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 75, 16.3.2002, p. 18–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/472/oj

    32002R0472



    Official Journal L 075 , 16/03/2002 P. 0018 - 0020


    Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 472/2002

    tat-12 ta' Marzu 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li jistabilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-kontaminanti fl-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel (KXI)

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 jipprovdi illi jridu jiġu fissati l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 257/2002 [3] jiffissa l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel sabiex japplikaw mill-5 ta' April 2002.

    (3) Uħud mill-Istati Membri adottaw, jew qegħdin jippjanaw li jadottaw, livelli massimi għall-aflatossini fl-ispeċi u l-livelli massimi għall-okratossin A f'ċerti oġġetti ta' l-ikel. Minħabba d-disparitajiet bejn l-Istati Membri u r-riskju konsegwenti ta' tagħwiġ fil-kompetizzjoni, huma meħtieġa miżuri Komunitarji sabiex tiġi żgurata l-unità tas-suq filwaqt li jżommu mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

    (4) L-aflatossini, b'mod partikolari l-aflatossin B1, huma sustanzi ġenotossiċi karċinoġeniċi. L-aflatossini, b'mod partikolari l-aflatossin B1, huma sustanzi ġenotossiċi karċinoġeniċi. Il-għerf xjentifiku u tekniku korrenti u t-titjib fil-metodi tat-teknika tal-produzzjoni u tal-ħażna ma jipprevenux l-iżvilupp ta' dawn il-mofof u konsegwentement ma jgħinux li tiġi eliminata għal kollox il-preżenza ta' l-aflatossini fl-ispeċi. Għandhom għalhekk jiġu ffissati li jkunu baxxi daqs kemm jistgħu jinkisbu b'mod raġjonevoli.

    (5) Ir-riżultati ta' programm ikkoordinat ta' kontroll, imwettaq mill-Istati Membri skond ir-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 97/77/KE tat-8 ta' Jannar 1997 li tirrigwarda programm kordinat għall-kontroll uffiċjali ta' l-oġġetti ta' l-ikel għas-sena 1997 [4] saru disponibbli ġaladarba ġew stabbiliti l-livelli massimi għall-aflotossini f'oġġeti oħra ta' l-ikel. Dawn juru illi numru ta' speċji ta' speċi fihom livell għoli ta' l-aflatossini. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti massimi għall-ispeċji ta' l-ispeċi li huma wżati fi kwantità kbira u li għandhom inċidenza għall-kontaminazzjoni.

    (6) Il-limiti massimi għandhom jiġu rivisti u, jekk meħtieġ, imnaqqsa qabel il-31 ta' Diċembru 2003 filwaqt li jitqiesu l-possibiltajjiet li titnaqqas il-kontaminazzjoni ta' l-aflotossin fl-ispeċi bit-titjib tal-metodi tal-produzzjoni, il-ħsad u l-ħażna u l-progress tal-għerf xjentifiku u teknoloġiku.

    (7) L-okratossin A huwa mikotossin prodott minn numru ta' funġi (l-ispeċji tal-Peniċillju u l-Asperġillu) jiġri b'mod naturali f'varjetà ta' prodotti mill-pjanti, bħalma huma ċ-ċereali, iż-żerriegħa tal-kafè, iż-żerriegħa tal-kakaw, u l-frott imnixxef, fid-dinja kollha. Ġie mikxuf fi prodotti bħalma huma l-prodotti iċ-ċereali, il-kafè, l-inbid, il-birra, l-ispeċi u l-meraq tal-għeneb iżda wkoll fi prodotti ta' oriġini mill-annimali, jiġifieri l-kliewi tal-ħnieżer. L-investigazzjonijiet tal-frekwenza u l-livelli ta' l-okkorrenza ta' l-okratossin A fil-kampjuni ta' l-ikel u tad-demm tal-bniedem jindikaw illi l-oġġetti ta' l-ikel ikunu kkontaminati ta' spiss.

    (8) L-okratossin A huwa mikotossin bi proprjetajiet karċinoġeniċi, nefrotossiċi, tertoġeniċi, immunotossiċi u possibbilment newrotossiċi. Ġie mrbut man-nefropatija fil-bniedem. L-Okratossin A jista "jkollu nofs ħajja twila fil-bniedem."

    (9) Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel ikkunsidra fl-opinjoni tiegħu dwar l-Okratossin A tas-17 ta' Settembru 1998 illi jkun prudenti li titnaqqas l-espożizzjoni għall-Okratossin A kemm jista "jkun, billi jiġi żgurat illi l-espożizzjonijiet ikunu lejn it-tarf ta' isfel tal-firxa tat-teħid tolerabbli ta' kuljum ta' 1,2-14 ng/kg skond il-piż kuljum li kienu ġew stmati minn korpi oħra, p.e. taħt il 3 ng/kg skond il-piż kuljum."

    (10) Bil-għerf xjentifiku u tekniku kurrenti, u minkejja t-titjib fil-metodi tat-teknika tal-produzzjoni u l-ħażna, mhux possibbli illi jiġi prevenut l-iżvilupp ta' dawn il-mofof għal kollox. B'konsegwnza ta' dan l-Okratossin A ma jistax jiġi eliminat għal kollox mill-ikel. Għandhom għalhekk jiġu ffissati limiti baxxi daqs kemm jistgħu jinkisbu b'mod raġjonevoli.

    (11) Il-kontributuri prinċipali għat-teħid tad-dieta ta' l-Okratossin A huma ċ-ċereali u l-prodotti miċ-ċereali. Il-prevenzjoni hija ta' importanza maġġuri sabiex tevita l-kontaminazzjoni daqs kemm hu possibbli u li jiġi protett il-konsumatur. B'żieda ma "dan, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-livelli massimi għaċ-ċereali u l-prodotti miċ-ċereali f'livell li jista" jinkiseb b'mod raġjonevoli bil-kondizzjoni li jiġu applikati l-azzjonijiet preventivi sabiex jevitaw il-kontaminazzjoni fl-istadji kollha fil-katina tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni.

    (12) Il-frott niexef tad-dielja (iż-żbib, il-passolina u s-sultana) instabu li huma kontaminati f'livelli għolja. Il-frott imnixxef tad-dielja huwa sors importanti fid-dieta ta' l-Oktratossin A għan-nies b'livelli għolja ta' konsum, b'mod partikolari t-tfal. Filwaqt illi huwa għalhekk xieraq li għalissa jiġu stabbiliti limiti f'livell li jista "jinkiseb b'mod raġjonevoli, huwa imperattiv li jitjiebu iktar il-prattiċi sabiex titnaqqas il-kontaminazzjoni."

    (13) Il-preżenza ta' l-okratossin ġiet osservata wkoll fil-kafè, fl-inbid, fil-birra, fil-meraq tal-għeneb, fil-kokodina u fl-ispeċi. L-Istati Membri u partijiet interessati (bħalma huma l-organizzazzjonijiet professjonali) għandhom jindaħlu għal investigazzjonijiet u riċerka sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi differenti involuti fil-formazzjoni ta' l-Okratossin A u sabiex jistabbilixxi l-miżuri preventivi li jridu jittieħdu sabiex titnaqqas il-preżenza ta' l-Okratossin A f'dawn l-oġġetti ta' l-ikel. Għal dawn il-prodotti għandu jsir kull sforz rigward ir-riċerka u l-miżuri ta' prevenzjoni sabiex jitnaqqas il-kontenut ta' l-Okratossin A kemm jista "jkun sakemm jiġu stabbiliti l-limiti massimi fuq il-bażi tal-prinċipju" baxx daqs kemm jista "jinkiseb b'mod raġjonevoli" (il-prinċipju ALARA). Jekk l-ebda sforz ma jiġi midħul għalih sabiex jitnaqqas l-Okratossin A għal ċerti prodotti, irid ikun meħtieġ li jiġi stabbilit limitu massimu għal dawn il-prodotti sabiex jipproteġi s-saħħa pubblika, mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li tiġi stmata l-probabbiltà teknoloġika.

    (14) Ir-Regolament (KE) Nru 466/92 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

    (15) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 4(2) jiġi emendat kif ġej:

    (a) il-frażi introduttorja għandha tiġi mibdula b'dan li ġej: "Rigward l-aflotossini u l-Okratossin A fil-prodotti msemmija fil-punti 2.1 u 2.2 ta' l-Anness I, huma projbiti:";

    (b) fil-punt (b), il-frażi "u 2.1.3" tiġi mibdula bi, "2.1.3, 2.1.4, 2.2.1 u 2.2.2".

    2. Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

    "2a. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti massimi għall-aflotossini stabbiliti fil-punt 2.1.4 tat-taqsima 2 ta' l-Anness I l-iktar tard sal-31 ta' Diċembru 2002 u, jekk xieraq, tnaqqashom sabiex jitqies il-progress fil-għarfien xjentifiku u teknoloġiku.

    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet fil-punti 2.2.2 u 2.2.3 tat-taqsima 2 ta' l-Anness I l-iktar tard sal-31 ta' Diċembru rigward il-limiti massimi ta' l-Okratossin A fil-kafè nej u inkaljat u l-prodotti mill-kafè, l-inbid, il-birra, il-meraq ta' l-għeneb, il-kawkaw u l-prodotti mill-kawkaw u l-ispeċi filwaqt li jiqiesu l-investigazzjonijiet midħula għalihom u l-miżuri ta' prevenzjoni applikati sabiex titnaqqas il-preżenza ta' l-Okratossin A f'dawn il-prodotti.

    Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet midħula għalihom u l-progress rigward l-applikazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni sabiex jevitaw il-kontaminazzjoni bl-Okratossin A."

    3. L-Anness I huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness ma "dan ir-Regolament."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-5 ta' April 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Marzu 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1.

    [2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1.

    [3] ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 12.

    [4] ĠU L 22, ta' l-24.1.1997, p. 27.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Fit-Taqsima 2 (Mikotossini) ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 466/2001, jiżdied dan li ġej:

    "Il-Prodott | Il-Livell Massimu (μg/kg) | M1 | Il-metodu tat-teħid tal-kampjunu | Il-Kriterji tat-twettiq tax-xogħol għall-metodi ta' l-analiżi | |

    B1 | |

    2.1.4. L-ispeċji ta' l-ispeċi li ġejjin: il-Capsicum spp. (il-frott imnixxef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inkluż il-bżar jaħraq (ċili),it-trab tal-bżar jaħraq, il-cayenne u l-paprika)il-Piper spp. (il-frott tiegħu, inkluż il-bżar abjad u iswed)il-Mytistica fragrans (in-noċemoskata)iż-Zingiber officinale (il-ġinġer)il-Curcuma longa (it-turmeriku) | 5 | 10 | – | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE |

    - il-Capsicum spp. (il-frott imnixxef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inkluż il-bżar jaħraq (ċili),it-trab tal-bżar jaħraq, il-cayenne u l-paprika)

    - il-Piper spp. (il-frott tiegħu, inkluż il-bżar abjad u iswed)

    - il-Mytistica fragrans (in-noċemoskata)

    - iż-Zingiber officinale (il-ġinġer)

    - il-Curcuma longa (it-turmeriku)

    | 5 | 10 | – | Id-Direttiva 98/53/KE | Id-Direttiva 98/53/KE" |

    "Il-Prodott | Il-Livell Massimu (μg/kg jew il-ppb) | Il-Metodu tat-teħid tal-kampjuni | Il-Metodu ta' l-analiżi tar-referenza |

    2.2.L-OKRATOSSIN A

    2.2.1.Iċ-Ċereali (inklużi r-ross u l-qamħ Saraċin) u l-prodotti dderivati miċ-ċereali

    2.2.1.1.Il-qamħ mhux maħdum taċ-ċereali (inklużi r-ross u l-qamħ Saraċin mhux maħduma) | 5 | Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/27/KEDirettiva | 2002/27/KE |

    2.2.1.2.Il-prodotti kollha dderivati miċ-ċereali (inklużi l-prodotti pproċessati miċ-ċereali u l-qmuħ taċ-ċereali maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem) | 3 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/27/KE | Id-Direttiva 2002/27/KE |

    2.2.2.Il-frott imnixxef tad-dielja (iż-żbib, il-passolina us-sultana) | 10 | Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/27/KE | Id-Direttiva 2002/27/KE |

    2.2.3.Il-kafè nej u inkaljt u l-prodotti mill-kafè, l-inbid, il-birra, il-meraq tal-għeneb, il-kawkaw u l-prodotti mill kawkaw u l-ispeċi | –" | | |

    --------------------------------------------------

    Top