This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001L0101
Commission Directive 2001/101/EC of 26 November 2001 amending Directive 2000/13/EC of the European Parliament and of the Council on the approximation of the laws of the Member States relating to the labelling, presentation and advertising of foodstuffs
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE tas-26 ta' Novembru 2001 li temenda d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE tas-26 ta' Novembru 2001 li temenda d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel
ĠU L 310, 28.11.2001, p. 19–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2014; Impliċitament imħassar minn 32011R1169
Official Journal L 310 , 28/11/2001 P. 0019 - 0021
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE tas-26 ta' Novembru 2001 li temenda d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [1], u, partikolarment, it-tieni paragrafu ta' l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(6) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/23/KE [3], fiha definizzjoni tal-laħam li kienet imħejjija għall-iskopijiet ta' l-iġjene u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Din id-definizzjoni tkopri l-partijiet kollha ta' l-annimali li huma tajbin għall-konsum uman. Din ma tikkorrispondix, b'dana kollu, għal perċezzjoni tal-konsumatur dwar il-laħam u ma tinformax lill-konsumatur rigward in-natura vera tal-prodott disinjat bit-terminu "laħam". (2) Diversi Stati Membri adottaw definizzjoni tar-terminu "laħam" għall-ittikkettjar tal-prodotti li jkun fihom il-laħam. B'dana kollu, id-diversità tar-resqien nazzjonali wasslet għal diffikultajiet li affettwaw ħażin l-operazzjoni tas-suq intern u għamluha meħtieġa li tkun imħejjija definizzjoni armonizzata. (3) l-Anness I tad-Direttiva 2000/13/KE jiddiffenixxi ċerti kategoriji ta' l-ingredjenti li jistgħu jkun disinjati bl-isem tal-kategorija pjuttost milli bl-isem speċifiku ta' l-ingredjenti li huma meqjusa biex ikunu inklużi fil-lista ta' l-ingredjenti. (4) Il-kategorija "laħam" mhix definita f'dak l-Anness, li toħloq diffikultajiet fl-implementazzjoni tad-Direttiva 2000/13/KE, l-aktar f'dak li jirrigwardja l-indikazzjoni fil-lista ta' l-ingredjenti u d-dikjarazzjoni kwantitattiva ta' l-ingredjenti. Hemm ħtieġa, għalhekk, għal definizzjoni armonizzata li tkun tikkorrispondi ma l-isem tal-kategorija "… laħam" sabiex tkun applikata d-Direttiva 2000/13/KE. (5) In vista tad-dritt tal-konsumaturi li jkunu informati sewwa u kjarament hekk li jkunu jistgħu jagħżlu dak li jieklu u jistudjaw id-differenzi fil-prezzijiet tal-bejgħ, l-isem tal-ispeċje użat għandu jkun element tar-referenza fil-kategorija ta' l-isem. (6) Id-definizzjoni tapplika esklussivament għall-ittikkettjar ta' prodotti li jkun fihom il-laħam u xi ingredjent. Ma tkunx tapplika, b'dana kollu, għall-ittikkettjar ta' qatgħat tal-laħam u l-partijiet anatomiċi li huma mibjugħa mingħajr aktar proċessar. (7) Il-laħam rekoverat mekkanikament jiddifferixxi sinifikament minn "laħam" kif perċepit mill-konsumaturi. Għandu għalhekk ikun eskluż mill-iskop tad-definizzjoni. (8) Konsegwentament, dan għandu jkun iddenominat bl-isem speċifiku tiegħu, "laħam mekkanikament rekoverat", u bl-isem tal-ispeċje, b'konformità mar-regola stabbilita fl-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2000/13/KE. Din ir-regola tal-ittikkettjar tapplika għall-prodotti koperti bid-definizzjoni tal-Komunità ta' "laħam mekkanikalment rikoverat". (9) Partijiet oħrajn ta' l-Annimali li huma tajbin għall-konsum uman imma li ma jidħlux fid-definizzjoni tat-terminu "laħam" għall-iskopijiet tal-ittikkettjar għandhom ukoll ikunu disinjati bl-isem speċifiku tagħhom bi qbil ma l-istess prinċipju. (10) Sabiex ikun iddeterminat il-kontenut ta' "laħam" tal-prodotti b'manjera uniformi, il-limiti massimi għandhom ikunu stabbiliti għal dak ix-xaħam u l-insiġ taċ-ċelloli konnettivi ta' prodotti li jistgħu jkunu disinjati bl-isem tal-kategorija "… laħam". Dawn il-limiti huma mingħajr preġudizju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw il-laħam kappuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE tal-14 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam kappuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam [4]. (11) Jekk dawn il-limiti massimi ma jkunux misbuqa, imma l-kriterji l-oħrajn kollha tad-definizzjoni "laħam" huma sodisfatti, il-kontenut tal-"… laħam" għandu jkun aġġustat 'l isfel kif xieraq, u l-lista ta' l-ingredjenti għandha ssemmi, b'żieda mat-terminu "… laħam", il-preżenza ta' xaħam u/jew insiġ taċ-ċelloli konnettivi. (12) Jidher ukoll li huwa meħtieġ li jkun stabbilit metodu armonizzat għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-insiġ taċ-ċelloli konnettivi. (13) Id-Direttiva 2000/13/KE għandha għalhekk tkun emendatat kif xieraq, (14) il-miżuri li hemm provediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I tad-Direttiva 2000/13/KEE huwa emendat bi qbil mat-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri huwa awtorizzati li jikkummerċjalizzaw il-prodotti li huma f'konformità mad-Direttiva 2000/13/KE, kif emendata b'din id-Direttiva, sal-31 ta' Diċembru 2002 l-aktar tard. 2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, b'effett mill-1 ta' Jannar 2003, kummerċ fil-prodotti li ma jkunux konformi mad-Direttiva 2000/13/KE, kif emendata b'din id-Direttiva. B'dana kollu, il-prodotti li ma humiex konformi mad-Direttiva u li kellhom it-tikketti qabel l-1 ta' Jannar 2003 għandhom ikunu awtorizzati sa kemm jinħlew il-ħażniet. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002. Huma għandhom immedjetament jinformaw b'dan lill-Kummissjoni. Id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29. [2] Edizjoni Speċjali Ingliża, 1963-64 (II), p. 175. [3] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 7. [4] ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10. -------------------------------------------------- L-ANNESS Fl-Annes I tad-Direttiva 2000/13/KE, it-test li ġej huwa miżjud: "Definizzjoni | Denominazzjoni | | Speċje | Xaħam (%) | l-insiġ taċ-ċelloli konnettivi | Mammali (apparti milli fniek u porċini) u taħlitiet ta' speċje bil-predominazzjoni tal-mammali | 25 | 25 | Porċini | 30 | 25Għasafarufniek | | 15 | 10 | Jekk dawn il-limiti massimi jkunu misbuqa, imma l-kriteji l-oħrajn kollha għad-definizzjoni tal-laħam ikunu sodisfatti, il-kontenut ".…laħam" għandu jkun aġġustat 'l isfel kif xieraq u l-lista ta' l-ingredjenti għandha ssemmi b'żieda mat-terminu. "…laħam", il-preżenza ta' xaħam u/jew l-insiġ taċ-ċelloli konnettivi. | | "… laħam" u l-isem(ismijiet) ta' l-ispeċje ta' l-annimali li minnhom ikun ġej. [1] | | --------------------------------------------------