This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0253
2002/253/EC: Commission Decision of 19 March 2002 laying down case definitions for reporting communicable diseases to the Community network under Decision No 2119/98/EC of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2002) 1043)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043)
ĠU L 86, 3.4.2002, p. 44–62
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 25/07/2018; Imħassar b' 32018D0945
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043)
Official Journal L 086 , 03/04/2002 P. 0044 - 0062
CS.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
ET.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
HU.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
LT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
LV.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
MT.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
PL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
SK.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
SL.ES Chapter 15 Volume 07 P. 28 - 46
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043) (2002/253/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlamenet Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 3(ċ) tiegħu, Billi: (1) L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw l-informazzjoni rigward l-iżvilupp epidemoloġiku u l-emerġenza ta' theddid għas-saħħa pubblika minħabba mard li jinxtered bl-użu tan-network tal-Komunità b'tali mod li tippermetti li jsiru paraguni għall-azzjoni ta' prevenzjoni u kontroll biex jittieħdu fil-livelli tal-Komunità u nazzjonali. (2) Għall-paragun ta' l-informazzjoni bħal din, l-istabilizzar tad-definizzjonijiet komuni tal-każ hu prerekwiżit anki meta networks ta' sorveljanza ta' mard speċifiku ma jkunux għadhom ġew stabbiliti. Malli din id-Direttiva tidħol b'effett dawn id-definizzjonijiet ta' każi għandhom ikunu wżati għar-rappurtaġġ lejn in-network tal-Komunità, u għandhom ikunu konformi mar-regolamenti dwar il-protezzjoni ta' dettalji personali. (3) Id-definizzjonijiet tal-każ li jippermettu paragun tar-rapportaġġ għandhom jinkludu sistema mtarrġa li tippermetti lill-istrutturi tal-Istati Membri u/jew ta' l-awtoritajiet, flessibbilità fil-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-mard u l-materji speċjali tas-saħħa. Partikolarment, dawn id-definizzjonijiet tal-każ għandhom jiffaċċilitaw ir-rapportaġġ dwar il-mard elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE [2]. (4) Id-definizzjonijiet tal-każ għandhom ikunu formulati biex jgħinu lill-Istati Membri kollha ħalli jipparteċipaw fir-rappurtaġġ sal-limiti massimi possibli, billi jagħmlu użu mill-informazzjoni tas-sistemi eżistenti tagħhom. Dawn għandhom jippermettu għal livelli differenti ta' sensitività u speċifiċità skond il-miri differenti tal-ġbir ta' l-informazzjoni u għandhom ikunu faċli biex ikunu emendati. (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-iskopijiet tal-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni dwar is-sorveljanza epidemoloġika u l-kontroll tal-mard li jinxtered permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha, l-Istati Membru għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-każ kif speċifikati fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun adattata sal-limitu meħtieġ fuq il-bażi ta' l-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika sa mill-1 ta' Jannar 2003. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1. [2] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 50. -------------------------------------------------- L-ANNESS DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI GĦALL-MARD LI JINXTERED ELENKATI FID-DEĊIŻJONI 2000/96/KE PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' DAWN ID-DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI - Sakemm ma jkunx mistqarr speċifikament, il-każi simptomatiċi biss għandhom ikunu raportati, b'dana kollu, infezzjonijiet assimptomatiċi għandhom ikunu meqjusa bħala każi, jekk l-infezzjoni jkollha effetti terapewtiċi jew implikazzjoni fuq is-saħħa pubblika. - "Każ b'rabta epidemoloġika" huwa każ li jkun jew ġie espost għal każ konfermat, jew li jkollu l-istess esposizzjoni bħal każ konfermat (e.g. kielu mill-istess ikel, qagħdu fl-istess alloġġ, eċċ.) - sistema bi tlett saffi b'dawn il-livelli għandha tkun użata: - każ konfermat: verifikat minn analiżi minn laboratorju, - każ probabbli: stampa klinika ċara, jew marbuta ma każ epidemoloġiku konfermat, - każ possibbli: stampa klinika indikattiva mingħajr każ konfermat jew probabbli. Il-klassifikazzjoni ta' dawn il-livelli differenti tista’ tvarja skond l-epidemoloġija tal-mard individwali. - Is-sintomi kliniċi huma elenkati biss bħala eżempju indikattivi u ma humiex eżawrenti. - Għal ħafna mard, diversi "kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju" huma elenkati. Sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor, wieħed biss minn dawn huwa meħtieġ biex jikkonferma każ. - M.A. fil-lista tad-definizzjoni ta' każ tfisser "mhux applikabbli". NOTI INTRODUTTORJI 1. L-informazzjoni raportata f'dan id-dokument hija ntiża biss għal raportaġġ uniformi/paragun tad-dettalji fin-network tal-Komunità. Id-deskrizzjoni klinika tagħti qafas ġenerali tal-mard u mhux neċessarjament li tindika il-fatturi kollha meħtieġa għal dijanjosi klinika tal-mard. 2. Il-kriterja tal-laboratorju għal dijanjosi rraportata hawnhekk tista tkun imwettqa b'metodi differenti tat-testijiet. B'dana kollu, meta teknikalitajiet speċifi li huma indikati, l-użu tagħhom huwa rakkommandat. DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI SINONIMU AKKWISTAT TA' L-IMMUNODEFIĊJENZA (AIDS) U L-INFEZZJONI HIV 1. AIDS Deskrizzjoni klinika Tinkludi l-virus kollha ta' l-immunodefiċjenza umana individwali infettati-(HIV) li jkollhom kwalunkwe minn 28 kondizzjonijiet kliniċi elenkati fid-definizzjoni tal-kaz tas-sorveljanza Ewropea AIDS. Kriterja għal dijanjosi I Adulti u adoloxxenti: Id-definizzjoni tal-kaz tas-sorveljanza Ewropea AIDS 1993 (ara l-Anness II). II. Tfal ta' età < 13 il-sena: Ir-reviżjoni tal-1995 tad-definizzjoni tal-każ ta' sorveljanza Ewropea AIDS fit-tfal (ara l-Anness III). Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Konfermat: | Każ li jilħaq id-definizzjoni tal-każ Ewropea AIDS | 2. Infezzjoni HIV Deskrizzjoni klinika Id-dijanjosi hija bażata fuq kriterja tal-laboratorju ta' l-infezzjoni HIV jew tad-dijanjosi ta' l-AIDS. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju I. Adulti, adolixxenti u tfal b'età > =18 il-xahar - Riżultat pożittiv minn tnassħir tat-test tal-antikorp HIV konfermat b'test differenti ta' l-antikorp HIV - Sejbien ta' l-aċidu nukejku HIV (RNA jew DNA) - Sejbien ta' HIV bit-test ta' l-antiġeni l-HIV p24, inkluż l-assessjar tan-newtralizzazzjoni - Iżolazzjoni HIV (kultura virali) II. Tfal < 18 il-xahar - Riżultati pożittivi minn żewġ determinazzjonijiet separati (eskluża l-korda tad-demm) minn wieħed jew aktar tat-testijiet li ġejjin tas-sejbien HIV: - Is-sejbien ta' l-aċidu nukejku HIV (RNA jew DNA) - It-test ta' l-antiġenu HIV p24, inkluż l-assessjar tan-newtralizzazzjoni, f'tifel(tifla) >= xahar wieħed ta' età - Iżolazzjoni HIV (kultura virali). Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ li huwa kkonfermat mill-laboratorju jew li jilħaq id-definizzjoni tal-każ Ewropew AIDS | ANTRAX Deskrizzjoni klinika Id-dħul man-nifs ta' l-antrax Wara d-dħul man-nifs tal-Bacillus anthracis u prodromu akut febrili qasir, falliment respiratorju jiżviluppa bi hypoxia, dyspnoa u evidenza radjoloġika tat-twessiegħ medjastinali. Antrax kutaneja Ferita fil-ġilda tevolvi minn papule, matul l-istadju vesikulari sa eskar imħaffra sewda b'edema mad-dawra. Il-ferita normalment tkun mingħajr uġiegħ imma jista jkun hemm disturbanza kostituzzjonali (deni u ħass ħażin). Antrax gastrointestinali Wara l-konsum ta' l-ikel ikkontaminat, sindromu ta' uġieħ akut abdominali, diarrea, deni u septiċemija. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Iżolament u l-konferma ta' B. Anthracis minn kampjuni miġbura minn sit normlment sterili (e.g. demm jew CSF) jew ferita jew ċelloli oħrajn infettati (ġila, pulmun jew musrana); - it-tnejn li ġejjin: - evidenza ta' B. Anthracis DNA (e.g. bil-PCR) minn kampjuni miġbura minn sit normlment sterili (e.g. demm jew CSF) jew ferita jew ċelloli oħrajn infettati (ġila, pulmun jew musrana); - Dimostrazzjoni ta' B. Anthracis f'kampjun kliniku mit-tiċpis immunoħistokemikali taċ-ċelloli affettwati (ġila, pulmun jew musrana). Tiċpisa nażali mingħajr indikazzjoni tal-marda ma tikkontribwix għad-dijanjosi ta' każ. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ probabbli huwa definit bħala: każ ta' mard klinikament kompatibbli mingħajr l-iżolament ta' B. anthracis u l-ebda dijanjożi altenattiva, imma b'evidenza tal-laboratorju ta' B. anthracis b'test sostenitur wieħed mill-laboratorju,test klinikament komptibbli ta' antrax epidemoloġikalment marbut ma espożizzjoni ambjentali kkonfermata, imma mingħajr evidenza korroborattiva mil-laboratorju ta' infezzjoni B. anthracis. | Konfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | BOTULISMU, IMĠARR MILL-IKEL Deskrizzjoni klinika L-istampa klinika kompatibbli mal-botulismu, e.g. sintomi bħal ma hija d-diplopja, viżjoni mċajpra u fjakkezza fil-boċċa ta' l-għajn. Paraliżi simetrika tista tixtered malajr. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Is-sejbien tat-tossin tal-botulinum fis-serum, fl-ippurgar, fil-kontenut tal-istonku jew fl-ikel tal-pazjent - Iżolazzjoni tal-botulinum Clostridium mill-ippurgar. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | BRUĊELLOSI Deskrizzjoni klinika Stampa klinikament kompatibli mal-bruċellosi, e.g. skoppjar ta' deni akut jew insidjus, għaraq matul il-lejl, għejja żejda, anorexja, telf tal-piż, uġieħ ta' ras u artralġija. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi - Dimostrazzjoni bl-immunoflorixxenza ta' Brucella sp. f'kampjun klinika - L-iżolament tal-Brucella sp. minn kampjun klinika Għal każ probabbli: - Titrat għoli wieħed. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | INFEZZJONI KAMPILOBAKTERA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibli mal-campylobacteriosis, e.g. deni bid-diarrea ta' severità varjabbli. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-Campylobacter sp. minn kwalunkwe kampjun klinika. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | CHLAMYDIA TRACHOMATIS, INFEZZJONI ĠENERALI Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-infezzjoni Chlamydia trachomatis, e.g. uretrite, epididimiti, ċerviċiti, salpinġiti akuta jew sindromi oħrajn meta trasmessi sesswalment. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament ta' C. Trachomatis bil-koltura minn kampjun tal-passaġġ uro-ġenitali - Dimostrazzjoni ta' C. trachomatis f'kampjun kliniku mill-passaġġ uro-ġenitali bis-sejbien ta' l-antiġenu jew l-aċidu nuklejku. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | KOLERA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-kolera, e.g. dijarrea maħlulha u/jew remettar. Is-serverità hija varjabbli Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tat-tossiġeniku (i.e. kolera li tipproduċi t-tossini) Vibrio cholerae O1 jew O139 mill-ippurgar jew mir-remettar - Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' anti-tossin u ta' reazzjoni ta' l-antikorpi vibroċidali. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | CRYPTOSPORIDIOSIS Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-cryptosporidiosis, karatterizzata bid-diarrea, bugħawwieġ taż-żaqq, telf ta' l-aptit, dardir u remettar. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Dimostrazzjoni tal-Cryptosporidium oocysts fl-ippurgar - Dimostrazzjoni ta' Cryptosporidium fil-likwidi intestinali jew minn kampjuni miġbura b'bijopsija mill-imsaren iż-żgħar - Dimostrazzjoni ta' l-antiġenu Cryptosporidium fl-ippurgar. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | DIFTERJA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mad-difterja, e.g. mard fil-passaġġ għoli respiratorju karatterizzat minn gerżuna irritata, deni ta' grad baxx, u membrana aderenti tat-tonsilli, tal-farinġi, u/jew l-imnieħer. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-Corynebacterium diphtheriae li tipproduċi t-tossini minn kampjun kliniku - Dijanjożi istopatoloġika tad-difterja. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li ma hux ikkonfermat minn laboratorju u ma jkollux rabta epidemjoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jew huwa kkonfermat minn laboratorju jew li jkollu rabta epidemjoloġika | Għandek tinnota li t-trasportaturi asimptomatiċi, każi bil-C. diphteriae mhux-tossiġenika jew difterja kutaneja m'għandhomx ikunu rapurtati ECHINOCOCCOSIS Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-echinococcosis, li tista’ tipproduċi kwalunkwe minn diversi sindromi kliniċi, li jvarjaw fid-daqs taċ-ċesti u fil-lokazzjoni. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju Dijanjożi bi: - Istopatoloġija - Ġabra ta' tekniki ta' stampi u testijiet seroloġiċi (e.g. ħemaglutinazzjoni inderetta, immunodiffużjoni, assessjar ta' l-immunobloti). Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | EHEC (infezzjoni bil-entero-haemorrhagic Escherichia coli) Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-infezzjoni EHEC, e.g. diarrea (ta' spiss bid-demm) jew bugħawwieġ taż-żaqq. Il-mard jista jkun komplikat bi sindromu ħamolitiku uramiku (HUS/SĦU) jew purpura tromboċitopenika trombatika (TTP/PTT). Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament ta' l-E. coli li jappartienu għall-grupp seroloġiku magħruf li jikkawża il-mard enteroħemorroġiku - Komfermazzjoni seroloġika f'pazzjenti bil-HUS jew TTP - Għal każ probabbli: sejbien tal-kodiċi tal-ġeni għal produzzjoni ta' St×1/St×2. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Iżolat ikkonfermat minn laboratorju mingħajr informazzjoni klinika jew każ b'sintomi kliniċi li jkollu rabta epidemjoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | GIARDIASIS Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-infezzjoni bi Giardia lamblia, karatterizata bid-diarrea, bugħawwieġ taż-żaqq, infiħ tal-ġisem, telf ta' piż jew malassorbazzjoni. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Dimostrazzjoni ta' ċesti ta' G. lamblia fl-ippurgar - Dimostrazzjoni tat-tropożojti tal-G. lamblia fl-ippurgar, likwidu duodenali, jew bijopsija tal-imseren iż-żgħar - Dimostrazzjoni ta' antiġeni ta' G. lamblia fl-ippurgar Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li jkollu rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | GONORRHOEA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-gonorrhoea, e.g. urethritis, cervicitis, jew salpingitis Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-Neisseria gonorrhoeae minn kampjun klinika - Sejbien ta' N. gonorrhoeae l-antiġenu jew ta' l-aċidu nuklejku - Wirja ta' gramma-negattiva interċellolari diplokokki f'tiċpisa eretrali minn raġel. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | INFLUWENZA ĦEMOFILLIKA TIP B, INVAŻIVA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli ma’ mard invassiv, e.g. bacteremia, meningitis, arthritis, epiglottitis, osteomyelitis jew cellulitis. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament ta' l-influwenza ħemopillika tip B minn sit normalment sterili - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' l-H. influenzae minn sit normalment sterili Għal każ probabbli: - Sejbien ta' l-antiġenu ta' l-H. influenzae minn sit normalment sterili. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ b'epiglottiti klinika mingħajr il-konferma tal-laboratorju jew bl-identifikazzjoni biss minn sit mhux-sterili | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma sejbien ta' antiġenu bħal ta' hawn fuq | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | HEPATITIS, VIRALI Deskrizzjoni klinika Fil-każi symptomatiċi stampa klinika kompatibbli mal-hepatitis, e.g. bidu diskret tas-sintomi u suffejra jew livelli elevati tas-serum aminotransferażi. Hepatitis A, akuta Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Antikorp IgM għal-virus tal-hepatitis A (anti-HAV) pożittiv - Sejbien ta' l-antiġenu fl-ippurgar. - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku fis-serum. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkollu rabta epidemjoloġikali | Ikkonfermat: | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkollu konferma minn laboratorju | Hepatitis B, akuta Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Antikorp IgM għal-virus tal-hepatitis B (anti-HBc) pożittiv - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku HBV fis-serum. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ li jkun HbsAg pożittiv u li jkollu stampa klinika kompatibbli ma hepatitis akuta | Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | Hepatitis C Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Sejbien ta' l-antikorpi HCV-speċifiċi - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku HCV minn kampjuni kliniċi. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ simptomatiku li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | INFEZZJONI HIV (Ara taħt is-Sindromu Akkwistat ta' l-Immunodefiċjenza ta' hawn fuq). INFLUWENZA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-influwenza, e.g. il-ħruġ tal-mard għall-għarrieda, sogħla, deni >38 °C, uġiegħ muskolari u/jew uġiegħ ta'ras. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Is-sejbien ta' l-antiġenu ta' l-infuwenza, jew il-virus speċifiku RNA ta' l-influwenza - L-iżolament tal-virus ta' l-influwenza - Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika tas-serum antikorp għall-influwenza A jew B. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ kliniku li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | LEGIONELLOSIS Il-marda tal-leġġjunarji Deskrizzjoni klinika Pnewmonja Deni pontjaku Deskrizzjoni klinika Mard limitanti minnu nnifsu li jixbaħ l-influwenza karatterizzat fid-deni, uġiegħ ta' ras, myalgia u tqaħqiħa mhux produttiva. Il-pazjenti jirkupraw spontanjament mingħajr terapija wara 2 sa 5 ijiem. L-ebda sinjali ta' pnewmonja. Kriterja tal-laboratorju għal dijanjosi tal-legionellosis - L-iżolament ta' xi organiżmu tal-Leġjonella minn sekrezzjoni respiratorja, ċelloli tal-pulmun jew mid-demm - Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorp għas-serogrupp tal-Legionella pneumophila jew ta' serogruppi oħrajn jew ta' speċje oħrajn tal-Leġjonella bit-test inderett ta' l-antikorp immunoflorixxenti jew bil-mikroagglutinazzjoni - Is-sejbien ta' antiġenu speċifiku tal-Leġjonella fl-urina bl-użu ta' reaġenti validati Għal każ probabbli: - Titrat għoli singolu f'serum speċifiku ta' l-antikorp għal serogrupp L. pneumophila jew serogruppi oħrajn jew speċje oħrajn tal-Leġjonella - Sejbien ta' l-antiġenu speċifiku tal-Leġjonella fis-sekrezzjoni respiratorja jew f'antikorp forixxenti dirett (DFA/AFD) ta' tebgħa ta' l-organiżmu fis-sekrezzjoni respiratorja jew f'ċelloli tal-pulmun bl-użu ta' l-evalutazzjoni tar-reaġenti monoklonali, Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibli li jkun ittestjat minn laboratorju bħala probabli (ara hawn fuq), jew każ klinikament kompatibli ma rabta epidemjoloġikali | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | LEPTOSPIROSIS Deskrizzjoni klinika Stampa klinikament kompatibbli mal-leptospirosis, karatterizzata bid-deni, uġiegħ ta' ras, bard, myalgia, xaqq ta' l-għaraq konġunktivali, u anqas frekwenti bil-meninġita, ponot, suffejra u insuffiċjenza renali. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-Leptospira minn kampjun klinika - Dimostrazzjoni ta' żieda speċifika fit-titrat ta' l-agglutinazzjoni Leptospira - Dimostrazzjoni bl-immunoflorixxenza ta' Leptospira f'kampjun klinika - Sejbien ta' l-antikorp Leptospira IgM fis-serum. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | LISTERIOSIS Deskrizzjoni klinika Infezzjoni ikkawżata mill-monoċitoġeni tal-Listeria, li jistgħu jipproduċu kwalunkwe mis-sindromi klinika severi, inkluzi t-twelid tal-fetu mejjet, listeriosis tat-tarbija għadha titwieled, meninġite, bakteramija jew infezzjonijiet lokalizzati. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - l-iżolazzjoni ta' L, monoċitoġeni minn sit normalment sterili (e.g. id-demm jew il-likwidu ċerebrospinali jew, anqas komuni, il-likwidu fl-għekiesi, fil-plewra jew fil-perikardja). Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | MALARJA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-malarja, e.g. deni u sintomi komuni assoċjati, li jinkludu l-uġiegħ ir-ras, uġiegħ fid-dahar, tkexkixa ta' bard, xaqq ta' l-għaraq, myalgia, dardir, remettar, diarrea u sogħla. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Dimostrazzjoni tal-parassiti tal-malarja fi żlieġa tad-demm - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku Plasmodium. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Episodju ta' parasitemja tal-malarja kkonfermat minn laboratorju f'xi persuna (simptomatika jew assimptomatika). | ĦOŻBA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-ħożba, i.e. raxx ġeneralizzat dewwiemi >3 ijiem u temperatura > 38,0 °C jew wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: tqaħqiħa, coryza, tikkek Koplik, konġunktiviti. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Sejbien ta' l-antikorpi IgM kontra l-ħożba fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti - Sejbien ta' l-antikorpi speċifiċi tal-ħożba bħala reazzjoni fin-nuqqas ta' vaċċinazzjoni reċenti - Sejbien tal-virus tal-ħożba (mhux siltiet tal-vaċċina) f'kampjun kliniku. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ dianiostikat mit-tabib bħala ħożba | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli | Ikkonfermat: | Każ li huwa ikkonfermat minn laboratorju jew każ li huwa klinikament kompatibbli b'rabta epidemjoloġika.Każ ikkonfermat minn laboratorju mhux bil-fors li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku. | MARD MENINĠJOKOKKALI Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-mard meninġjokokkali, e.g. meninġite u/jew meninġjokokkemija li tista tixtered malajr għal purpura fulminans, eżawriment u mewt. Manifestazzjonijiet oħrajn huma possibbli. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - l-iżolazzjoni ta' Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili (e.g. id-demm jew il-likwidu ċerebrospinali (CSF) jew, anqas komuni, il-likwidu fl-għekiesi, fil-plewra jew fil-perikardja). - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' l-N. meningitidis minn sit normalment sterili - Sejbien ta' l-antiġenju N. meningitidis minn sit normalment sterili - Dimostrazzjoni tad-diplokokki gramma-negattivi minn sit normalment sterili permezz tal-mikroskopija Għal każ probabbli: - Titrat singolu għoli ta' antikorp mininġjokokkali fis-serum konvalixxenti. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Stampa klinika kompatibbli mal-mard invażżiv meninġjokokkali xi mingħajr konferma minn laboratorju, jew b'identifikazzjoni ta' N. Meningitidis minn sit mhux-sterili jew b'livelli għoljin ta' l-antikorp meninġjokokkali f'serum konvalixxenti | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | Għandhek tinnota li l-portaturi assimptomatiċi m'għandhomx ikunu raportati. GATTONE (MUMPS) Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-gattone, e.g. skoppjar akut ta' parti mġerħa uni- jew bi-laterali, bżieżaq limitanti minnhom infushom tal-glandola parotida jew glandola oħra tal-bżieq, li jdumu >2 jiem, u mingħajr kawża oħra apparenti. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Sejbien ta' l-antikorpi gattone IgM - Sejbien ta' l-antikorpi speċifiċi tal-gattone bħala reazzjoni fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti - Sejbien tal-virus tal-gattone (mhux siltiet tal-vaċċina) f'kampjun kliniku. - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-gattone Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkun epidemjoloġikalment marbut ma każ konfermat | Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | PERTUSSIS (IS-SOGĦLA KONVULSIVA) Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-pertussis, e.g. mard tas-sogħla li jkun mill anqas ġimgħatejn b'wieħed minn dawn li ġejjin: paroxiżmi tas-sogħla, "konvulżjonijiet" asspiratorji jew remettar post-tussiv mingħajr kawża oħra apparenti. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Sejbien ta' l-antikorpi speċifiċi ta' l-antikorp pertussis bħala reazzjoni fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku - L-iżolament tal-Bordetella pertussis minn kampjun klinika. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku | Probabbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkollu rabta epidemjoloġikali | Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | IL-PESTA Deskrizzjoni klinika Il-mard huwa karatterizzat bid-deni, tkexkix ta' bard, uġieħ ta' ras, dardir, prostazzjoni u lewkoċitosi li tkun tidher f'waħda jew aktar mill-għamliet kliniċi prinċipali li ġejjin: - limfadeniti reġjonali (pesta bubonika), - septaċemija mingħajr bubo evidenti (pesta septiċemika), - pesta pnewmonika, - farinġite u limfadentiti ċervikali. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-Yersinia pestis minn kampjun klinika - Dimostrazzjoni ta' antikorp speċifiku għal reazzjoni lejn l-antiġenu Y. pestis F1 Għal każ probabbli: - Titrat elevat ta' l-antikorp tas-serum għal antiġenu Y. pestis frazzjoni 1 (F1) (mingħajr kambjament speċifikament dokumentat) f'pazjent li ma jkollux storja ta' vaċċinazzjoni kontra l-pesta - Sejbien ta' l-antiġenu F1 f'kampjun kliniku bl-assessjar florixxenti. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ klinikament kompatibbli | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli b'riżultati probabbli mill-laboratorju. | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli b'riżultati kkonfermati mill-laboratorju. | POLIOMYELITIS, PARALITIKA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-poliomyelitis, e.g. l-iskoppjar akut tal-paraliżi mpaħpħa ta' waħda jew aktar mis-saqajn (dirgħajn) bi tnaqqis jew l-assenza ta' riflessi fit-tenduni fis-saqajn (dirgħajn) affettwati, mingħajr kawża oħra apparanti u mingħajr telf tas-sensazzjoni jew konjittiva. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-poljo-virus minn kampjun klinika - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-poljo-virus. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku | Ikkonfermat: | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku u li jkollu konferma minn laboratorju | RABBJA, UMANA Deskrizzjoni klinika Ir-rabbja hija enċefalomjeliti akuta li kważi dejjem timxi lejn koma jew lejn il-mewt fi żmien 10 ijiem wara l-ewwel sintomi. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Is-sejbien b'antikorp florixxenti dirett ta' l-antiġeni virali f'kampjun kliniku (preferibilment fil-moħħ jew fin-nervituri li jdawwru l-folliċi tax-xagħar fil-kozz ta' l-għonq) - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tar-rabbja minn kampjuni kliniċi. - L-iżolament (f'kultura ta' ċellola jew f'annimal tal-laboratorju) tal-virus tar-rabja mill-bżieq, likwidu ċerebrospinali (CSF/LĊS), jew miċ-ċelloli tas-sistema ċentrali tan-nervituri - L-identifikazzjoni tat-titrat ta' l-antikorp li jinnewtralizza-r-rabja (newtralizzazzjoni kompluta) fis-serum jew fil-CSF ta' persuna mhux vaċċinata. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ kliniku kompatibbli mingħajr konferma tal-laboratorju | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. | RUBELLA Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mar-rubella, e.g. l-iskoppjar akut ta' raxx makolopapulari ġeneralizzat u artralġija/artrite, limfadenopatija, jew konġunktiviti. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Sejbien ta' l-antikorpi IgM tar-rubella fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti - Sejbien ta' l-antikorpi speċifiċi tar-rubella bħala reazzjoni fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti - L-iżolamemnt tal-virus tar-rubella fin-nuqas ta' vaċċinazzjoni reċenti - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tar-rubella minn kampjuni kliniċi. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li jkollu rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | SALMONELLOSIS (MHUX-TIFI, MHUX-PARATIFI) Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mal-salmonellosis, e.g. diarrea, uġiegħ fiż-żaqq, dardir u kultant remettar. L-organiżmu jista joħloq infezzjonijiet extra-intestinali. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tas-Salmonella (mhux-tifi, mhux paratifi) minn kampjun klinika. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ li jilħaq id-definizzjoni ta' każ kliniku | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li jkollu rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | SHIGELLOSIS Deskrizzjoni klinika Marda ta' severità varjabbli kkaratterizzat bid-diarrea, deni, dardir, bugħawwieġ, u tenesmus. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-Shigella sp. minn kampjun klinika Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | STREPTOCOCCUS PNEUMONIAE, MARD INVAŻIV Deskrizzjoni klinika Steptococcus pneumoniae tikkawża ħafna sindromi kliniċi, jiddependi mis-sit ta' l-infezzjoni (e.g. otiti medja akuta, pnewmonja, bakteremija, jew meninġite). Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - l-iżolazzjoni ta' S. pneumoniae minn sit normalment sterili (e.g. id-demm jew il-likwidu ċerebrospinali jew, anqas komuni, il-likwidu fl-għekiesi, fil-plewra jew fil-perikardja). - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' S. pneumoniae minn sit normalment sterili Għal każ probabbli: - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' l-antiġenu S. pneumoniae minn sit normalment sterili. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | Każ klinikament kompatibbli mingħajr il-konferma tal-laboratorju, jew bl-identifikazzjoni minn sit mhux-sterili | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli li huwa b'antġenu pożittiv | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | SYPHILIS (SIFILI) Sifili, primarja Deskrizzjoni klinika Stadju ta' infezzjoni bil-Treponema pallidum karratterizzat b'wieħed jew aktar kankri (ulċeri). Il-kankri jistgħu jiddifferixxu konsiderevolament fid-dehra klinika. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Sejbien ta' IgM speċifiku bil-EIA - Dimostrazzjoni ta' T. pallidum f'kampjuni kliniċi bil-mikroskopijia fuq sfond skur, antikorp dirett florixxenti (DFA-TP) jew metodi ekwivalenti Għal każ probabbli: - Test reattiv seroloġiku (mhux-treponemali: Venereal Disease Research Laboratory (VDRL) (Laboratorju tar-Riċerka għal Mard Venerali) jew ir-reġin imħaffef tal-plasma (RPR/RIP); treponemali: antikorp treponemali florixxenti asorbit (FTA-ABS) jew assessjar tal-mikro-hemagglutinazzjoni għal antikorp ta' T. pallidum (MHA-Tħ). Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikalment kompatibbli ma waħda jew aktar ulċeri (kamkri) konsistenti ma sifili primarja u kwalunkwe test reattiv seroloġiku | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | Syphilis, (sifili) sekondarja Deskrizzjoni klinika Stadju ta' l-infezzjoni kawżat bill-T. pallidum u karatterizzat b'feriti lokalizzati jew mukokutanaċi, ta' spiss bil-limfadenopatija ġeneralizzata. Il-kankru primarju xorta jista jkun preżenti. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Dimostrazzjoni ta' T. pallidum f'kampjuni kliniċi bil-mikroskopijia fuq sfond skur, antikorp dirett florixxenti (DFA-TP) jew metodi ekwivalenti Għal każ probabbli: - Test reattiv seroloġiku (mhux-treponemali: Venereal Disease Research Laboratory (VDRL) (Laboratorju tar-Riċerka tal-Mard Venerali) - Reaġin imħaffef tal-plasma (PRP/RIP); treponemali: antikorp florixxenti treponemali assorbit (FTA-ABS) - Assessjar tal-Mikroħemaggluzinazzjoni għal antikorp għal T. pallidum (MHA-TP). Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma kwalunkwe test seroloġiku rispettiv | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | Syphlis, (sfili) moħbija Deskrizzjoni klinika Stadju ta' l-infezzjoni kkawżat mill-T. pallidum li fih l-organiżmi jippersistu fil-ġisem tal-persuna infettata mingħajr ma joħolqu sintomi jew sinjali. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju Dimostrazzjoni ta' reazzjoni pożittiva bi EIA speċifika imma negattiva għal test tal-laboratorju għall-infezzjoni tas-sifili (ara s-sifili primarja jew sekondarja). Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | L-ebsa sinjali jew sintomi kliniċi tas-sifili u test pożittiv tal-laboratorju bħal hawn fuq | Ikkonfermat: | M.A. | TETANUS (TETNU) Deskrizzjoni klinika Stampa klinika kompatibbli mat-tetnu, e.g. skoppjar akut ta' hypertonia u/jew ġbid b'uġieħ muskolari (normalment tal-muskoli tax-xedaq u l-għonq) u spażmi ġeneralizzati tal-muskoli mingħajr kawża oħra medika apparenti. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Is-sejbien ta' l-antikorp tetanus toxoid fil-pazjenti mhux vaċċinat u mhux trattat - Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tat-tetanus toxoid Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli. | TOXOPLASMOSIS Deskrizzjoni klinika Mard protożonali, li jippreżenta b'mard akut ta' wieħed jew aktar minn dan li ġej: limfadenopatija, enċefaliti, klorjoretinis, disfunzjoni tas-sistema nervuża ċentrali. Infezzjonijiet konġenitali jistgħu iseħħu wkoll bil-idroċefalite, mikroċefalite, klarifika intraċerebrali, konvulżjonijiet, ritardazzjoni ċerebrali. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tat-toxoplasma - Dimostrazzjoni ta' l-aġent fiċ-ċelloli tal-ġisem jew likwidi jew l-iżolazzjonijiet fl-annimali jew fil-koltura taċ-ċelloli - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tat-toxoplasma. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | M.A. | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | TRICHINOSIS Deskrizzjoni klinika Mard kaġunat bl-inġestjoni tal-larvae Trichinella. Il-marda għandha manifestazzjonijiet kliniċi viżibbli. Sinjali u sintomi komuni fost persuni sintomatiċi jinkludu kosinofilja, deni, myalgia u oedema perjobitali. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Dimostrazzjoni tal-larvae Trichinella fiċ-ċelloli akwistati minn bijopsija muskolari - Dimostrazzjoni ta' reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tat-Trichinella. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | TUBERKOLOŻI Kriterja klinika - Ġudizju klinika li sinjali kliniċi u/jew radjoloġiċi u/jew sintomi li huma kompatibbli mat-tuberkolożi u - deċiżjoni klinika biex ikun ittrattat il-pazjent b'kors sħiħ tat-terapija ta' kontra t-tuberkoliżi. Ktiterja tal-laboratorju - L-iżolazzjoni tal-kumpless Mikobatterju tat-tuberkolożi (bl-eċċezzjoni ta' M. bovis BCG) minn kampjun kliniku bil-koltura - Evidenza tal-baċilli b'rabta aċiduża (AFB/BRA) fl-eżami mikroskopiku ta' sputum spantaneju jew sfurzat. Klassifikazzjoni skond il-kriterja tal-laboratorju Definita Każ bl-iżolazzjoni tal-kumpless Mikobatterju tat-tuberkolożi (bl-eċċezzjoni ta' M. bovis BCG) minn kampjun kliniku. Fil-pajjiżi ta' fejn ir-rutina tal-koltura mhux disponibbli, każ b'eżaminazzjoni pożittiva b'tiċpisa ta' sputum għal AFB huwa wkoll konsidrat bħala każ definit. Apparti milli definit Każ li jilħaq il-kriterja klinika ta' hawn fuq imma li ma jkunx jilħaq il-kriterja tal-laboratorju f'każ definit. Klasifikazzjoni skond is-sit tal-marda Tuberkolożi pulmonarja It-tuberkolożi tal-parenċima tal-pulmun jew tas-siġra trakeo-bronkali. Tuberkolożi extrapulmonari It-tuberkolożi li taffettwa xi sit apparti milli dak pulmonari kif definit hawn fuq. Klassifikazzjoni skond it-trattament preċedenti kontra t-tuberkolożi Qatt trattata Każ li qatt ma jkun irċieva trattament għal tuberkolożi attiva fil-passat jew li rċieva drogi kontra t-tuberkolożi għal anqas minn xahar. Preċedentamnt trattata Każ li kien ġie dianiostikat b'tuberkolożi attiva fil-passat u li rċieva drogi kontra t-tuberkolożi (eskluża t-terapija preventiva) għal mill-anqas xahar. DENI TAT-TIFĠUDE/PARATIFĠUDE Deskrizzjoni klinika Marda kaġunata mill tifili jew paratifili tal-Salmonella li ta' spiss hija karatterizzata b'tifqiegħ insidjuż ta' deni sostnut, ugiegħ ta' ras, dardir, anorexja, bradikardja relattiva, kostipazzjoni jew diarrea u tqaħqiħa mhux produttiva. B'dana kollu, ħafna mill-infezzjonijiet ħfief u atipikali jistgħu iseħħu. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tat-tifi jew paratifi tas-Salmonella mid-demm, mill-ippurgar jew minn kampjun klinku ieħor Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Iżolat ikkonfermat minn laboratorju mingħajr informazzjoni klinika jew, każ b'sintomi kliniċi li jkollu rabta epidemjoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | VARJANT TAL-MARDA CREUTZFELDT-JAKOB (CJD) Deskrizzjoni klinika I. Storja - Disordni newropsikjatrika progressiva, - It-tul tal-marda >6 xhur, - Investigazzjoni ta' rutina ma tissuġġerix dijanjosi alternattiva, - L-ebda storja ta' l-esposizzjoni potenzjali jatroġenika. II. Fatturi kliniċi - Sintomi kmieni psikjatriċi, - Sintomi ta' uġiegħ persisteni sensitorji, - Ataksja, - Mijoklonus jew kolera jew distonja, - Demenzja. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - EEG li ma jurix dehra tipika tal-CJD klassika (jew l-ebda EEG ma jkun twettaq) - Sinjal għoli bilaterali pulvinari fuq scan MRI - Karatteristiċi newropatoloġikali u sejbiet immunopatoġikali. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | I u 4/5 ta' fatturi kliniċi u EEK ma jurux l-ebda dehra tipika tal-CJD klassika (l-ebda EEG ma jkun twettaq) u sinjal għoli bilaterali pulvinari fuq scan MRI Bijopsija tat-tunsilli I u pożittiva | Ikkonfermat: | Disordni newropsikjatrika progressiva u konferma newropatoloġika tad-dijanjosi tal-vCJD. | DENI VIRALI ĦEMORRAĠIKU Deni ta' l-Ebola/Marburg Deskrizzjoni klinika Jibda b'deni qawwi, diarrea li tista tkun bid-demm u r-remettar. Uġiegħ ta' ras, dardir u uġiegħ ta' żaqq huma komuni. Manifestazzjonijiet ħemorraġiċi jistgħu isegwu. Uħud mill-pażjenti jistgħu wkoll juru raxx makolopapulari fuq il-parti ċentrali tal-ġisem. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Iżolament pożittiv tal-virus - Bijopsija pożittiva tal-ġilda (immunoħistokemistrija) - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Ebola/Marburg - Seroloġija pożittiva, li tista tidher tard fil-korsa tal-marda. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. | Deni Lassa Deskrizzjoni klinika Marda li tidher gradwalment b'hass hażin, deni, uġiegħ ta' ras, gerżuma xotta, qaħqiħa, dardir, remettar, diarrea, myalgia u uġiegħ fis-sider. Manifestazzjonijiet ħemorraġiċi jistgħu isegwu. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-virus - Bijopsija pożittiva tal-ġilda (immunoħistokemistrija) - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Lassa-virus. - Seroloġija pożittiva, li tista tidher tard fil-korsa tal-marda. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. | Deni emorroġiku Kongo-Krimea Deskrizzjoni klinika Marda b'tifqiegħ gradwali b'deni għoli akut, tkexkix ta' bard, myaliga, dardir, anorexja, remettar, ugiegħ ta' ras u uġiegħ tad-dahar. Manifestazzjonijiet ħemorraġiċi jistgħu isegwu. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-virus - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus CCHF - Seroloġija pożittiva, li tista tidher tard fil-korsa tal-marda. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. | DENI ISFAR Deskrizzjoni klinika Mard karetterizzat b'tifqiegħ akut u sintomi kostituzzjonali segwiti b'remissjoni qasira, rekorrenza tad-deni, ħepitite, albumina, u f'ċerti stanzi, falliment renali, eżawriment u emorroġiji ġeneralizzati. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - Dimostrazzjoni tar-reazzjoni speċifika ta' l-antikorp tad-deni isfar f'pazjent li ma jkollux storja ta' vaċċinazzjoni reċenti kontra d-deni isfar u fejn il-trans-reazzjoni għal flaviviruses ma tkunx ġiet eskluża - L-iżolament tal-virus - Is-sejbien ta' l-antiġenu tad-deni isfar - Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tad-deni isfar. Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ klinikament kompatibbli li huwa kkonfermat mill-laboratorju. | YERSINIOSIS Deskrizzjoni klinika Marda ta' severità varjabbli karatterizzat bid-diarrea, deni, dardir, bugħawwieġ u tenesmus. Kriterja għal dijanjosi tal-laboratorju - L-iżolament tal-Yersinia enteroklitika jew psewdotuberkoloża minn kampjun klinika Klassifikazzjoni tal-każ Possibbli | M.A. | Probabbli | Każ klinikament kompatibbli ma rabta epidemoloġika | Ikkonfermat: | Każ li jkun ikkonfermat mill-laboratorju. | --------------------------------------------------