Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002F0475

    Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

    ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/04/2017; Revokat u sostitwit bi 32017L0541

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2002/475/oj

    32002F0475



    Official Journal L 164 , 22/06/2002 P. 0003 - 0007


    Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill

    tat-13 ta' Ġunju 2002

    dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

    (2002/475/JHA)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi:

    (1) l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà l-ugwaljanza u s-solidarjetà, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Hija mwaqqfa fuq il-prinċipju tad-demokrazija u l-prinċipju tar-regola tal-liġi, il-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.

    (2) It-terroriżmu huwa wieħed mill-aktar vjolazzjonijiet serji għal dawk il-prinċipji. Id-dikjarazzjoni "La Gomera" li kienet adottata fil-laqgħa nformali tal-Kunsill fl-14 ta' Ottubru 1995 ikkonfermat illi t-terroriżmu huwa theddida għad-demokrazija, u l-użu ħieles tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

    (3) Xi Stat Membru jew Stati Membri huma membri ta' numru ta' konvenzjonijiet li jittrattaw it-terroriżmu. Il-Kunsill tal-Konvenzjoni Ewropea tas-27 ta' Jannar 1977 dwar it-Trażżin tat-Terroriżmu ma jqisx reati terroristiċi bħala reati politiċi jew bħala reati marbuta mar-reati politiċi jew reati spirati minn motivi politiċi. Il-Ġnus Magħquda adottaw il-Konvenzjoni għat-trażżin ta' bombi terrostiċi tal-15 ta' Diċembru 1997 u l-Konvenzjoni għat-trażżin ta' iffinanzjar tat-terroriżmu tad-9 ta' Diċembru ta' l-1999. L-abbozz tal-Konvenzjoni globali kontra t-terroriżmu bħalissa qiegħed ikun innegozjat fil-Ħnus Magħquda.

    (4) Fuq il-livell ta' l-Unjoni Ewropea, fit-3 ta' Diċembru 1998 il-Kunsill adotta l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar kif timplimenta bl-aħjar mod id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Amsterdam dwar il-qasam tal-ħelsien, sigurtà u l-ġustizzja [3]. Għandu jittieħed kont ukoll tal-Konkluzzjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2001 u tal-pjan tal-Kunsill Straordinarju Ewropew ta' l-azzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-21 ta' Settembru 2001. It-terroriżmu kien imsemmi fil-konkluzzjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, u tal-Kunsill Ewropew ta' Santa María da Feira tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2000. kien imsemmi wkoll fil-komunikazzjoni tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar it-tiġdid li jsir darbtejn fis-sena tat-tabella tar-riżultati biex ikun eżaminat il-progress dwar il-ħolqien ta' qasam ta' "libertà, sigurtà u ġustizzja" fl-Unjoni Ewropea (l-aħħar sitt xhur tas-sena 2000). Minnbarra dan, fil-5 ta' Settembru 2001 il-Parlament Ewropew adotta r-rakommandazzjoni dwar ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea biex tiġġieled it-terroriżmu. Għandu, minnbarra dan, jitfakkar illi fit-30 ta' Lulju 1996 ħamsa u għoxrin miżura kienu imressqa mill-pajjiżi l- aktar industrijalizzati (G7) u r-Russja li ltaqgħu f'Pariġi.

    (5) L-Unjoni Eqropea adottat diversi miżuri speċifiċi li għandhom effett fuq it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, bħad-deċizjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li tagħti struzzjonijiet lill-Europol biex tittrata ma' reati li twettqu jew li x'aktarx twettqu fil-kors ta' attivitajiet terroristiċi kontra l-ħajja, jew is-sigurtà personali jew il-proprjetà [4]; l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/610/JHA tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar il-ħolqien u ż-żamma ta' Direttorju ta' kompetenzi speċjalizzati kontra t-terroriżmu, ħiliet u esperjenza biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ta' kontra t-terroriżmu bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [5]; l-Azzjoni tal-Konġunat tal-Kunsill 98/428/JHA tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar il-ħolqien ta' Network Ġudizzjarju Ewropea [6], b'responsabilitajiet fir-reati terroristiċi, b'mod partikolari l-Artikolu 2; l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/JHA tal-21 ta' Diċembru 1998 biex iġibu reat kriminali il-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [7]; u r-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1999 dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-iffinanzjar tal-gruppi terroristiċi [8].

    (6) It-tifsira ta' reati terroristiċi għandhom ikunu approssimata fl-Istati Membri kollha, inklużi dawk ir-reati dwar il-gruppi terroristiċi. Minnbarra dan, għandhom jingħataw penali u s-sanzjonijiet lill-persuni naturali u ġuridiċi li wettqu jew li huma responsabbli għal dawn ir-reati, li jirrifletu s-serjetà ta' dawn ir-reati.

    (7) Għandhom ikunu stabbiliti regoli ta' ġurisdizzjoni biex jiżguraw r-reati terroristiċi jkunu jistgħu jiġu persegwiti b'mod effettiv.

    (8) Il-vittmi ta' reati terroristiċi huma vulnerabbli, u għadaqstant hemm bżonn ta' miżuri speċifiċi għalihom.

    (9) Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħedhom, u jistgħu, għaldaqsant, minħabba l-bżonn tar-reċiproċità, jintlaħqu aħjar fuq livell ta' l-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, din id-Deċizjoni Kwadru ma tmurx lil hinn minn dak li hemm bżonn biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

    (10) Din id-Deċijoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali kif dawn jirriżultaw mit-tradizzjonijiet komuni fl-Istati Membri bħala prinċipji tal-liġi Komunitarja. L-Unjoni tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li jidhru fil-Karta dwar Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari il-Kapitolu VI tiegħu. Xejn f'din id-deċiżjoni ma tista' tkun interpretata li hija ntiża li tnaqqas jew tirrestrinġi d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali bħad-dritt li tieħu azzjoni industrijali, il-libertà li tissieħeb jew ta' espressjoni, inkluż id-dritt ta' kulħadd li jifforma u jingħaqad ma' għaqdiet tal-ħaddiema ma' oħrajn għall-protezzjoni ta' l-interessi tiegħu jew tagħha u d-dritt relatat ta' dimostrazzjoni.

    (11) Azzjonijiet mill-forzi armati matul il-perjodi ta' kunflitt bl-armi, li huma rregolati mid-dritt umantiarju internazzjonali skond it-tifsira ta' dawn it-termini f'dik il-liġi, u sakemm dawn huma regolati minn regoli oħra tad-dritt nternazzjonali, l-azzjonijiet mill-forzi armati ta' l-Istat fl-eżerċizzju ta' l-obbligi uffiċjali tagħhom ma humiex regolati minn din id-Deċijoni Kwadru,

    ADOTTA DIN DEĊIŻJONI KWADRU:

    Artikolu 1

    Reati terroristiċi u d-drittijiet u prinċipji fundamentali

    1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li l-atti intenzjonali msemmija hawn taħt fil-punti (a) sa (i), kif imfissra bħala reati skond il-liġi nazzjonali, li, minħabba n-natura jew il-kuntest tagħhom, jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali fejn dawn isiru bl-iskop illi:

    - jintimidaw b'mod serju lill-popolazzjoni, jew

    - b'mod illeċitu iġiegħlu lill-Gvern jew organizzazzjoni internazzjonali li jagħmlu jew jonqsu milli tagħmel xi att, jew

    - jidestabilizzaw jew ikissru l-istrutturi politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew soċjali ta' pajjiz jew organizzazzjoni internazzjonali,

    għandhom jitqiesu bħala reati terroristiċi:

    (a) l-attakki fuq il-ħajja ta' persuna li jistgħu jikkaġunaw il-mewt;

    (b) attakki fuq l-integrità fiżika tal-persuna;

    (ċ) il-ħtif ta' persuna jew il-ħtif ta' ostaġġi;

    (d) id-distruzzjoni estensiva lil Gvern jew faċilità pubblika, sistema ta' trasport, faċili ta' infrastruttura, inkluża sistema ta' informazzjoni, pjattaforma fissa li tkun tinsab fuq il-blata kontientali, post pubbliku jew proprjetà privata li x'aktarx toħloq periklu lill-ħajja jew tirriżulta f'telf ekonomiku kbir;

    (e) il-ħtif ta' ajruplani, vapuri, jew mezzi oħra tat-trasport pubbliku jew tal-merkanzija;

    (f) l-fabbrikazzjoni, il-pussess, l-akkwist, it-trasport, il-kunsinna jew l-użu ta' armi, splussivi jew ta' armi nukleari, bioloġiċi jew kimiċi, kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp ta' armi bijoloġiċi u kimiċi;

    (g) il-ħelsien ta' sustanzi perikolużi, jew li joħolqu n-nirien, għargħar jew splussjonijiet li l-effett tagħhom huwa li joħolqu periklu għall-ħajja tal-bniedem;

    (h) jinterferixxu jew ifixxklu l-kunsinna ta' ilma, dawl jew riżorsi naturali u fundamentali oħra li l-effett tagħhom huwa li joħolqu periklu għall-ħajja tal-bniedem;

    (għ) jheddu li jwettqu xi waħda mill-atti msemmija f'(a) sa (h).

    2. Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandiex ikollha l-effett li tbiddel l-obbligi ta' rispett lejn id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif garantiti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Reati li għandhom x'jaqsmu ma' grupp terroristiku

    1. Għall-għanijiet ta' din id-Decijoni Kwadru, "grupp terroristiku" għandha tfisser: grupp li għandu struttura ta' aktar minn żewġ persuni, mwaqqaf fuq perjodu ta' żmien u li jaġixxi flimkien sabiex iwettaq reati terrostiċi. "Grupp strutturat" għandha tfisser grupp li ma ġiex iffurmat bl-addoċċ għat-twettieq immedjat ta' reati u li ma għandux il-ħtieġà ta' rwoli definiti formalment għall-membri tiegħu, kontinwità tas-sħubija tiegħu jew struttura żviluppata.

    2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżgura li l-atti intenzjonali li ġejjin ikunu kastigabbli:

    (a) it-tmexxija ta' grupp terroristiku;

    (b) il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku, inkluż bl-ogħti ta' informazzjonji jew riżorsi materjali, jew bl-iiffinanzjar ta' l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mod, bil-konoxxenza tal-fatt illi parteċipazzjoni bħal din ser tgħin lill-attivitajiet kriminali tal-grupp terroristiku.

    Artikolu 3

    Reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li r-reati marbuta mat-terroriżmu jinkludu dawn l-atti li ġejjin:

    (a) serq aggravat bl-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1);

    (b) estorsjoni bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1);

    (ċ) it-tħejjija ta' dokumenti amministrattivi foloz bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (h) u l-Artikolu 2(2)(b).

    Artikolu 4

    Inċitazzjoni, għajnuna jew tixwix, u tentattivi

    1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-inċitazzjoni, l-għajnuna jew tixwix għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2 jew 3 ikunu kastigabbli.

    2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li t-tentattiv li jitwettaq xi reat elenkat fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3, bl-eċezzjoni tal-pussess kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(f) u r-reat imsemmi fl-Artikolu1(1)(i), ikunu kastigabbli.

    Artikolu 5

    Penali

    1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li r-reati msemmija fl-Artikolu 1 sa 4 ikunu kastigabbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi, u li jistgħu jinkludu l-estradizzjoni.

    2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li r-reati terroristiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) u r-reati msemmija fl-Artikolu 4, safejn dawn ikollhom x'jaqsmu ma' reati terroristiċi, ikunu kastigabbli b'pieni ta' priġunerija eħrex minn dawk possibbli skond il-liġi nazzjonali għall-reati bħal dawn fl-assenza ta' intenzjoni speċjali meħtieġa skond l-Artikolu 1(1), salv fejn il-piena imposta tkun diġa s-sentenza massima possibbli skond il-liġi nazzjonali.

    3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżgura li r-reati elenkati fl-Artikolu 2 ikollhom piena ta' priġunerija, b'sentenza massimu ta' mhux anqas minn ħmistax-il sena għar-reat msemmi fl-Artikolu 2(2)(a), u għar-reati msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) sentenza massima ta' mhux anqas minn tmien snin. Sakemm ir-reat imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a) jittrata biss dwar l-att fl-Artikolu 1(1)(i), is-sentenza massima m'għandiex tkun ta' anqas minn tmien snin.

    Artikolu 6

    Ċirkustanzi partikolari

    Kull Stat Membru jista' jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-pieni msemmija fl-Artikolu 5 jistgħu jitnaqqsu jekk il-persuna li tkun qiegħda twettaq ir-reat:

    (a) tieqaf mill-attività terroristika, u

    (b) tagħti lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji l-informazzjoni li dawn ma setgħux jiksbu b'xi mod ieħor, u jgħinhom:

    (i) jevitaw jew inaqqsu l-effetti tar-reat;

    (ii) jidentifikaw jew irressaq għall-ġustizzja l-persuni l-oħra li wettqu r-reat;

    (iii) isibu provi; jew

    (iv) jevitaw reati oħra msemmija fl-Artikolu 1 sa 4.

    Artikolu 7

    Responsabiltà tal-persuni ġuridiċi

    1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-persuni ġuridiċi jistgħu ikunu misjuba responsabbli għall kull wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 li jkunu saru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti minn organu ta' persuna ġuridika, li għandha pożizzjoni ta' tmexxija fil-persina ġuridika, ibbażata fuq dan li ġej:

    (a) is-setgħa ta' rappreżentazzjoni tal-persuna ġuridika;

    (b) setgħa li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika;

    (ċ) l-awtorità li teżerċita kontroll fil-persuna ġuridika.

    2. Minbarra l-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-persuni ġuridiċi jkunu jkunu jistgħu jinsabu responsabbli fejn in-nuqqas ta' sorveljanza jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 tkun għamlitha possibbli li jittwettaq xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 1 sa 4 għall-benefiċċju ta' dik il-persuna legali minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

    3. Ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridici skond il-paragrafi 1 u 2 mhux ser teskludi l-proċeduri kriminali kontra l-persuni li jwettqu, jinstigaw jew li jkunu kompliċi f'xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 1 sa 4.

    Artikolu 8

    Pieni għall-persuni ġuridici

    Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-persuna ġuridika li tinsab responsabbli skond l-Artikolu 7 ikollha piena effettiva, proporzjonali u dissważiva, li għandhom jinkludu multi kriminali kif ukoll mhux kriminali, u jistgħu jinnkludu wkoll pieni oħra, bħal:

    (a) esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji jew għajnuna pubblika;

    (b) skwalifika temporarja jew permanenti mit-twettieq ta' attivitajiet kummerċjali;

    (ċ) it-tqegħid taħt sorveljanza ġudizzjarja;

    (d) ordni ġudizzjarja ta' xoljiment;

    (e) għeluq temporarju jew permaneti ta' stabbilimenti li ntużaw sabiex jitwettaq ir-reat.

    Artikolu 9

    Ġurisdizzjoni u Prosekuzzjoni

    1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 fejn:

    (a) Ir-reat jittwettaq fis-sħiħ jew parti minnu fit-territorju tiegħu. Kull Stat Membru jista' jestendi l-ġurisdizzjoni tiegħu jekk ir-reat jitwettaq fit-territorju ta' Stat Membru;

    (b) ir-reat jitwettaq fuq bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jew ajruplan irreġistrat hemmhekk;

    (ċ) il-persuna li wettqet ir-reat hija waħda miċ-ċittadini jew residenti tiegħu;

    (d) ir-reat jittwettaq għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

    (e) ir-reat jitwettaq kontra l-istituzzjonijiet jew il-poplu ta' l-iStat Membru in kwistjoni jew kontra xi istituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea jew korp mwaqqaf skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea u bbażat fl-dak l-Istat Membru.

    2. Fejn reat jaqa' fl-ambitu tal-ġurisdizzjoni ta' iżjed minn Stat Membru wieħed u fejn xi wieħed mill-iStati konċernati jistgħu jmexxu il-prosekuzzjoni b'mod validu fuq il-bażi ta' l-istess fatti, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkooperaw sabiex jiddeċiedu liema minnhom ser immexxi l-prosekuzzjoni kontra l-persuni li wettqu r-reat bl-iskop, jekk possibbli, li jiċċentralizzaw il-proċeduri fi Stat Membru wieħed. Għal dan il-għan, l-istati Membru jistgħu jirrikoru għal kull korp jew mekkaniżmu stabbilit fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni ta' l-azzjoni tagħhom. Għandu jittieħed kont b'segwenza ta' dawn il-fatturi li ġejjin:

    - l-Istat Membru għandu jkun dak it-territorju fejn twettqu l-atti,

    - l-Istat Membru għandu jkun dak li fih min iwettaq ir-reat huwa ċittadin jew residenti,

    - l-Istat Membru għandu jkun l-Istat Membru minn fejn joriġinaw il-vittmi,

    - l-Istat Membru għandu ikun dak fejn il-persuna li wettqet ir-reat instabet.

    3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji ukoll biex jistabilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 1 sa 4 f'każijiet fejn jirrifjuta li jagħti jew jagħmel estradizzjoni tal-persuna ssupsetta jew li nstabet ħatja ta' reat bħal dan għal Stat Membru jew pajjiż terz.

    4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ġurisdizzjoni tiegħu tkopri l-każijiet fejn xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2 u 4 twettqu fis-sħiħ jew parti minnhom fit-territorju tiegħu, kull fejn il-grupp terroristiku huwa bbażat jew iwettaq l-attivitajiet kriminali tiegħu.

    5. Dan l-Artikolu m'għandux jeskludi l-eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fil-każijiet kriminali kif stabbilit minn Stat Membru skond il-liġi nazzjonali.

    Artikolu 10

    Prottezjoni ta' u għajnuna lill-vittmi

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni ta' reati koperti minn din id-Deċiżjoni ma jiddependux fuq rapport jew akkuża li tkun saret minn persuna suġġetta għar-reat, ta' l-inqas jekk l-atti saru fuq it-territorju ta' l-Istati Membri.

    2. Minbarra l-miżuri stabbiliti fid-DeċIzjoni tal-Kunsill 2001/220/JHA tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-dritt tal-vittmi fi proċeduri kriminali [9], kull Stat Membru għandu, jekk ikun hemm il-bżonn, jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura għajnuna kif tixraq lill-familji tal-vittmi.

    Artikolu 11

    Implimentazzjoni u rapporti

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni Kwadru sal-31 ta' Diċembru 2002.

    2. Sal-31 ta' Diċembru 2002, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi mpoġġija fuqhom skond din id-Deċiżjoni Kwadru. Fuq il-bażi tar-rapport li jkun sar min dik l-informazzjoni u r-rapport lill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta, sal-31 ta' Diċembru 2003, jekk l-Istati Membri ħadux il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma din id-Deċiżjoni Kwadru.

    3. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jispeċifika, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni fil-liġi kriminali ta' l-Istati Membri ta' l-obbligi msemmija fl-Artikolu 5(2).

    Artikolu 12

    Applikazzjoni territorjali

    Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għall-Ġibiltà.

    Artikolu 13

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Maħmula fil-Lussemburgu, it-13 ta' Ġunju 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Rajoy Brey

    [1] ĠU C 332 E, tas-27.11.2001, p. 300.

    [2] Opinjoni mogħtija fis-6 ta' Frar 2002 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU C 19, tat-23.1.1999, p. 1.

    [4] ĠU C 26, tat-30.1.1999, p. 22.

    [5] ĠU L 273, 25.10.96, p. 1.

    [6] ĠU L 191, 07.07.98, p. 4.

    [7] ĠU L 351, 29.12.98, p. 1.

    [8] ĠUĊ 373, tat- 23.12.1999, p. 1.

    [9] ĠU L 82, 22.03.01, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top