Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0174

Il-Ħdax-Il Direttiva tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 1989 li tadatta għall-progress tekniku Annessi II, III, IV, V, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

ĠU L 64, 8.3.1989, pp. 10–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/174/oj

31989L0174



Official Journal L 064 , 08/03/1989 P. 0010 - 0013
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0215
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0215


Il-Ħdax-Il Direttiva tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Frar 1989

li tadatta għall-progress tekniku Annessi II, III, IV, V, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(89/174/KEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/667/KEE [2], u b’mod partikulari Artikolu 8(2) tagħha,

Billi, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, ċerti koloranti, sustanzi, preservattivi u filtri ultraviolet permissibbli proviżjonalment, jistgħu jkunu permissibbli definittivament, waqt li oħrajn għandhom ikunu ipprojbiti definittivament jew ikunu permissibbli għal perijodu ieħor speċifiku;

Billi, sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, hemm bżonn li jkun ipprojbit l-użu ta’ Padimate A (IIM) użat bħala filtru ultraviolet, il-perossidu tal-benzoyl, l-ormoni ta’ l-oestroġenu kollha fi prodotti kosmetiċi u ċerti sustanzi użati bħala żebgħa tax-xagħar;

Billi, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, il-qasam ta’ l-applikazzjoni ta’ quinolin-8-ol u bis sulfat tal-(8-hydroxy-quinolium) għandu jkun estiż;

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, l-użu tal-glutaraldehyde bħala preservattiv u ta’ 2,4,6 - Trianilino - (p - carbo - 2’ - ethylhexyl - 1’ - oxi) - 1,3,5 - tria- zine bħala filtru ultraviolet jista’ jkun permissibbli fi prodotti kosmetiċi soġġett għal ċerti limitazzjonijiet u ħtiġiet;

Billi, sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, huwa rakkomandabbli li titnaqqas il-konċentrazzjoni tat-taħlita ta’ 5-chloro-2-methyl-isothiazol-3(2H)-one u 2-methylisothiazol-3(2H)-one mal-klorid tal-manjesju u n-nitrat tal-manjesju wżat bħala preservattiv fi prodotti kosmetiċi;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hi hawnhekk emendata kif ġej:

1. f’Anness II:

- fin-Nru 260, "bl-eċċezzjoni ta’ dawk elenkati fl-Anness V" hi mħassra,

- in-numri segwenti huma miżjuda:

381. Amyl 4-dimethylaminobenzoate, l-isomeri imħallta (Padimate A (IIM))

382. Perossidu tal-benżojl

383. 2-Amino-4-nitrophenol

384. 2-Amino-5-nitrophenol;

2. fil-Parti 1 ta’ Anness III fil-verżjoni Franċiża, il-punti (a) u (b):

(a) taħt ir-referenza Nru 1, aċidu boriku, "Prodotti tal-kura tal-ħalq" fil-kolonna ċ (b) hija mibdula bi "Prodotti ta’ l-iġjene orali";

(b) taħt ir-referenza Nru 12, perossidu ta’ l-idroġenu, "Preparazzjonijiet tal-kura tal-ġilda" fil-kolonna ċ (b) hija mibdula bi "Preparazzjonijiet ta’ l-iġjene tal-ġilda";

(ċ) taħt ir-referenza Nru 53, aċidu etidroniku, il-kliem fil-kolonna f huma mħassra;

3. fil-Parti 1 ta’ Anness IV:

il-kliem fil-kolonna "Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra" huma mħassra mir-referenza Nri 12700, 15800, 20470, 42170, 45190 u 47000;

4. fil-Parti 2 ta’ Anness III, ir-referenza Nru 1 hija miżjuda:

"a | b | c | d | e | f | g |

1 | Quinolin-8-ol u bis sulfat tal-(8-hydroxy-quinolium) | (a)Preparazzjonijiet għall-iġjene tal-ġilda li ma jkunux imlaħalħa wara l-użu | 0,02 % ikkalkolat bħala bażi | | (a) (b) (ċ) Fih il-quinolin-8-ol | tal- 31.12.1990’ |

| (b)Preparazzjonijiet ta’ iġjene tas-saqajn li ma jkunux imlaħalħa wara l-użu | 0,04 % ikkalkolat bħala bażi | | | |

| (ċ)Prodotti ta’ iġjene tal-ħalq | 0,01 % ikkalkolat bħala bażi" | | | |

5. fil-Parti 2 ta’ Anness IV:

(a) in-numri 15800, 19120, 20470, 21115, 42170, 45190, 47000, 73905 u 75660 huma mħassra;

(b) "tal- 31.12.1988" fil-kolonna "Permissibli sa" hu mibdul bi "tal- 31.12.1989" għan-numri segwenti: 13065, 21110, 26100, 42045, 42535, 44045, 61554, 73900 u 74180;

(ċ) għall-aġenti taż-żebgħa CI 42535"biss għall-preparazzjonijiet tax-xagħar f’konċentrazzjoni massima ta’ 100 ppm" hija miżjuda mal-"kolonna limiti u ħtiġiet oħrajn";

6. f’Anness V, dettall (a) tar-referenza Nru 3, oestrone, oestradiol u l-esteri tiegħu, oestriol u l-esteri tiegħu, huma mħassra;

7. f’Anness VI, il-Parti 1:

(a) fil-verżjoni Franċiża:

taħt ir-referenza Nru 5, formaldehyde u paraformaldehyde, il-kliem fil-kolonna ċ huma mibdula b’dan li ġej:

"0,2 % (minbarra għall-iġjene orali)

‘0,1 % (għall-iġjene orali)

konċentrazzjonijiet espressi bħala ħielsa mill-formaldehyde";

(b) il-konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-kolonna ċ għar-referenza Nru 39, 5-chloro-2-methyl-isothiazol-3(2H)one u 2-methyl-isothiazol-3(2H)-one mal-klorid tal-magnesju u n-nitrat tal-manjesju, huwa mibdul bi 0,0015 %;

(ċ) taħt ir-referenza Nru 20, bromo-5-nitro-5-diox- ane, 1,3, "ara Anness VI, il-Parti 2, ir-referenza Nru 7" fil-kolonna d huwa mħassar;

8. fil-Parti 2 ta’ Anness VI:

(a) in-numru ta’ referenza li ġej huwa miżjud:

"a | b | c | d | e | f |

26 | Glutaraldehyde | 0,1 % | Ipprojbit f’aerosols (sprays) | Fih il-glutaraldehyde meta l-konċentrazzjoni ta’ glutaraldehyde fil-prodott lest teċċedi 0,05 % | tal- 31.12.1991" |

(b) in-numri ta’ referenza li ġej huwa mħassar:

— 1. Aċidu boriku (+)

— 3. Dibromopropamidine (INN) u l-imluħa tiegħu (li jinkludu l-isethionate)

— 5. 3 - Heptyl - 2 - (3 - heptyl - 4 - methyl - 4 - thiazo- lin - 2 - ylidene methyl) - 4 - methyl - thiazo- linium iodide

— 19. 4-Hydroxybenzoic acid benzyl ester

— 25. 1,3,5-Tris (2-hydroxyethyl)hexahydro-1,3,5- triasine,

(ċ) "tal-31.12.1988" fil-kolonna f hija mibdula bi "tal- 31.12.1989" għan-numri ta’ referenza li ġejjin:

— 4. Alkyl(C12-C22) trimethyl-ammonium bro-mide u l-klorid (li jinkludi l-Cetrimonium bromide (INN) (+))

— 15. Benzethonium chloride (INN) (+)

— 16. Benzalkonium chloride (INN), bromide u saccharinate (+)

— 20. Hexamidine (INN) u l-imluħa tiegħu (li jinkludi l-isethionate u 4-hydroxybenzoate) (+);

9. fil-Parti 2 ta’ Anness VII in-numri ta’ referenza li ġejjin huma mħassra:

— 3. Padimate A (INN)

— 7. 3,3,5 - Trimethylcyclohexyl - 2 - acetamidoben- zoate

— 8. Potassium cinnamate

— 9. L-imluħa ta’ l-aċidu 4-Methoxycinnamic (imluħa tal-potassju, s-sodju u d-diethanolamine)

— 10. Propyl 4-methoxycinnamate

— 11. L-imluħa ta’ l-aċidu Saliċiliku (l-imluħa tal-potassju, tas-sodju u tat-triethanolamine)

— 14. Cinoxate (INN)

— 15. 3,4-Dihydroxy-5-(trihydroxybenzoyloxy) ben- zoic acid, trioleate

— 18. 2-Ethylhexyl 2-(4-phenylbenzoyl)-benzoate

— 19. 5-Methyl-2-phenylbenzoxazole

— 20. Sodium 3,4-dimethoxyphenylglyoxylate

— 21. 1,3-bis(4-methoxyphenyl) propane-1,3-dione

— 22. 5 - (3,3 - Dimethyl - 8,9,10 - trinorborn - 2 - ylidene) pent-3-en-2-one

— 23. alpha - (2 - Oxoborn - 3 - ylidene) - p - xylene - 2 - sul- phonic acid

— 27. l-aċidu alpha-cyano-4-methoxy cinnamic u l-esteru exiliku tiegħu

— 30. Cyclohexyl 4-methoxycinnamate;

10. Il-Parti 2 ta’ Anness VII hija mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mingħajr preġudizzju għad-dati permessi li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(4), (5), (8) u (10), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1990 għas-sustanzi li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 1(1) u b’effett mill-1 ta’ Jannar 1991 għas-sustanzi li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(2), (4), (5), (7), (8) u (10), la l-manufatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità ma għandhom ipoġġu fis-suq prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ma jkunux jistgħu jiġu mibjugħa jew mgħotija lill-konsumatur aħħari wara l-31 ta’ Diċembru 1990 meta jkun fihom is-sustanzi li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(1) u wara l-31 ta’ Diċembru 1992 meta jkun fihom is-sustanzi li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(2), (4), (5), (7), (8) u (10).

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1989. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lil-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonalili huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Frar 1989.

Għall-Kumissjoni

Karel Van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 382, tal- 31.12.1988, p. 46.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS VII

PARTI 2

LISTA TA’ FILTRI UV LI PROVIŻJONALIMENT PRODOTTI KOSMETIĊI JISTA’ JKOLLHOM

Numru ta’ referenza | Sustanzi | L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata | Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħrajn | Kondizzjonijiet ta’ l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta | Permissibbli sa |

a | b | c | d | e | f |

1 | N-Propoxylated ethyl-4-aminobenzoate (l-isomers imħallta) | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

2 | Ethoxylated ethyl-4-aminobenzoate | 10 % | | | tal- 31.12.1991 |

4 | Glycerol 1-(4-aminobenzoate) | 5 % | ħieles mill- Benzocaine (INN) | | tal- 31.12.1991 |

5 | 2-Ethylhexyl 4-dimethylaminobenzoate | 8 % | | | tal- 31.12.1991 |

6 | 2-Ethylhexyl salicylate | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

12 | Isopentyl 4-methoxycinnamate | 10 % | | | tal- 31.12.1991 |

13 | 2-Ethylhexyl 4- methoxycinnamate | 10 % | | | tal- 31.12.1991 |

16 | 2-Hydroxy-4-methoxy-4’-methylbenzophenone (mexenone) | 4 % | | Fih il- Mexenone | tal- 31.12.1991 |

17 | l-aċidu sulfoniku 2-Hydroxy-4-methoxybenzophenone-5 u l-imluħa tas-sodju (Sulisobenzone u Sulisobenzone sodium) | 5 % (espress bħala aċidu) | | | tal- 31.12.1991 |

24 | l-aċidu sulfoniku alpha-(2-Oxoborn-3-ylidene) toluene-4 u l-imluħa tiegħu | 6 % (espress bħala aċidu) | | | tal- 31.12.1991 |

25 | 3-(4’-Methylbenzylidene)-d-1-camphor | 6 % | | | tal- 31.12.1991 |

26 | 3-Benzylidene camphor | 6 % | | | tal- 31.12.1991 |

28 | 4-Isopropyl-dibenzoylmethane | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

29 | 4-Isopropylbenzyl salicylate | 4 % | | | tal- 31.12.1991 |

31 | 1-(4-tert-Butylphenyl)-3-(4-methoxyphenyl)propane-1,3-dione | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

32 | 2,4,6-Trianilino-(p-carbo-2’-ethylhexyl-1’-oxi)-1,3,5-triazine | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

"

--------------------------------------------------

ANNESS VII

PARTI 2

LISTA TA’ FILTRI UV LI PROVIŻJONALIMENT PRODOTTI KOSMETIĊI JISTA’ JKOLLHOM

Numru ta’ referenza | Sustanzi | L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata | Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħrajn | Kondizzjonijiet ta’ l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta | Permissibbli sa |

a | b | c | d | e | f |

1 | N-Propoxylated ethyl-4-aminobenzoate (l-isomers imħallta) | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

2 | Ethoxylated ethyl-4-aminobenzoate | 10 % | | | tal- 31.12.1991 |

4 | Glycerol 1-(4-aminobenzoate) | 5 % | ħieles mill- Benzocaine (INN) | | tal- 31.12.1991 |

5 | 2-Ethylhexyl 4-dimethylaminobenzoate | 8 % | | | tal- 31.12.1991 |

6 | 2-Ethylhexyl salicylate | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

12 | Isopentyl 4-methoxycinnamate | 10 % | | | tal- 31.12.1991 |

13 | 2-Ethylhexyl 4- methoxycinnamate | 10 % | | | tal- 31.12.1991 |

16 | 2-Hydroxy-4-methoxy-4’-methylbenzophenone (mexenone) | 4 % | | Fih il- Mexenone | tal- 31.12.1991 |

17 | l-aċidu sulfoniku 2-Hydroxy-4-methoxybenzophenone-5 u l-imluħa tas-sodju (Sulisobenzone u Sulisobenzone sodium) | 5 % (espress bħala aċidu) | | | tal- 31.12.1991 |

24 | l-aċidu sulfoniku alpha-(2-Oxoborn-3-ylidene) toluene-4 u l-imluħa tiegħu | 6 % (espress bħala aċidu) | | | tal- 31.12.1991 |

25 | 3-(4’-Methylbenzylidene)-d-1-camphor | 6 % | | | tal- 31.12.1991 |

26 | 3-Benzylidene camphor | 6 % | | | tal- 31.12.1991 |

28 | 4-Isopropyl-dibenzoylmethane | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

29 | 4-Isopropylbenzyl salicylate | 4 % | | | tal- 31.12.1991 |

31 | 1-(4-tert-Butylphenyl)-3-(4-methoxyphenyl)propane-1,3-dione | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

32 | 2,4,6-Trianilino-(p-carbo-2’-ethylhexyl-1’-oxi)-1,3,5-triazine | 5 % | | | tal- 31.12.1991 |

--------------------------------------------------

Top