Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 32005D0059
2005/59/EC: Commission Decision of 26 January 2005 approving the plans for the eradication of classical swine fever in feral pigs and the emergency vaccination of such pigs in Slovakia (notified under document number C(2005) 127)Text with EEA relevance
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Jannar 2005 dwar l-approvazzjoni ta' pjanijiet ta' eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim f'sitwazzjoni ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer fis-Slovakkja (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 127) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Jannar 2005 dwar l-approvazzjoni ta' pjanijiet ta' eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim f'sitwazzjoni ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer fis-Slovakkja (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 127) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 24, 27.1.2005г., стр. 46—47
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005г., стр. 309—310
(MT)
Вече не е в сила, Дата на изтичане на валидността: 28/03/2013; Imħassar b' 32013D0164
|
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
309 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Jannar 2005
dwar l-approvazzjoni ta' pjanijiet ta' eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim f'sitwazzjoni ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer fis-Slovakkja
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 127)
(It-test slovakk biss huwa awtentiku)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2005/59/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni tal-ħnieżer li jissejjaħ klassiku (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 20(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-2004 id-deni tal-ħnieżer li jissejjaħ klassiku kien preżenti fil-popolazzjoni tal-ħanżir salvaġġ f'ċerti partijiet tas-Slovakkja. Kawża tat-tfaqqigħ tad-deni klassiku tal-ħnieżer il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2004/375/KE (2), 2004/625/KE (3) u 2004/XXX/KE (4) li jemendaw id-Deċiżjoni 2003/526/KE dwar miżuri ta' protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (5) li fasslu miżuri addizzjonali ta' kontroll tal-mard. |
|
(2) |
L-Islovakkja ġabet fis-seħħ programm intensiv sabiex tkun tista' tagħmel stħarriġ tad-deni tal-ħnieżer klassiku mal-pajjiż kollu l-aktar fiż-żoni infettati. Dak il-programm għadu għaddej. |
|
(3) |
Għalhekk, L-Islovakkja issa ssottomettiet għall-approvazzjoni pjan sabiex tikseb l-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ lill-Amminstrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u ta' l-Ikel (DVFA) ta' Trnava (li jinkludu d-distretti ta' Piešťany, Hlohovec u Trnava), Levice (inkluż id-distrett ta' Levice), Nitra (inklużi d-distretti ta' Nitra u Zlaté Moravce), Topoľčany (inkluż id-distrett ta' Topoľčany), Nové Mesto nad Váhom (inklużi id-distretti ta' Nové Mesto nad Váhom), Trenčín (inklużi id-distretti ta' Trenčín u Bánovce nad Bebravou) Prievidza (inklużi id-distretti ta' Prievidza u Partizánske), Púchov (inklużi id-distretti ta' Púchov u Ilava), Žiar nad Hronom (inklużi id-distretti ta' Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (inklużi id-distretti ta' Zvolen u Detva), Banská Bystrica (inklużi d-distretti ta' Banská Bystrica Brezno), Lučenec (inklużi id-distretti ta' Lučenec u Poltár), Krupina kif ukoll Veľký Krtíš. |
|
(4) |
Minħabba li s-Slovakkja għandha intenzjoni li tintroduċi t-tilqim tal-ħanżir salvaġġ fid-distretti ta' Trenčín, Bánovce nad Bebravou, Prievidza, Partizánske, Zvolen, Krupina, Detva, Veľký Krtíš, Lučenec u Poltár issottomettiet ukoll għall-approvazzjoni pjan ta' tilqim għal sitwazzjoni ta' emerġenza. |
|
(5) |
L-awtoritajiet Slovakki awtorizzaw l-użu ta' tilqima kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer li tikkonsisti minn mikrobu ħaj immodifikat sabiex ma jikkawżax il-marda innifisha (tal-varjetà Ċ) għall-użu ta' tilqim tal-ħanżir salvaġġ li jingħata permezz ta' lixki orali. |
|
(6) |
Il-pjanijiet dwar l-eradikazzjoni tad-deni tal-ħnieżer li jissejjaħ klassiku fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim f'sitwazzjoni ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer fiż-żoni speċifikati, kif issottomettiet is-Slovakkja, ġew eżaminati u nstab li huma konformi mad-Direttiva 2001/89/KE. |
|
(7) |
Għar-raġuni ta' trasparenza huwa xieraq li jiġi stipulat f'din id-Deċiżjoni iż-żoni ġeografiċi li fihom trid issir implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' l-eradikazzjoni u tat-tilqim f'sitwazzjoni ta' emerġenza |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma stipulati b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pjan li ssottomettiet is-Slovakkja għall-eradikazzjoni tad-deni tal-ħnieżer li jisejjaħ klassiku fil-ħanżir salvaġġ kif stipulat fil-punt 1 ta' l-Anness ġie approvat.
Artikolu 2
Il-pjan li ssottomettiet is-Slovakkja għat-tilqim f'sitwazzjoni ta' emerġenza tal-ħanżir salvaġġ kif stipulat fil-punt 2 ta' l-Aness ġie approvat.
Artikolu 3
L-Islovakkja ser tieħu, b'mod immedjat, il-passi meħtieġa sabiex tħares din id-Deċiżjoni u tippubblika dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw immdejatament lill-Kummissjoni bihom.
Artikolu 4
Din id-Deċiżoni hija ndirizzata lir-Repubblika tas-Slovakkja.
Magħmula fi Brussell, fis-26 ta' Jannar 2005
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni Ewropea
(1) ĠU L 316, ta'l- 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Sħubija ta' l-2003.
(2) ĠU L 118, ta' l-23.4.2004, p. 72.
(3) ĠU L 280, ta' l-31.8.2004, p. 36.
(4) ĠU L 359, ta' l-4.12.2004, p. 61.
(5) ĠU L 183, tat-22.7.2003, p. 46 kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/83/KE.
ANNESS
1. Żoni territorjali fejn il-pjan ta' l-eradikazzjoni ser jinġieb fis-seħħ
It-territorju ta' l-Amminstrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u ta' l-Ikel (DVFA) ta' Trnava (li jinkludu d-distretti ta' Piešťany, Hlohovec u Trnava), Levice (inkluż id-distrett ta' Levice), Nitra (inklużi id-distretti ta' Nitra u Zlaté Moravce), Topoľčany (inkluż id-distrett ta' Topoľčany), Nové Mesto nad Váhom (inklużi d-distretti ta' Nové Mesto nad Váhom), Trenčín (inklużi id-distretti ta' Trenčín u Bánovce nad Bebravou) Prievidza (inklużi d-distretti ta' Prievidza u Partizánske), Púchov (inklużi d-distretti ta' Púchov u Ilava), Žiar nad Hronom (inklużi d-distretti ta' Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (inklużi d-distretti ta' Zvolen u Detva), Banská Bystrica (inklużi d-distretti ta' Banská Bystrica Brezno), Lučenec (inklużi d-distretti ta' Lučenec u Poltár), Krupina kif ukoll Veľký Krtíš.
2. Żoni fejn il-pjan ta' tilqim f'sitwazzjoni ta' emerġenza ser jinġieb fis-seħħ
It-territorju tad-distretti ta' Trenčín, Bánovce nad Bebravou, Prievidza, Partizánske, Zvolen, Krupina, Detva, Veľký Krtíš, Lučenec u Poltár.