Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex
Dokument 31998R0280
Commission Regulation (EC) No 280/98 of 3 February 1998 derogating from certain provisions of Council Regulation (EC) No 2597/97 laying down additional rules on the common organisation of the market in milk and milk products as regards drinking milk produced in Finland and Sweden
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/98 tat-3 ta’ Frar 1998 li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib rigward il-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Iżvezja
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/98 tat-3 ta’ Frar 1998 li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib rigward il-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Iżvezja
ĠU L 28, 4.2.1998, s. 3 – 3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SL, BG, RO)
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 03 Volum 022 P. 275 - 275
Už nie je účinné, Dátum ukončenia platnosti: 30/04/2009: Tento akt bol zmenený. Aktuálne konsolidované znenie:
01/01/2004
Official Journal L 028 , 04/02/1998 P. 0003 - 0003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/98 tat-3 ta’ Frar 1998 li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib rigward il-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Iżvezja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-L-Artikolu 149 [1] tiegħu, (1) Billi r-Regolament tal-Kunsill itawwal il-perjodu taż-żmien li matulu jistgħu jiġu adottati miżuri transitorji sabiex jiffaċilitaw il-qlib mill-arranġamenti li japplikaw fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fil-waqt ta’ l-adeżjoni għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq; billi, rigward il-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass fil-ħalib prodott fil-Finlandja u fl-Isvezja, dan il-perjodu taż-żmien ġie mtawwal għal sal-31 ta’ Diċembru 1999; (2) Billi, skond l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Finlandja u l-Isvezja għandhom deroga mill-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass fil-ħalib tax-xorb stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 [2], imħassar u mibdul mill-1 ta’ Jannar 1998 bir-Regolament (KE) Nru 2597/97 [3]; billi din ir-regola tiskafi fil-31 ta’ Diċembru 1997; billi, minħabba s-sitwazzjoni speċjali ta’ l-Istati Membri interessati u safejn u sakemm huma meħtieġa l-aġġustamenti, din id-deroga għandha tiġi mtawla temporanjament sabiex tippermetti lil dawn l-Istati Membri jaġġustaw ruħhom għall-arranġamenti fis-seħħ fil-bqija tal-Komunità; (3) Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Minkejja l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2597/97, il-ħtiġiet tal-kontenut tal-grass ma għandhomx japplikaw għall-ħalib tax-xorb prodott fil-Finlandja u fl-Isvezja bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 1999. Il-ħalib tax-xorb prodott f’dawn iż-żewġ Stati Membri u kopert b’din id-deroga jista’ jiġi mqiegħed fis-suq biss fil-pajjiż tal-produzzjoni jew esportat lejn pajjiż terz. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Frar 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 12. [2] ĠU L 148, tat-3.7.1971, p. 4. [3] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 13. --------------------------------------------------