Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31970L0221

    Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23–24 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(I) P. 192 - 193

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/221/oj

    31970L0221



    Official Journal L 076 , 06/04/1970 P. 0023 - 0024
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0135
    Danish special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0170
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0135
    English special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0192
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0089
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0217
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0217


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    ta’ l-20 ta’ Marzu 1970

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (70/221/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia għat-tankijiet tagħhom tal-karburant likwidu u għall-mezzi tagħhom ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara;

    Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, billi għaldaqstant huwa neċessarju li l-Istati Membri kollha jaddottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal- Kunsill [3] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom li għandha tiġi applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi 25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju agrikoli u vetturi tax-xogħlijiet pubbliċi.

    Artikolu 2

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li jirrelataw ma’ tankijiet ta’ karburant likwidu jew mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 3

    L-emendi neċessarji għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Anness sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġiet stabbiliti taħt il-punt I, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Diretiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jikkontjenu l-ħtiġiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Marzu 1970.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Harmel

    [1] ĠU Ċ 160, 18.12.1969, p. 7.

    [2] ĠU Ċ 48, 16.4.1969, p. 16.

    [3] ĠU L 42, 25.7.1998, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    I. It-Tankijiet u tankijiet ta’ riserva għal karburant likwidu.

    I.1. It-tankijiet tal-karburant għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jirreżistu l-korrożjoni. Għandhom jissodisfaw it-testijiet ta’ ċarċir imwettqa mill-fabbrikant bi pressjoni ugwali għad-doppju tal-pressjoni tax-xogħol iżda fi kwalunkwe każ mhux anqas minn 1.3bars. Kwalunkwe pressjoni in eċċess jew kwalunkwe pressjoni li taqbeż il-pressjoni operattiva għandha tiġi awtomatikament ikkompensata b’mezz addattat (ventijiet, valvoli ta’ sigurtà, eċċ.). Il-ventijiet għandhom ikunu maħsuba b’tali mod li jipprevjenu kwalunkwe riskji ta’ nar. Il-karburant m’għandux inixxi mit-tapp tat-tank tal-karburant jew mill-mezz fornit sabiex jikkumpensa pressjoni eċċessiva, anke jekk it-tank jinqaleb kompletament: qatra għandha tiġi ttollerata.

    I.2. It-tankijiet tal-karburant għandhom jiġu installati b’tali mod li jkunu protetti mill-konsegwenzi ta’ impatt fuq quddiem jew fuq wara tal-vettura; m’għandu jkun hemm ebda partijiet imqabbża ‘l barra, xfar jaqtgħu, eċċ qrib it-tankijiet.

    II. Mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara

    II.1. Id-distanza mill-art matul il-wisa’ tan-naħa ta’ wara tax-chassis jew tal-partijiet prinċipali tal-karrozzerija ma tistax teċċedi 70 ċm, meta iċ-ċentru tal-fus ta’ wara nett u l-punt ta’ wara nett tal-vettura huma aktar minn metru ‘l-bogħod minn xulxin.

    II.2. Jekk din il-ħtieġa ma tiġix sodisfatta, l-vettura għandha tkun mgħammra b’mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara armat skond l-ispeċifikazzjonijiet elenkati hawn taħt.

    II.3. Speċifikazzjonijiet għall-armar ta’ mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara:

    II.3.1. In-naħa ta’ taħt tal-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għandu jkun anqas minn 70ċm mill-art meta l-vettura tinħatt.

    II.3.2. Fil-post fejn il-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara huwa armat il-wisa’ tiegħu ma tistax teċċedi l- wisa’ tal-vettura jew ikun anqas mill-wisa’ tal-vettura b’aktar minn 10 ċm fuq iż-żewġ naħat.

    II.3.3. Il-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għandu jitqiegħed qrib kemm jista’ jkun għan-naħa ta’ wara tal-vettura u fl-ebda każ aktar minn 60 ċm mill-punt ta’ wara nett tal-vettura.

    II.3.4. It-trufijiet tal-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara m’għandhomx jintlewew lura.

    II.3.5. Il-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għandu jkun imwaħħal sod max-chassis sidemembers jew ma’ dak kollu li jissostitwihom.

    II.3.6. Il-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għandu jkollu saħħa ta’ liwja mill-inqas ekwivalenti għal dik ta’ travu ta’ l-azzar li l-cross-section tiegħu għandha modulu ta’ saħħa ta’ liwja ta’ 20ċm3.

    II.4. B’deroga mill-ħtiġiet preċedenti, vetturi tat-tipi li ġejjin m’għandhomx ikunu mgħammra b’mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara:

    - tratturi għal semi-karrijiet;

    - karrijiet "sospiżi" u karrijiet simili oħra għat-trasport ta’ zkuk jew ta’ ħwejjeġ oħra twal ħafna;

    - vetturi li għalihom mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara huwa imkompatibbli ma’ l-użu tagħhom.

    --------------------------------------------------

    Top