EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013A0718(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali

ĠU L 195, 18.7.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2013/718/oj

18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 195/1


Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali

Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ dawn il-miżuri.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2011 li jistabbilixxi l-Annessi X u XI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (4) ġie adottat fl-10 ta’ Novembru 2011. F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Jannar 2009, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (5) safejn dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001 (6).

F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim, id-Danimarka, permezz ta’ ittra tal-11 ta’ Jannar 2012, innotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2011. Dan ifisser li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1142/2011 se jiġu applikati għar-relazzjonijiet ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka.

F’konformità mal-Artikolu 4(4) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1142/2011 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim safejn din temenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 4/2009, u hija meqjusa bħala annessa miegħu.

B’referenza għall-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1142/2011 fid-Danimarka tista’ sseħħ amministrattivament skont it-Taqsima 9 tal-Att dwar il-liġi Daniża Nru 1563 tal-20 ta’ Diċembru 2006 fuq ir-Regolament Brussell I. Il-miżuri amministrattivi neċessarji daħlu fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2012.


(1)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.

(2)  ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 293, 11.11.2011, p. 24.

(5)  ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 149, 12.6.2009, p. 80.


Top