This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990L0496
Council Directive 90/496/EEC of 24 September 1990 on nutrition labelling for foodstuffs
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta’ l-ikel
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta’ l-ikel
ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40–44
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2014; Imħassar b' 32011R1169
Official Journal L 276 , 06/10/1990 P. 0040 - 0044
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0007
DIRETTIVA TAL-KUNSILL ta' l-24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel (90/496/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ([1]), B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ([2]), Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ([3]) Billi huwa importanti li jiġu adottati miżuri bl-iskop li jiġi stabbilit progressivament is-suq intern sal-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital jiġi żgurat; Billi hemm interss pubbliku li dejjem jikber fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta' dieta xierqa adatta għall-ħtiġiet individwali; Billi l-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tagħhom tas-7 ta' Lulju 1986 dwar il-programm Ewropew kontra l-kanċer, ikkunsidraw li t-titjib fin-nutrizzjoni għandu jkun prijorità; Billi t-tagħlim tal-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u l-ittikkettar approprjat tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jippermetti lill-konsumatur li jagħmel l-għażla tiegħu; Billi d-dispożizzjoni ta' l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għandu jgħin fl-azzjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni lill-pubbliku; Billi, għall-benefiċċju tal-konsumatur min-naħa l-waħda, u biex tiġi evitata l-possibbiltà ta' ostakoli tekniċi fil-kummerċ min-naħa l-oħra, l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għandu jiġi preżentat f'forma standardizzata applikabbli mal-Komunità kollha; Billi oġġetti ta' l-ikel li jġorru tikkettar tan-nutrizzjoni għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva; Billi kull forma oħra ta' tikkettar tan-nutrizzjoni għandha tkun ipprojbita iżda oġġetti ta' l-ikel li ma jġorru ebda tikketta tan-nutrizzjoni għandhom ikunu jistgħu jiċċirkolaw b'mod ħieles; Billi, biex jappella għall-konsumatur medju u biex jilħaq l-iskop li għalih kien introdott, u minħabba l-livell baxx preżenti tat-tagħrif dwar is-suġġett tan-nutrizzjoni, l-informazzjoni provduta għandha tkun sempliċi u li tiftiehem b'mod faċli; Billi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal ċertu tul ta' żmien tippermetti li tinkiseb esperjenza ta' valur dwar is-suġġett u li tiġi valutata r-reazzjoni tal-konsumatur għall-mod li bih it-tagħrif dwar in-nutrizzjoni jiġi preżentat u b'hekk tippermetti lill-Kummissjoni li tirrevedi r-regoli u tipproponi emendi approprjati; Billi biex jiġu mħajra l-partijiet interessati, speċjalment impriżi żgħar u ta' daqs medju, biex jipprovdu tikkettar tan-nutrizzjoni fuq prodotti kemm jista' jkun, miżuri biex jagħmlu dak it-tagħrif aktar komplet u aktar ibbilanċjat għandhom jiġu ntrodotti gradwalment; Billi r-regoli provduti f'din id-Direttiva għandhom ukoll iqisu l-linji gwida tal-Codex Altimentarius dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni; Billi dispożizzjonijiet u definizzjonijiet ġenerali għall-ittikkettar jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel għall-bejgħ lill-konsumatur finali ([4]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/395/KEE ([5]); billi din id-Direttiva għandha għalhekk tiġi limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirreferu għat-tikkettar tan-nutrizzjoni, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tikkonċerna t-tikkettar tan-nutrizzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom ikunu ikkunsenjati bħala tali lill-konsumatur finali. Għandha wkoll tappika għall-oġġetti ta' l-ikel maħsuba biex ukunu fornuti lil ristoranti, sptarijiet, canteens u stabbilimenti simili ta' caterers bil-kwantità (hawnhekk iżjed il quddiem imsejħa caterers bil-kwantità). 2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal: - ilma minerali naturali jew ilma ieħor maħsub għall-konsum tal-bniedem, - integraturi tad-dieta/supplimenti ta' l-ikel. 3. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' tikkettar tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-użi partikolari ta' nutrizzjoni ([6]) u d-Direttivi speċifiċi li għalihom jirreferi l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva. 4. Għall-iskopijiet ta' din il-Direttiva: a) tikkettar tan-nutrizzjoni' tfisser kull tagħrif li jidher fuq it-tikketta u li għandu x'jaqsam ma': b) valur ta' enerġija; (ii) in-nutrijenti li ġejjin: - proteina, - karboidrat, - xaħam, - fibra, - sodju, - vitamini u minerali elenkati fl-Anness u preżenti f'ammonti sinifikanti kif definit f'dak l-Anness. Bidliet fil-lista ta' vitamini, minerali u l-kwantità rakkomandata tagħhom ta' kull jum għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10; a) allegazzjoni tan-nutrizzjoni' tfisser kull rappreżentazzjoni jew messaġġ ta' reklamar li jiddikjara, jissuġġerixxi jew jimplika li oġġett ta' l-ikel għandu karatteristiċi partikolari ta' nutrizzjoni minħabba l-enerġija (valur kalorifiku) li - jipprovdi, - jipprovdi b'rata mnaqqsa jew miżjuda jew - ma jipprovdix, u/jew minħabba n-nutrijenti li - fih, - ikollu fi proporzjonijiet imnaqqsa jew miżjuda jew - ma jkollux Referenza għall-kwalitajiet jew kwantitajiet ta' nutrijent ma tikkostitwixxix allegazzjoni tan-nutrizzjoni sa fejn hi meħtieġa b'leġislazzjoni. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10, jista' jiġi deċiż li f'ċerti każi fejn il-kondizzjonijiet deskritti f'dan il-punt jiġu sodisfatti; (ċ) proteina' tfisser il-kontenut ta' proteina kalkolat bl-użu tal-formula: protein = total Kjeldahl nitrogen × 6,25; (d) karboidrat' tfisser kull karboidrat li huwa metabolizzat fil-bniedem, u jinkludi polyols; (e) zokkor' tfisser il-monosaccharides u disaccharides kollha preżenti fl-ikel, iżda jeskludi polyols; (f) xaħam' tfisser lipids totali, u tinkludi phospholipids; (g) saturati' tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rabta doppja; (h) 'mono-unsaturates' tfisser aċidi tax-xaħam b'rabta doppja cis waħda; (i) 'polyunsaturates' tfisser aċidi tax-xaħam b'rabta doppja interrota cis jew cis-methylene; (j) fibra' tfisser il-materjal li għandu jiġi definit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u mkejjel bil-metodu ta' analiżi li għandu jiġi stabbilit skond dik il-peroċedura; (k) valur medju' tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont ta' nutrijent li ikel partikolari jkun fih, u jirrifletti l-parametri għall-varjabbilità staġjonali, xejra ta' konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw li l-valur attwali jvarja. Artikolu 2 1. Bla ħsara għall-paragrafu 2 it-tikkettar tan-nutrizzjoni m'għandux ikun obbligatorju. 2. Fejn allegazzjoni tan-nutrizzjoni tidher fuq it-tikketta, fil-preżentazzjoni jew fir-reklamar, bl-esklużżjoni ta' reklamar ġeneriku, l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għandu jkun obbligatorju. Artikolu 3 L-uniċi allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni permessi għandhom ikunu dawk li jirrelataw ma' l-enerġija, man-nutrijenti elenkati fl-Artikolu 1(4)(a) (ii) u mas-sustanzi li jagħmlu sehem minn jew li huma komponenti ta' kategorija ta' dawk in-nutrijenti. Dispożizzjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni skond it-tifsira ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. Artikolu 4 1. Fejn l-ittikkettjar tan-nutrizzjoni jiġi provdut, it-tagħrif li għandu jingħata għandu jkun jikkonsisti jew fi grupp 1 jew fi grupp 2 fl-ordni li ġej: Grupp 1 a) valur ta' enerġija; b) l-ammonti ta' proteina, karboidrati u xaħam. Grupp 2 a) valur ta' enerġija; b) l-ammonti ta' proteina, karboidrati, zokkor, xaħam, saturati, fibra u sodju. 2. Fejn allegazzjoni tan-nutrizzjoni issir għal zokkor, saturati, fibra jew sodju, it-tagħrif li għandu jingħata għandu jikkonsisti fil-grupp 2. 3. L-ittikkettar tan-nutrizzjoni jista' wkoll jinkludi l-ammonti ta' wieħed jew aktar minn dan li ġej: - lamtu, - polyols, - mono-unsaturates, - polyunsaturates, - kolesterol, - kull waħda mill-vitamini jew minerali elenkati fl-Anness u preżenti f'ammonti sinifikanti kif definit f'dak l-Anness. 4. Id-dikjarazzjoni tas-sustanzi li jagħmlu sehem minn jew huma komponenti ta' waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tkun obbligatorja fejn issir allegazzjoni tan- nutrizzjoni. Barra minn hekk, fejn l-ammont ta' polyunsaturates u/jew mono-unsaturates u/jew rata ta' kolesterol tingħata, l-ammont ta' saturati għandu jingħata wkoll, bid-dikjarazzjoni ta' dan ta' l-aħħar ma tikkostitwixxix - f'dan il-każ - allegazzjoni tan-nutrizzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 2. Artikolu 5 1. Il-valur ta' enerġija li għandu jiġi dikjarat għandu jkun kalkolat bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni li ġejjin: - karboidrati (ħlief polyols) 4 kcal/g - 17kJ/g - polyols 2,4 kcal/g - 10kJ/g - proteina 4 kcal/g - 17kJ/g - xaħam 9 kcal/g - 37kJ/g - alkoħol (ethanol) 7 kcal/g - 29kJ/g - aċidu organiku 3 kcal/g - 13kJ/g 2. Dispożizzjonijiet dwar il-punti li ġejjin għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10: - emendi għall-fatturi ta' konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1, - iż-żieda mal-lista fil-paragrafu 1 ta' sustanzi li jagħmlu sehem minn jew huma komponenti ta' waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija f'dak il-paragrafu u l-fatturi ta' konverżjoni tagħhom biex jiġi kalkolat b'mod aktar eżatt il-valur ta' enerġija ta' l-oġġetti ta' l-ikel. Artikolu 6 1. Id-dikjarazzjoni tal-valur ta' enerġija u tal-proporzjon tan-nutrijenti jew tal-komponenti tagħhom għandha tkun numerika. L-unitajiet li għandhom jintużaw huma dawn li ġejjin: - enerġija - kJ u kcal - proteini - karboidrati - xaħam Grammi (g) - fibri - sodju - kolesterol - vitamini u minerali 2. It-tagħrif għandu jkun espress għal kull 100g jew għal kull ml. Barra minn hekk, dan it-tagħrif jista' jingħata għal kull sehem kif kwantifikat fuq it-tikketta jew għal kull porzjon, sakemm in-numru ta' porzjonijiet li jinsabu fil-pakkett ikun dikjarat. 3. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 jista' jiġi deċiż li t-tagħrif fil-paragrafu 1 u 2 jista' jingħata wkoll f'forma grafika skond formati li għandhom jiġu stabbiliti. 4. L-ammonti msemmija għandhom ikunu dawk ta' l-ikel kif mibjugħ. Fejn japplika, dan it-tagħrif jista' jirrelata ma' l-oġġett ta' l-ikel wara t-tħejjija, sakemm jingħataw struzzjonijiet tat-tħejjija suffiċjentement dettaljati u li t-tagħrif ikun jirrelata ma' l-ikel kif imħejji għall-konsum. 5. (a) It-tagħrif dwar vitamini u minerali għandu wkoll inkun espress bħala persentaġġ ta' l-ammont rakkomandat ta' kull jum (RDA) mogħti fl-Anness għall-ammonti kif speċifikati fil-paragrafu 2. (b) Il-perċentwali ta' l-ammont rakkomandat ta' kull jum (RDA) għall-vitamini u minerali jista' wkoll jingħata f'forma grafika. Regoli għall-implimentazzjoni ta' dan is-subparagrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. 6. Meta zokkor u/jew polyols u/jew lamtu jiġu dikjarati, dik id-dikjarazzjoni għandha minnufih issegwi d-dikjarazzjoni tal-kontenut ta' karboidrat bil-mod li ġej: - karboidrati g li minnhom: - zokkor g - polyols g - lamtu g 7. Meta l-ammont u/jew tip ta' aċidu xaħmija u/jew rata ta' kolesterol ikun ddikjarat, din id-dikjarazzjoni għandha minnufih issegwi d-dikjarazzjoni tax-xaħmijiet totali bil-mod li ġej: - xaħam: g li minnu: - saturati g - mono-unsaturates g - polyunsaturates g - kolesterol mg 8. Il-valuri dikjarati għandhom, skond il-każ individwali, ikunu l-valuri medji bażati fuq: (a) l-analiżi ta' l-ikel mill-manifattur; (b) kalkolu mill-valuri magħrufa jew medja attwali ta' l-ingredjenti wżati; (ċ) kalkolu minn data ġeneralment stabbilita u aċċettata. Ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu fir-rigward b'mod partikolari tad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti fil-kors tal-verifiki uffiċċali għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. Artikolu 7 1. It-tagħrif kopert b'din id-Direttiva għandu jkun preżentat flimkien f'post wieħed f'forma ta' tabella, bin-numri allinejati jekk l-ispazju jippermetti. Fejn l-ispazju ma jippermettix, it-tagħrif għandu jkun preżentat f'forma linejari. Għandu jkun stampat f'karattri leġibbli u li ma jitħassrux f'post fejn jidher. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif kopert b'din id-Direttiva jidher f'lingwa li tinftiehem faċilment mix-xerrejja, sakemm ma jkunux ittieħdu miżuri oħra biex ikun żgurat li x-xerrej ikun mgħarraf. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex ma tħallix li t-tagħrif ikun indikat f'aktar minn lingwa waħda. 3. L-Istati Membri għandhom iżommu milli jistipulaw ħtiġiet aktar dettaljati minn dawk li diġà jinsabu f'din id-Direttiva dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni. Artikolu 8 Fil-każ ta' prodotti ta' l-ikel li ma jkunux ippakkeġġati minn qabel imqiegħda għall-bejgħ lill-konsumatur ta' l-aħħar jew lill-caterers bil-kwantità u l-oġġetti ta' l-ikel ippakkjati fil-punt tal-bejgħ fuq it-talba tax-xerrej jew ippakkeġġjati minn qabel bil-ħsieb li jinbiegħu minnufih, il-medda tat-tagħrif li għaliha jirreferi l-Artikolu 4 u l-mod tal-komunikazzjoni tiegħu jista' jiġi stabbilit b'dispożizzjonijiet nazzjonali sa l-adozzjoni eventwali ta' miżuri tal-Komunità skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. Artikolu 9 Kull miżura li x'aktarx ikollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, imwaqqaf bid-Deċiżjoni 74/234/KEE ([7]). Artikolu 10 1. Fejn il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-każ għandu jiġi riferit lill-Kumitat Permanenti għall-Oġġetti ta' l-Ikel, imwaqqaf bid-Deċiżjoni 69/414/KEE ([8]) (hawnhekk iżjed il quddiem imsejjaħ il-Kumitat') mill-President tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta' xi Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'terminu ta' żmien li jista' jiffissa l-President skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. (b) Fejn il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-Opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. (ċ) Jekk, wara li jgħaddu tliet xhur minn meta jkunu ntbagħtulu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni b'dan. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati b'mod illi: - jippermettu l-kummerċ ta' prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' April 1992, - jipprojbixxu l-kummerċ ta' prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Ottubru 1993. 2. Sa,... (ħames snin wara n-notifika ta' din id-Direttiva), id-dikjarazzjoni dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni, jew fuq bażi volontarja jew fuq allegazzjoni tan-nutrizzjoni ta' wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin; zokkor, saturati, fibra, sodju, m'għandhiex tiskatta l-obbligazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1) u (2) li jkunu ddikjarati dawn in-nutrijenti kollha. 3. Il-Kummissjoni għandha, sa... (tmien snin wara n-notifika ta' din id-Direttiva), tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Fl-istess waqt, għandha tibgħat lill-Kunsill proposti approprjati għall-emendi. Artikolu 12 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Settembru 1990. Għall-Kunsill Il-President V. SACCOMANDI ANNESS Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u l-ammont rakkomandat ta' kull jum (RDAs) Vitamina A µg Vitamina D µg Vitamina E mg Vitamina C mg Thiamin mg Riboflavin mg Niacin mg Vitamina B6 mg Folacin µg 800 5 10 60 1,4 1,6 18 2 200 Vitamina B12 µg Biotin mg Pantothenic acid mg Calcium mg Fosfru mg Ħadid mg Magnesium mg Zinc mg Jodju µg 1 0,15 6 800 800 14 300 15 150 Bħala regola, 15 % ta' l-ammont rakkomandat speċifikat fl-Anness provdut minn 100 g jew 100 ml jew kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih biss porzjon wieħed għandu jkun kunsidrat biex jiġi deċiż x'jikkostitwixxi ammont sinnifikanti. [1] ĠU Ċ 282, 5.11.1988, p. 8 u ĠU Ċ 296, 24.11.1989, p.3. [2] ĠU Ċ 158, 26.6.1989, p. 250 u ĠU Ċ 175, 16.7.1990, p. 76. [3] ĠU Ċ 159, 26.6.1989, p. 41. [4] ĠU L 33, 8.2.1979, p. 1. [5] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 17. [6] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27 [7] ĠU L 136, ta' l-20.5.1974, p. 1 [8] ĠU L 291, 19.11.1969, p. 9 Milligrammi (mg) l-unittajiet speċifikati fl-Anness