EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0428

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 Lulju 2000 li jistabilixxi proċeduri dijanjostiċi, metodi ta’ kampjuni u kriterji għall-evalwazzjoni ta’ riżultati ta’ provi ta’ laboratorju għal konferma u dijanjosi differenti ta’ “swine vesicular disease” (notifikat bid-dokument numru Ċ(2000) 1805)Test b’rilevanza għall-ŻEE

ĠU L 167, 7.7.2000, p. 22–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R0689

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/428/oj

32000D0428



Official Journal L 167 , 07/07/2000 P. 0022 - 0032


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-4 Lulju 2000

li jistabilixxi proċeduri dijanjostiċi, metodi ta’ kampjuni u kriterji għall-evalwazzjoni ta’ riżultati ta’ provi ta’ laboratorju għal konferma u dijanjosi differenti ta’ "swine vesicular disease"

(notifikat bid-dokument numru Ċ(2000) 1805)

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(2000/428/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali tal-Komunità għal kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u miżuri speċifiċi dwar mard tal-ħnieżer [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-ANNESS II, il-paragrafu 3 tiegħu,

Billi:

(1) Huwa neċessarju li tistabilixxi f’livell ta’ Komunità proċeduri dijanjostiċi, metodi ta’ kampjuni u kriterji għal evalwazzjoni ta’ riżultat ta’ testijiet tal-laboratorju għal konferma ta’ mard tal-ħnieżer u differenza rapida min mard ta’ l-ilsien u dwiefer, biex tassigura titjib fil-kontrol taż- żewġ mardiet.

(2) L-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE jistabilixxi funzjonijiet u dmirijiet tal-riferenza tal-laboratorju tal-Komunità għal mard tal-ħnieżer biex tikkoordina f’konsultazzjoni mal-Kummisjoni, l-metodi użati biex tagħmel dajanjosi tal-marda; dawn il-funzjonijiet u dmirijiet jinkludu l-organizzazjoni ta’ testijiet perjodiċi komparattivi u forniment ta’ "standard reagents" f’livell komunitarju.

(3) Riċentement ġew żviluppati testijiet tal-laboratorju biex jassiguraw li mard tal-ħnieżer jiġi dijanjostikat malajr u distint minn mard ta’ l-ilsien u dwiefer.

(4) Ir-riżultati tal-provi komparattivi l-aktar riċenti f’livell tal-Komunità jissuġerixxi b’mod partikolari, li provi ta’ min joqgħod fuqhom ġew żvillupati biex tidentifika l-antiġen jew il-ġenom ta’ mard tal-ħnieżer u li dawn il-provi jistgħu b’suċċess jissuplimentaw il-prova ta’ iżolament tal-virus għal dijanjosi viroloġika ta’ mard tal-ħnieżer.

(5) L-esperjenzi miksuba fil-kontroll ta’ mard tal-ħnieżer fi snin riċenti rriżulta fl-identifikazzjoni ta’ l-aktar proċeduri ta’ kampjuni adattati għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-provi tal-laboratorju għal dijanjosi propja ta’ din il-marda f’sitwazzjonijiet differenti.

(6) L-opinjoni u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar saħħa u benesseri ta’ l-annimali dwar mard tal-ħnieżer jridu jittieħdu fil-konsiderazzjoni.

(7) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konferma ta’ mard tal-ħnieżer u dijanjosi differenti mill-mard ta’ l-ilsien u dwiefer bażati fuq:

(a) il-kxif ta’ sinjali kliniċi ta’ mard;

(b) il-kxif ta’ virus, antiġen jew ġenom f’kampjuni ta’ epithelium tissue, vesicular fluid jew feċi;

(ċ) dimostrazzjoni ta’ rispons antibody speċifiku f’kampjuni ta’ serum,

skond il-proċeduri, metodi ta’ kampjuni u kriterji għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-provi tal-laboratorju fil-Manwal anness ma’ din id-Deċiżjoni.

2. Iżda, l-laboratorji nazzjonali dijanjostiċi msemmija fl-Anness II(5) għad-Direttiva 92/119/KEE jistgħu japplikaw modifiki għal provi tal-laboratorju msemmija fil-Manwal anness ma’ din id-deċiżjoni jew jużaw provi differenti, sakemm tista’ tintwera sensitività u speċifikità ugwali.

Is-sensitività u speċifikazzjoni ta’ dawn il-provi modifikati jew differenti jridu jkunu evalwati fil-qafas tal-provi perjodiċi komparattivi organizzati mill-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità għal mard tal-ħnieżer.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika mil-1 ta’ Ottubru 2000.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 69.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

MANWAL TA’ PROĊEDURI DIJANJOSTIĊI, METODI TA’ KAMPJUNI U KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI TA’ PROVI TAL-LABORATORJU GĦAL KONFERMA U DIJANJOSI DIFFERENTI TA’ MARD TAL-ĦNIEŻER

Il-KAPITOLU I Introduzzjoni, għanijiet u definizzjonijiet

1. Dan il-manwal:

(a) jipprovdi linji ta’ gwida u rekwiżiti minimi dwar proċeduri dijanjostiċi, metodi ta’ kampjuni u kriterji għal evalwazzjoni tar-riżultati ta’ provi tal-laboratorju għal dijanjosi propja ta’ mard tal-ħnieżer. Iżda, enfasi partikolari qegħdha wkoll fuq dijanjosi differenti ma’ mard ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

(b) jintegra d-dispożizzjonijiet tal-Anness II għal Direttiva 92/119/KEE, u b’mod partikolari l-paragrafi 4, 7 u 8 ta’ dan l-Anness;

(ċ) huwa prinċipalment dirett lejn l-awtoritajiet responsabbli għal kontroll ta’ mard tal-ħnieżer. Għalhekk, hemm enfasi fuq il-prinċipji u applikazzjonijiet ta’ provi tal-laboratorju u evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom u mhux fuq metodi ta’ teknika dettaljati tal-laboratorju.

2. Għall-iskop ta’ dan il-Manwal dawn id-definizjonijiet għandhom japplikaw:

(a) "ħanżir seroposittiv" tfisser kwalunkwe ħanżir li s-serum tiegħu għandu antibody titre daqs jew akbar mill-mard tal-ħnieżer Riferenza Serum 4 msemmija fil-Kapitolu X fil-prova tan-newtralizzazzjoni tal-virus użat fil-Laboratorju Nazzjonali;

(b) "singleton reactor" jfisser ħanżir wieħed seroposittiv f’ażjenda li tagħti riżultat pożittiv f’testijiet seroloġiċi għal mard tal-ħnieżer, iżda li m’hemmx storja ta’ kuntatt ma’ virus tal-mard tal-ħnieżer u li dwarhom m’hemmx evidenza ta’ tifrix ta’ infezzjoni għal ħnieżer f’kuntatt. Ħanżir seroposittiv huwa konfermat li jkun singleton reactor jekk il-kondizzjonijiet msemmija fil-Kapitolu VIII(C) huma osservati;

(ċ) "Ħnieżer f’kuntatt" jfissru l-ħnieżer li għandhom kuntatt dirett, jew kellhom kuntatt dirett fl-aħħar 28 ġurnata, ma’ ħanżir jew aktar seroposittivi jew ma’ ħanżir jew aktar li huma suspettati li huma infettati bil-marda tal-virus tal-ħnieżer. Ħnieżer f’kuntatt jistgħu jkunu, jew setgħu kienu, fl-istess post jew postijiet qrib jekk hemm il-possibilità ta’ kuntatt ħanżir ma’ ħanżir bejn il-gaġġeġ.

Il-KAPITOLU II Linji ta’ gwida għall-iċċekkjar fuq ħnieżer li juru sinjali kliniċi ta’ mard tal-ħnieżer

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li meta jissuspettaw il-preżenza tal-virus tal-marda tal-ħnieżer f’ażjenda, numru sinifikanti statistikament ta’ ħnieżer jiġu spezzjonati mill-veterinarju uffiċjali malajr kemm jista’ jkun biex jaqbad sinjali kliniċi ta’ mard msemmi fil-Kapitolu IX.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li meta ħnieżer juru sinjali kliniċi li jissuġerixxu mard tal-ħnieżer jew mard ta’ l-ilsien u dwiefer, dijanjosi differenti permezz ta’ kampjuni adatti u investigazzjonijiet fil-laboratorju jsiru malajr kemm jista’ jkun, skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil Kapitoli IV, VII u VIII ta’ dan il-Manwal.

Il-KAPITOLU III Proċeduri ġenerali għal teħid ta’ kampjuni u trasport ta’ kampjuni

1. Kwalunkwe persuna li tidħol jew toħroġ minn fejn jinżammu l-ħnieżer fejn hemm suspett ta’ mard tal-ħnieżer iridu josservaw miżuri neċessarji iġjeneċi mill-aktar stretti biex inaqqsu r-riskju ta’ kontaminazzjoni jew tixrid tal-virus.

2. Il-ħnieżer kollha li ttieħdilhom kampjun iridu jkunu markati kull wieħed b’tali mod li jistgħu jiġu identifikati għal kampjun eventwali ieħor. Huwa rakkomandat li l-postazzjoni ta’ kull ħanżir li ttieħidlu kampjun fil-post huwa rekordjat flimkien mal-marka unika ta’ identifikazzjoni, b’mod partikolari jekk ħnieżer suspettati jittieħdilhom kampjun.

3. Il-kampjuni jridu jinbagħtu fil-laboratorju akkumpanjati b’dokumenti xierqa, li jinkludu dettalji ta’ l-istorja tal-ħnieżer li ttieħdilhom kampjun u sinjali kliniċi osservati, jekk hemm.

4. Minħabba li mhux kull kondizzjoni ta’ bżieżaq tista’ tkun marda ta’ l-ilsien u dwiefer, jridu jittieħdu prekawzjonijiet speċjali għall-ippakkeġġjar sigur ta’ kampjuni suspettati. Dawn il-prekawzjonijiet iridu jkunu prinċipalment diżenjati biex ma jkunx hemm tkissir jew tnixxija ta’ reċipjenti u riskju ta’ kontaminazzjoni iżda wkoll huwa importanti biex jassiguraw li l-kampjuni jaslu fi stat sodisfaċjenti. Jekk jitpoġġa silġ ġo pakkett ma jridx jitħalla tnixxija ta’ ilma. La darba jħallu l-post infettat u sakemm jaslu fil-laboratorju m’għandu jinfetaħ l-ebda reċipjent b’kampjuni suspettati li fihom virus tal-marda tal-ħnieżer

5. Kampjuni suspettati li fihom virus tal-marda tal-ħnieżer jridu jiġu analizzati biss fl-laboratorju awtorizzat biex jitratta virus tal-marda ta’ l-ilsien u dwiefer għal skopijiet dijanjostiċi skond leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-kontrol tal-marda ta’ l-ilsien u dwiefer, sakemm ma ġietx eskluża l-marda ta’ l-ilsien u dwiefer.

6. Il-kampjun jistgħu jiġu trasportati f’ 4 °C jekk il-ħin ta’ trasport antiċipat għal laboratorju li jirċievi huwa ta’ anqas min 48 siegħa, jew inkella jridu jinżammu f’temperatura ta’ mhux aktar min –20 °C.

7. Għal kampjuni destinati għal laboratorju ta’ riferenza tal-Komunità minn Stati Membri barra mir-Renju Unit l-uniku metodu permess ta’ trasport huwa bl-ajru lejn Londra (Heathrow) jew Londra (Gatwick) ajruporti. Qabel jitgħabbew fuq vapur il-laboratorju jrid ikun infurmat bil-fax ((44-1483) 23 26 21) jew e-mail bid-dettalji tat-titjira ta’ l-ajru, data, ħin mistenni u numru ta’ airwaybill biex b’hekk il-pakkett jista’ jinstab mall-wasla. Il-pakkett jrid ikun indirizzat lil:

Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory

Community Reference Laboratory for swine vesticular disease

Ash Road, Pirbright, Woking

Surrey

GU24 ONF

United Kingdom,UK

Din l-informazzjoni trid tidher fuq it-tikketta: "Materjal patoloġiku ta’ l-annimali ta’ ebda valur kummerċjali. Jispiċċa. Fraġli. Jrid jinġabar fl-ajruport mill-indirizzat. M’għandux jinfetaħ barra l-laboratorju."

Ġbir awtoriżżat ta’ konsenji fl-ajruport jsir mil personnel mil-laboratorju ta’ riferenza tal-Komunità, b’permess speċjali ġenerali ta’ importazzjoni maħruġ għal dan l-iskop mill-Ministeru ta’ l-Agrikoltura, Ikel u Sajd tar-Renju Unit. Dan huwa ftehim fiss, mhux meħtieġa liċenzja separata għal kull importazzjoni. M’għandux jitħalla l-ġarr bl-idejn ta’ materjal suspettat infettat fir-Renju Unit min personnel mhux awtorizzat. M’għandhomx jintużaw kumpaniji courier.

8. Trasport ta’ kampjuni lejn il-laboratorji nazzjonali jrid ikun skond l-istruzzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri.

Il-KAPITOLU IV Proċeduri ta’ kampjuni f’post bi ħnieżer suspettati klinikament

1. Meta l-preżenza ta’ virus tal-marda tal-ħnieżer f’ażjenda hija suspettata għax sinjali kliniċi ta’ marda ġew osservati, kampjuni xierqa minn gruppi rappreżentattivi ta’ ħnieżer li juru dawn is-sinjali jridu jinġabru għal konferma tal-marda u dijanjosi differenti mil-marda ta’ l-ilsien u dwiefer.

2. F’dawn l-ażjendi l-kampjuni preferuti għal dijanjosi huma epithelium u fluwidu tal-nuffata minn bżieżaq li ma nfaqgħux jew li għadhom kif infaqgħu miġbura minn ħnieżer li juru s-sinjali tipiċi tal-marda li fiha jista’ jinkixef il-virus tal-marda tal-ħnieżer, l-antiġeni jew il-ġenomi tagħhom. Huwa rakkomandat li madwar ħamsa jew sitta ta’ dawn il-ħnieżer jittieħdilhom kampjun.

3. Anke jekk tessut epithelial frisk u fluwidu tal-nuffata fi kwanitità suffiċjenti (1 g jew aktar) huma disponibbli, jridu jinġabru wkoll il-kampjuni li ġejjin:

(a) kampjuni tad-demm minn ħnieżer suspettati u ħnieżer f’kuntatt għall-ittestjar seroloġiku; u

(b) kampjuni ta’ feċi minn ħnieżer suspettati u mill-art tal-maqjel u ta’ imaqajjel oħra fil-qrib għall-ittestjar viroloġiku.

4. Il-kampjuni jridu jinġabru u jiġu trassportati skond dawn il-proċeduri:

(a) għal kampjuni ta’ epithelium u fluwidu mill-nuffata:

- jekk possibbli, mill-inqas 1 g ta’ tessut epithelium minn nuffata mhux mifqugħa jew li għadha kemm infaqgħet trid tinġabar. Huwa rakkomandat li ħnieżer jiġu mraqqda qabel jinġabru l-kampjuni kemm biex tevita feriti lil personnel kif ukoll għall-istat ta’ saħħa tal-ħnieżer,

- jekk it-trasport għall-laboratorju nazzjonali jsir immedjatament (f’inqas min tlett siegħat), il-kampjuni epithelial jistgħu jiġu trasportati mnixxfa u jinżammu mkessħa. Iżda, jekk il-ħin li jittieħed x’aktarx jkun aktar minn tlett siegħat, il-kampjuni jridu jitpoġġew f’volum żgħir ta’ medium ta’ trasport li jikkonsisti f’ammonti ugwali ta’ glycerol u 0,04 M phosphate buffer jew buffer ieħor ekwivalenti (hepes), biex b’hekk il-pH jinżamm ġo firxa ottima għas-soppravivenza tal-marda ta’ l-ilsein u dwiefer (pH min 7,2 sa 7,6). Il-medium ta’ trasport jrid ikun fih antibijotiċi għall-attività anti-microbial akbar. Antibijotiċi adattati u l-konċentrazzjoni tagħhom kull ml final huma:

(i) penicillin 1000 IU,

(ii) neomycin sulphate 100 IU,

(iii) polymyxin B sulphate 50 IU,

(iv) mycostatin 100 IU,

- jekk jista’ jinġaba fluwidu minn nuffata mhux mifqugħa, dan għandu jinżamm mhux dilwit f’reċipjent separat;

(b) għal kampjuni ta’ demm:

- kampjuni ta’ demm jistgħu jinġabru għal testijiet serjoloġiċi jew viroloġiċi. Iżda, ġeneralment jinġabru kxif ta’ antibody biss minn ħnieżer suspettati li fiequ minn infezzjoni klinika jew subklinika, għax epithelium, fluwidu mill-nuffata u feċi minn ħnieżer li juru sinjali kliniċi ta’ mard huma aktar adatti għal qbid ta’ virus minn kampjuni ta’ demm. Huwa rakkomandat li kampjuni sħaħ ta’ demm jittieħdu bl-użu ta’ vacutainers b’ebda anticoagulant u li vacutainers jiġu trasportati mhux miftuħa;

(ċ) għal kampjuni ta’ feċi:

- kampjun ta’ feċi mill-art ta’ postijiet suspettati li fihom, jew li kellhom, ħnieżer infettati b’mard tal-ħnieżer jew faecal swabs u kampjuni ta’ feċi minn ħnieżer ħajjin suspettati jridu jitpoġġew f’reċipjenti b’saħħithom u li ma jnixxux.

Reċipjenti ta’ kampjuni suspettati jridu jiġu diżinfettati minn barra qabel ma jiġu trasportati lejn il-laboratorju. Diżinfettanti adatti huma:

- sodium hydroxide (dilwiti 1:100),

- formalin (1:9 dilwizzjoni ta’ soluzzjoni ta’ formalin li fiha minimu ta’ 34 % formaldehyde), u

- sodium hypochlorite (2 % chlorine disponibbli).

Dawn id-diżinfettanti jridu jiġu trattati b’kura.

Il-KAPITOLU V Proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni għas-serosorveljanza ta’ mard tal-ħnieżer

1. Meta ssir sero-sorveljanza b’dawn l-għanijiet:

(a) għal sorveljanza f’postijiet fejn m’hemmx evidenza jew suspett li l-marda tista’ tkun preżenti;

(b) għal sorveljanza fil-biċċerija, suq, ċentru ta’ ġbir jew post simili b’rutina ta’ teħid ta’ kampjuni seroloġiċi;

(ċ) bħala sorveljanza mhux diskriminatorja fuq ħnieżer minn Stati Membri oħra fil-post ta’ importazzjoni,

jridu jinġabru kampjuni tad-demm għal provi serjoloġiċi minn ħnieżer jew skond id-dispożizzjonijiet preskritti fil-programmi ta’ monitoraġġ jew ta’ eradikazzjoni jew pjanijiet approvati fil-qafas tad-Deċiżjoni 90/424/KEE [1] jew id-Direttiva 90/425/KEE [2], jew, fl-assenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, mal-proċeduri mwaqqfa mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru.

2. Meta ssir sero-sorveljanza b’dawn l-għanijiet:

(a) għal sorveljanza ta’ postijiet li jinsabu fiż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza, li ġew stabbiliti wara konferma ta’ tfaqqiegħ ta’ mard skond l-Anness II(7) u (8) għad-Direttiva 92/119/KEE; jew

(b) għal sorveljanza tal-postijiet msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/119/KEE,

kampjuni ta’ demm iridu jinġabru għal provi serjoloġiċi mill-ħnieżer skond din l-iskema:

- f’każ ta’ ażjendi fejn jgħammru, proċedura ta’ kampjuni bl-addoċċ trid issir b’tali mod li taqbad 5 % prevalenza ta’ seroconversion b’assigurazzjoni ta’ 95 %;

- f’każ ta’ ażjendi li fihom ħnieżer li jissemmnu biss, il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni trid tassigura li n-numru totali ta’ kampjuni miġbura hija għal inqas daqs in-numru meħtieġ biex taqbad prevalenza ta’ 5 % b’assigurazzjoni ta’ 95 %. Fi kwalunkwe każ, il-kampjuni jridu jittieħdu minn maqjel magħżul bl-addoċċ kemm jista jkun;

- f’każ ta’ ażjendi mħallta ta’ tnissil u postijiet fejn isemmnu, kull grupp ta’ ħnieżer li jgħixu f’postijiet separati jridu jittieħdilhom kampjun b’tali mod li jaqbdu prevalenza ta’ 5 % seroconversion b’assigurazzjoni ta’ 95 %.

Il-KAPITOLU VI Azzjonijiet ulterjuri u proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni mill-ġdid fil-każ ta’ sejba ta’ ħnieżer seroposittivi

1. F’każ li ħanżir wieħed seroposittiv jinqabad ġo post wara s-sorveljanza msemmija fil-Kapitolu V(1)(a) jew V(2), l-awtorità kompetenti għandha tassigura li:

(a) jekk għadhom mhux applikati, l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/119/KEE iridu jiġu applikati f’din l-ażjenda;

(b) isir spezzjonament fil-post skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil-Kapitolu II(1);

(ċ) jinġabru kampjuni tad-demm għall-ittestjar seroloġiku minn:

- il-ħanżir suspettat,

- ħnieżer f’kuntatt li jgħixu fl-istess maqjel u mqajjel qrib tal-ħanżir suspettat; dawn il-ħnieżer jrid jittieħdilhom kampjun b’tali mod li taqbad 50 % prevalenza ta’ seroconversion b’assigurazzjoni fil-maqjel ta’ 95 %.

2. Iżda, l-awtorità komeptenti tista’ tiddeċidi li tirrinunzja għal miżuri msemmija f’ (1)(a) jekk:

(a) inkjesta epidemoloġika li saret skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/119/KEE tissuġerixxi li mard tal-ħnieżer ma ġiex introdott fil-maqjel;

(b) ma ġew maqbuda ebda sinjali kliniċi ta’ mard tal-ħnieżer fil-maqjel; u

(ċ) l-ażjenda mhihiex f’żona ta’ sorveljanza jew restrizzjoni stabbilita wara tfaqqiegħa konfermata tal-marda jew soġġett għal restrizzjonijiet oħra applikati b’relazzjoni għat-tfaqqiegħa konfermata tal-marda,

u sakemm:

- ebda ħanżir ma jiċċaqlaq minn ażjenda għal kummerċ intra-Komunitaju; u

- ħnieżer mill-ażjenda in kwistjoni jiċċaqilqu biss lejn biċċerija għal qatla immedjata jew lejn post ieħor li minnu ma jiċċaqilqu ebda ħnieżer għal kummerċ intra-Komunitarju,

sakemm ir-riżultati ta’ aktar spezzjonijiet u provi serjoloġiċi jindikaw li mard tal-ħnieżer jista’ jiġi għal kollox eskluż.

3. Jekk l-ispezzjonijiet u provi serjoloġiċi li saru skond 1(b) u (c):

(a) jagħtu riżultati negattivi jew il-ħanżir li qabel irriżulta pożittiv huwa konfermat pożittiv (singleton reactor), jista’ jiġi eskluż għal kollox mard tal-ħnieżer. Il-miżuri msemmija f’1(a) għandhom ikunu mneħħija, basta l-ażjenda tinsab f’żona ta’ protezzjoni jew sorveljanza stabbilita madwar tfaqqiegħa tal-marda fejn miżuri ta’ eradikazzjoni tal-marda jridu jibqgħu fis-seħħ skond l-Anness II(7) jew (8) id-Direttiva 92/119/KEE;

(b) jindikaw li iktar minn ħanżir seroposittiv wieħed huwa preżenti fl-ażjenda jew irid jiġi konfermat li hemm il-marda tal-ħnieżer jew, jekk il-kondizzjonijiet li hemm preskritti fl-Anness II(4) mad-Direttiva 92/119/KEE mhumiex jiġu sodisfatti biex tiġi konfermata din il-marda, kampjuni oħra jridu jittieħdu mill-ażjenda skond il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni riferita f’ (4).

4. F’każ li aktar min ħanżir wieħed seroposittiv jinqabad fl-ażjenda wara li jittieħdu l-kampjuni u l-ittestjar seroloġiku msemmi fil-Kapitolu V(1)(a), (1)(c) jew (2), iżda l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II(4) għad-Direttiva 92/119/KEE ma jiġux sodisfatti biex jikkonfermaw mard tal-ħnieżer, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li:

(a) id-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/119/KEE jiġu applikati jew għandhom ikomplu jgħoddu;

(b) spezzjonament fuq il-post isir skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil-Kapitolu II(1);

(ċ) jinġabru aktar kampjuni ta’ demm għall-ittestjar seroloġiku minn ħnieżer seroposittivi u ħnieżer f’kuntatt skond l-1(c);

(d) kampjuni ta’ demm għall-ittestjar seroloġiku minn ħnieżer f’ażjendi oħra tal-maqjel skond il-proċedura msemmmija fil-Kapitolu V(2);

(e) numru suffiċjenti ta’ kampjuni ta’ feċi jinġabru għal testijiet viroloġiċi minn:

- ħnieżer seroposittivi,

- l-art tal-maqjel li fihom ħnieżer seroposittivi u mqqajjel qrib,

- maqjel magħżula bl-addoċċ minn postijiet oħra fl-ażjenda.

Kampjuni ta’ feċi miġbura skond l-ewwel u t-tieni inċiż fuq iridu jiġu eżeminati malajr kemm jista’ jkun. F’każ li dawn il-kampjuni huma negattivi iżda r-riżultati ta’ spezzjonijiet serjoloġiċi jissuġerixxu li l-virus tal-marda tal-ħnieżer seta’ infirex lejn postijiet oħra, l-kampjuni ta’ feċi miġbura skond it-tielet inċiż fuq jridu jiġu eżaminati;

Jekk wara dawn l-ispezzjonijiet ulterjuri il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II(4) tad-Direttiva 92/119/KEE m’humiex osservati biex jikkonfermaw il-preżenza ta’ mard tal-ħnieżer, il-ħnieżer seroposittivi għandhom jinqatlu jew jitbiċċru skond id-dispożizzjonijiet msemmija fl-Anness II(4)(d) tad-Direttiva 92/119/KEE. Iżda, jekk aktar ħnieżer jinstabu seroposittivi ma’ dawk li diġa nstabu seroposittivi wara li ttieħdilhom il-kampjun, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’ (a), (b), (c), (d) u (e) jiġu applikati mutatis mutandis.

5. Mingħajr preġudizzju għal miżuri msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/119/KEE, f’każ ta’ wieħed jew aktar ħnieżer seroposittivi jinqabdu wara l-attivitajiet ta’ sorveljanza msemmija fil-Kapitolu V(1)(b) jew V(1)(c), l-awtorità kompetenti għandha tassigura li:

(a) fejn neċessarju u prattiku, spezzjonijiet ulterjuri xierqa inkluż ġbir ta’ kampjuni isiru biex jikkonfermaw jew jeliminaw il-preżenza ta’ mard tal-ħnieżer fil-post fejn inqabdu dawn il-ħnieżer, waqt li tieħu fil-konsiderazzjoni is-sitwazzjoni lokali;

(b) il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/119/KEE applikati fl-ażjenda ta’ oriġini ta’ dawn il-ħnieżer;

(ċ) spezzjoni issir fl-ażjenda ta’ oriġini ta’ dawn il-ħnieżer skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil-Kapitolu II(1); u

(d) jinġabru kampjuni ta’ demm għall-ittestjar seroloġiku minn ħnieżer f’ażjenda ta’ oriġini ta’ ħnieżer seroposittivi, skond id-dispożizzjonijiet msemmmija fil-Kapitolu V(2);

6. Iżda, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tirrinunzja għal miżuri msemmija f’ (5)(b) jekk:

(a) l-inkjesta epidemoloġika li saret skond l-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tissuġerixxi li mard tal-ħnieżer ma ġiex introdott fil-maqjel;

(b) ma ġew maqbuda ebda sinjali kliniċi ta’ mard tal-ħnieżer fil-maqjel;

(ċ) l-ażjenda mhiex f’żona ta’ sorveljanza jew restrizzjoni stabbilita wara tfaqqiegħa konfermata tal-marda jew soġġett għal restrizzjonijiet oħra applikati b’relazzjoni għat-tfaqqiegħa konfermata tal-marda,

u sakemm:

- ebda ħanżir ma jiċċaqlaq mill-ażjenda għal kummerċ intra-Komunitarju, u

- ħnieżer jiċċaqilqu biss mill-ażjenda lejn biċċerija għal qatla immedjata jew lejn ażjenda oħra li minnha ma jiċċaqilqux ebda ħnieżer għal kummerċ intra-Komunitarju,

sakemm ir-riżultati ta’ spezzjoninjiet ulterjuri u provi seroloġiċi li saru fil-post fejn inqabdu ħnieżer seroposittivi u fl-ażjenda ta’ oriġini jindikaw li mard tal-ħnieżer jista’ jiġi eskluż għal kollox.

Il-KAPITOLU VII Prinċipji u applikazzjonijiet ta’ provi viroloġiċi u evalwazzjoni ta’ r-riżultati tagħhom

A. Qbid ta’ virus antiġen

1. Sandwich indirett ELISA ssostitwixxa il-complement fixation test bħala l-metodu ta’ għażla għal qabda ta’ swine vesicular disease viral antigen. It-test huwa l-istess bħal dak użat għal dijanjosi ta’ mard ta’ l-ilsien u dwiefer. It-testijiet għaż-żewġ mardiet jridu jsiru fl-istess ħin, kemm-il darba ma ġietx skartata diġa il-marda ta’ l-ilsien u dwiefer. Huwa rakkomandat b’mod partikolari fuq kampjuni ta’ epithelium jew fluwidu minn leżjonijiet tal-imfafet, li fihom jistgħu jkunu preżenti f’livelli għolja kemm mard tal-ħnieżer kif ukoll mard ta’ l-ilsien u dwiefer fi ħnieżer infettati akutament u maqbuda fi ftit siegħat [3].

Fillieri duplikati f’ multiwell ELISA plates huma miksija b’ antiserum tal-fniek għal virus tal-marda tal-ħnieżer u għal kull wieħed mis-seba serotipi ta’ virus ta’ l-ilsien u dwiefer. Dawn huma trapping sera. Test sample suspensions huma miżjuda għal kull waħda mill-fillieri. Huma inklużi wkoll kontrolli xierqa. Homologous guinea pig detection serum miżjud fil-fillieri rispettivi fl-istadju li jmiss b’ rabbit anti-guinea pig serum konġugat għal enzyme bħal horse-radish peroxidase. Isir ħasil estensiv bejn kull stadju biex tneħħi unbound reagents. Reazzjoni pożittiva indikata jekk hemm reazzjoni tal-kulur ma’ chromogen u substrate. Ma’ reazzjonijiet pożittivi qawwijin dan jkun evidenti għal għajn, iżda riżultati jkunu jinqraw spectrophotometrically, li f’dan il-każ qari ta’ assorbiment 0,1 ’il fuq mill-isfond jindika reazzjoni pożittiva.

2. Alternative monoclonal antibody-based ELISA systems, li jużaw monoclonal antibodies magħżula bħal trapping antibody u peroxidase-conjugated monoclonal antibodies bħal detecting antibody, jista’ jintuża għal swine vesicular disease antigen detection u dijanjosi differenti mil-marda ta’ l-ilsien u dwiefer f’kampjuni ta’ epithelium, fluwidu tal-imfafet jew infected tissue culture.

3. Monoclonal antibody-based ELISA tista’ tintuża biex tistudja varjazzjoni antiġenika fost strains ta’ virus tal-marda tal-ħnieżer. Tissue-culture grown viral antigens huma trappolati b’ rabbit hyperimmune anti-serum għal mard tal-ħnieżer assorabit għal fażi solida. Panewwi xierqa ta’ monoclonal antibodies huma imbagħad jitħaltu ma’ xulxin u l-għaqda ta’ monoclonal antibodies ma’ field strains huwa mqabbel mall-għaqda ta’ monoclonal antibodies ma’ strains parentali. Għaqda simili tindika l-preżenza ta’ epitopes maqsuma bejn strains parentali u field strains.

B. Iżolament u tkabbir tal-virus

1. Bħalha rutina, clarified suspensions ta’ kampjuni ta’ epithelium, fluwidu tal-imfafet jew feċi suspettat li fih virus tal-marda tal-ħnieżer jrid jiġi mlaqqam f’cell cultures sensittivi. Jekk il-kwantità u kwalità ta’ kampjuni min leżjonijiet ta’ mfafet mgħotija għal eżami hija nsuffiċjenti għal eżami immedjata minn ELISA, t-tkabbir tal-virus f’ tissue culture tkun neċessarja biex tkabbar antiġen virali.

2. Biex tiżola u tkabbar viurs, epithelial suspension kjarifikat huwa inokulat fiċ-ċelloli monolayer cultures ta’ IB-RS-2. Żewġ dilwiti ta’ epithelial suspension, waħda għolja (1/500) u waħda baxxa (1/10) għandhom jintużaw biex tevita kobor ta’ virus b’ interferon, li r-rilaxx tiegħu jagħmel interferenza mat-tkabbir tal-virus tal-marda tal-ħnieżer. Għal iżolament tal-virus antibijotiċi biss iridu jiżdiedu ma’ maintenance medium. Għal dijanjosi differenti mill-virus tal-marda ta’ l-ilsien u dwiefer, ċelloli ta’ thyroid ta’ primary bovine jew baby hamster kidney cells(BHK-21) iridu jiġu inokulati wkoll.

3. Jekk jiżviluppa effett ċitopatiku, il-fluwidu supernatant irid jiġi miġbur min kulturi pożittivi meta l-effett huwa komplet u użat fl-ELISA għal identifikazzjoni tal-virus. Kulturi negattivi jridu jitlaqqmu fuq fresh tissue cultures fi 48 jew 72 siegħa u dan huwa passaġġ għami eżaminat sa 72 siegħa wara. Fl-assenza ta’ effett ċitopatiku wara passaġġ għami ulterjuri il-kampjun jista’ jiġi dikjarat negattiv għal preżenza ta’ virus ħaj.

4. Sospensjonijiet ta’ kampjuni ta’ feċi jistgħu jiġu proċessati kif hemm deskritt f’1. Billi hemm ġeneralment inqas virus fil-feċi milli f’epithelium, huwa essenzjali li fin-nuqqas ta’ effett ċitopatiku fl-ewwel żewġ passaġġi, hemm inkluż it-tielet passaġġ għami.

5. Linokulazzjoni simultanja ta’ porcine cell line u wieħed mit-tissue culture systems fuq imsemmija (preferibilment primary bovine thyroid cells) hija gwida bżonnjuża dwar jekk kampjuni ta’ mfafet fihomx virus tal-marda tal-ħnieżer jew ta’ l-ilsien u dwiefer, minħabba li dawn ta’ l-ewwel jikbru biss f’ċelloli ta’ oriġini porċina Iżda, virus tal-marda ta’ l-ilsien u dwiefer tiżola bi storja twila ta’ trasmissjoni bejn ħnieżer tista’ wkoll tikber preferenzjalment f’ porcine cell culture systems.

Ċ. Il-polymerase chain reaction (PCR) għal genome detection

1. Metodi ta’ rikonoxximent tan-nucleic acid jistgħu jintużaw biex jaqbdu swine vesicular disease viral genome f’materjal kliniku bl-użu ta’ PCR u li twaqqaf relazzjonijiet bejn isolates ta’ l-virus tal-marda tal-ħnieżer billi tiddetermina sekwenza nucleotide ta’ parti mil ġenome. Metodi ta’ teknika bl-użu ta’ PCR ġew żviluppati biex itejjbu s-sensittività ta’ dijanjosi. Proċeduri ta’ reverse transcriptase-PCR kemmxejn diffferenti kienu deskritti bl-użu ta’ primers li jikkorispondu għal highly conserved regions fil-ġeni 1C u 1D.

2. Il-teknika PCR hija rapida (ir-riżultati normalment disponibbli f’ 24 siegħa), jaqbad kull tip ta’ genotypes tal-virus tal-marda tal-ħnieżer, u huwa suffiċjentament sensittiv għal użu fuq kampjuni użati min każijiet ta’ suspect clinical disease.

3. Meta tkun suspettata infezzjoni ‘sub-klinika’, jew fejn kampjuni miġbura wara riżoluzzjoni ta’ marda klinika jew meta tipproċessa kampjuni ta’ feċi, metodi ta’ teknika RT-PCR, bħal nested RT-PCR, immune-PCR, ELISA-PCR u metodi ta’ estrazzjoni ta’ RNA aktar elaborati jipproduċu sistema ta’ qbid għall-inqas bl-istess sensittività, iżda konsiderevolment aktar rapida, minn multiple passage fuq tissue culture.

4. Billi tissekwenza bejn wieħed u ieħor 200 nucleotides fil-1D gene li tikkodifika għal proteina strutturali maġġuri VP1, huwa possibli li tiġbor strains tal-virus tal-marda tal-ħnieżer skond is-sequence homology tagħhom, u epidemiologically relate strains li jikawżaw mard f’reġjuni differenti jew f’ħinijiet differenti.

D. Evalwazzjoni tar-riżultati ta’ provi viroloġiċi

Il-qbid ta’ antiġeni jew ġenome tal-virus tal-marda tal-ħnieżer permezz ta’ ELISA u PCR għandu l-istess valur dijanjostiku bħal iżolament tal-virus.

Iżda, iżolament ta’ virus jrid jiġi kunsidrat bħala l-prova ta’ riferenza u jrid jiġi kunsidrat bħalha prova konfermatorja meta neċessarju, b’mod partikolari jekk riżultat ELISA jew PCR m’hux assoċjat ma:

(a) il-kxif ta’ sinjali kliniċi ta’ mard,

(b) il-kxif ta’ ħnieżer seroposittivi, jew

(ċ) konnessjoni diretta epidemoloġika ma’ tfaqqiegħ konfermat.

Il-KAPITOLU VIII Prinċipji u applikazzjonijiet ta’ provi viroloġiċi u evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom

A. Newtralizzazzjoni tal-virus (VN) prova

1. Il-VN micro-test kwantitattiv għal qbid ta’ antibody tal-virus tal-marda tal-ħnieżer li saru b’ċelloli IB-RS-2 jew sistema ta’ ċelloli ekwivalenti fi flat bottomed tissue culture grade microtitre plates.

2. Virus jitkabbar f’IB-RS-2 cell monolayers u maħżuna jew f’ –20 °C wara żieda ta’ 50 % glycerol jew –70 °C mingħajr glycerol. Is-sera huma inattivati f’ 56 °C għal 30 minuta qabel it-test.

B. ELISAs

1. L-ELISA għal qbid ta’ antibodies hija monoclonal antibody-based competitive ELISA. Jekk il-kampjun ta’ serum fih antibodies għal virus tal-marda tal-ħnieżer, l-għaqda ta’ peroxidase-conjugated monoclonal antibody magħżul ma’ virus ta’ l-antiġen jiġi inibit.

F’din l-ELISA is-swine vesicular disease viral antigen huwa trappolat mal-fażi solida bl-użu ta’ monoclonal antibodies; imbagħad il-kampjuni ta’ sera huma inokulati f’ dilwit xieraq, segwit biż-żieda ta’ peroxidase-conjugated monoclonal antibody. Imbagħad, l-inibizzjoni ta’ monoclonal antibody binding hija mkejjla permezz ta’ substrate u chromogen.

2. Trappolament indirett ta’ ELISA bl-użu ta’ isotype-specific monocolonal antibodies biex tikxef ħniezer IgG jew IgM speċifiku għal virus tal-marda tal-ħnieżer huwa ta’ għajnuna għal stima tal-ħin ta’ infezzjoni fil-ħanżir fil-post infettat.

Fl-isotype specific ELISA l-antiġen virali huwa trappolat mal-fażi solida bl-użu ta’ antigen-catching antibody. Jekk il-kampjun tas-serum fih antibodies għal virus tal-marda tal-ħnieżer, huma maqbuda bl-użu ta’ anti-pig IgG jew anti-pig IgM monoclonal antibody ikkonjugat bill- peroxidase. Imbagħad, din l-għaqda hija mkejjela permezz ta’ substrate u chromogen.

L-isotype-specific ELISA jista’ jgħin ukoll fid-distinzjoni ta’ singleton reactors minn ħnieżer vera pożittivi, kif msemmija f’ (C).

Ċ. Applikazzjoni ta’ provi serjoloġiċi u evalwazzjoni tar-riżultati

1. Il-prova VN u l-ELISA huma l-provi serjoloġiċi rakkomandati. Kapitolu X jistabilixxi ir-reference sera, li huma disponnibli mir-referenza tal-laboratorju tal-Komunità biex provi serjoloġiċi standard jsiru fil-Komunità.

Il-prova VN trid tkun kunsidrata bħala l-prova ta’ riferenza, iżda għandha l-iżvantaġġ li tieħu 2 sa 3 ijiem biex tkun lesta u tirrikjedi tissue culture facilities.

L-ELISA hija aktar rapida u tista’ tiġi standardizzata aktar faċilment. Il-monoclonal antibody competition ELISA hija l-aktar antibody ta’ min joqgħod fuqu tal-marda tal-ħnieżer ELISA deskritt sa llum. Huwa rakkomandat bħala test ta’ screening għal numru kbir ta’ kampjuni.

Iżda, t-test VN irid jintuża bħala test konfermatorju meta neċessarju, b’mod partikolari wara l-ewwel qbid ta’ kampjuni pożittivi f’ażjenda. Ħnieżer pożittivi b’ ELISA, iżda negattiv bit-test VN jistgħu jiġu injorati.

2. Il-preżenza ta’ singleton reactor [4] tsita’ tkun suspettata meta ħanżir wieħed seroposittiv jinqabad u meta jiġu osservati dawn il-kriterji:

(a) m’hemmx sinjali kliniċi ta’ mard fl-ażjenda;

(b) m’hemmx storja rilevanti ta’ mard kliniku fl-ażjenda;

(ċ) m’hemmx storja ta’ kuntatt ma tfaqqiegħ magħruf ta’ mard.

3. Ħanżir huwa konfermat singleton reactor meta:

(a) testar sussegwenti ma jidentifikax ħnieżer oħra seroposittivi;

(b) teħid ta’ kampjuni li jsir fi ħnieżer f’kuntatt wara l-ewwel qbid ta’ singleton reactor ma jirrivelax seroconversion;

(ċ) antibody titre fuq kampjuni ripetuti jibqa kostanti jew jonqos.

4. Iżda, dawn il-kriterji addizzjonali u prinċipji jridu wkoll jiġu kunsidrati għal konferma ta’ singleton reactor:

(a) singleton reactors jseħħu fi prevalenza ta’bejn wieħed u ieħor 1 kull 1000 ħanżir;

(b) sera minn singleton reactors ġeneralment għandhom dan il-profil:

- VN test antibody titre baxx,

- borderline possitiv fil-monoclonal antibody-based competition ELISA,

- esklussivament IgM u ebda IgG fi swine vesicular disease isotype-specific ELISA [5].

Il-Kapitolu IX Sinjali kliniċi u karatteristiċi ta’ mard tal-ħnieżer

Mard tal-ħnieżer hija marda kontaġġjuża tal-ħnieżer kawżata minn enterovirus tal-familja picornaviridae, li tista’ tkun sub-klinika, ħafifa jew kondizzjoni severa ta’ mfafet skond l-strain tal-virus involut, ir-rotta u doża ta’ infezzjoni, u kondizzjonijiet li fihom jinżammu l-ħnieżer. Fatturi oħra ta’ stress bħal trasport, taħlit ma’ ħnieżer oħra u estremitajiet ta’ temperatura jistgħu wkoll iwasslu għall-iżvilupp ta’ sinjali kliniċi.

Karatteriżat b’deni ħafif u nfafet fil-coronary band, il-bulbs ta’ l-għarqub, ġilda tas-saqajn u inqas frekwenti il-geddum, xufftejn, ilsien u l-beżżuliet. Ir-rata ta’ morbidità tista’ tkun għolja sa 100 % iżda mortalità hija baxxa ħafna jew xejn.

L-infezzjoni tista’ tiżviluppa f’forma mhux apparenti jew ħafifa li turi biss tnaqqis transitorju fl-apparenza ġenerali tal-ħnieżer iżda li twassal għall-iżvilupp ta’ virus li jinnewtralizza l-antibodies fi ftit jiem (6).

Minħabba in-natura ħafifa u subklinika tal-marda, ħafna drabi l-ewwel suspett jiġi wara testijiet serjoloġiċi għas-sorveljanza tal-marda jew ċertifikat ta’ esportazzjoni. Tfaqqiegħ Ewropej riċenti ta’ mard tal-ħnieżer ġie karatteriżat b’sinjali inqas severi jew bl-ebda sinjal kliniku, dijanjosi li ta’ spiss hija dipendenti fuq seroloġija.

Iżda, sinjali kliniċi ta’ mard tal-ħnieżer ma jiddistingwux ruħhom min dawk tal-mard ta’ l-ilsien u dwiefer. Kwalunkwe kondizzjoni ta’ nfafet trid tiġi trattata fil-bidu minħabba li mard suspettat ta’ lsien u dwiefer u dijanjosi differenti trid tinkiseb malajr kemm jista’ jkun.

Il-perijodu ta’ tilqim ta’ mard tal-ħnieżer fi ħnieżer individwali normalment hija bejn jumejn u seba t’ijiem, li wara jista’ jseħħ deni li jgħaddi sa 41 °C, iżda sinjali kliniċi jistgħu jsiru evidenti fl-ażjenda wara perijodu itwal. Imbagħad jiżviluppaw infafet fil-coronary band, tipikament mal-għarqub. Dawn jistgħu jaffetwaw il-coronary band sħiħa li tirriżulta fit-telf ta’ difer. Iktar rarament, jistgħu jidhru wkoll infafet fuq il-ħalq, partikolarment fuq il-wiċċ tad-dahar, fuq ix-xuftejn, lsien u beżżuliet, u wieħed jista’ jara erosions baxxi fuq l-irkubtejn. Ħnieżer affetwati jistgħu jkunu zopop u ma jieklux għal ftit jiem.

Ħnieżer iżgħar jiġu affetwati aktar severament, għalkhemm ir-rata ta’ mortalità minħabba mard tal-ħnieżer hija rari ħafna, kuntrarjament għal marda ta’ l-ilsien u dwiefer f’merħla żgħar.

Ġew rappurtati sinjali ta’ nervi, iżda huma rari. L-abort mhux karatteristika tipika ta’ mard tal-ħnieżer. Attakk kardijaku minħabba multifocal myocarditis tista’ tkun karatteristika ta’ mard ta’ l-lsien u dwiefer u encephalomyocarditis, speċjalment f’majjali żgħar, iżda ma jsseħx fil-marda tal-bżieżaq tal-ħnieżer.

Fejqan normalment jitlesta f’ġimgħatejn sa tlett ġimgħat, bl-unika xhieda ta’ infezzjoni tkun linja skura, oriżżontali fid-difer fejn tkabbir ġie temporanjament interott.

Ħnieżer affetwati jistgħu joħorġu l-virus mill-imnieħer u ħalq u fil-feċi sa 48 siegħa qabel ma jfeġġu sinjali kliniċi. Ħafna mil virus huwa prodott fl-ewwel seba t’ijiem wara l-infezzjoni, u tneħħija tal-virus mill-imnieħer u l-ħalq normalment jieqaf f’ġimgħatejn. Virus jista’ jiġi iżolat mill-feċi sa 20 ġurnata wara l-infezzjoni, għalkhemm ġie rappurtat preżenti sa tlett xhur. Jista’ jippersisti għal perijodu ta’ żmien konsiderevoli f’necrotic tissue assoċjat ma nfafet mifqugħa u fil-feċi.

Il-Kapitolu X Swine vesicular disease reference sera

Reference serum | Oriġini | Kumment |

1 | Serum normali tal-ħanżir (NPS) | Serum ta kontroll negattiv. |

2 | Serum miġbur 21 ġurnata wara l-infezzjoni (dpi) minn ħanżir infettat bi swine vesicular disease virus strain UKG 27/72 (neat) | Serum ta' kontroll possitiv. |

3 | A 1:10 dilwit fi NPS ta' serumġabru ħames dpi minn ħanżir infettat bi l-Italja 8/94 | low-positive serum minn ħanżir malajr wara l-infezzjoni ma' iżolata riċenti Ewropea ta' swine vesicular disease virus. Is-serum ġie msaffi biex tagħti riżultat baxx pożittiv f' ELISA u VNT. |

4 | A 1:40 tisfija ta' serum miġbur 21 dpi minn ħanżir infettat bi UKG 27/72 | Serum li jiddefinixxi l-l-inqas livell ta' li EULaboratorji ta' Riferenza Nazzjonaligħandha tkun konsistentement pożittiv b'ELISA u newtralizzazzjoni tal-virus. Ekwivalenti għal serum RS 01-04-94 |

5 | Serum miġbur erba' dpi minn ħanżir infettat bi swine vesicular disease virus strain UKG 27/72 (neat) | Serum minn ħażirwara l-infezzjoni. |

6 | Serum miġbur ħames dpi minn ħanżir infettat bi swine vesicular disease virus strain UKG 27/72 (neat) | Serum low-positive minn ħażir wara l-infezzjoni. |

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

[2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[3] Riżultati pożittivi ELISA huma assoċjati mal-preżenza ta’ mill-inqas 105 TCID50 (tissue culture infectious doses) tal-virus fil-kampjun.

[4] Proporzjon żgħir ta’ singleton reactor tista’ tinqabad b’testijiet kurrenti seroloġiċi għal mard tal-ħnieżer. Il-fatturi responsabbli għal singleton reactors mhux magħrufa. Cross-reactivity seroloġika bil-virus tal-marda tal-ħnieżer tista’ tqum minħabba infezzjoni jew oħra, li għadha mhux identifikata, picornavirus jew tista’ tkun minħabba fatturi mhux speċifiċi preżenti fis-serum.

[5] IgG waħdu speċifiku jew kemm IgG u IgM normalment jinqabdu f’kampjuni ta’ serum minn ħnieżer infettati bil-virus tal-marda tal-infafet, mentri sera minn singleton reactors ġeneralment fihom IgM biss. IgG speċifiku ma jinqabadx f’kampjuni ta’ serum minn ħnieżer infettati bil-virus tal-marda tal-infafet waqt 10 sa 14 il-ġurnata ta’ qabel, għalkhemm IgG speċifiku għandu jinqabad fit-tieni kampjun tad-demm. Iżda, ħnieżer riċentement infettati ma jistgħux jiġu distingwiti b’mod ta’ min joqgħod fuqu min singleton reactors qabel ma r-rispons immun tagħhom tgħaddi minn produzzjoni IgM għal IgG. Ara wkoll l-Kapitolu IX u n-nota tal-qiegħ 7.

--------------------------------------------------

Top