EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1312R(01)

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1312 tal-21 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 308 tat-22 ta' Settembru 2020)

ĠU L 435, 23.12.2020, p. 80–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1312/corrigendum/2020-12-23/oj

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 435/80


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1312 tal-21 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 308 tat-22 ta' Settembru 2020 )

Fil-paġna 3, l-Artikolu 1:

minflok:

“(h)

il-bejgħ, il-forniment, jew l-esportazzjoni ta’ armi u tagħmir letali relatat ieħor li mhumiex elenkati fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), u l-forniment ta’ assistenza relatata, lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inkluż l-istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili, meta tali armi u tagħmir ikunu intenzjonati biss għall-appoġġ jew l-użu fil-proċess tar-RĊA tar-RSS, kif approvat minn qabel mill-Kumitat; jew”.”;

aqra:

“(h)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u tagħmir letali relatat ieħor li mhumiex elenkati fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), u l-forniment ta’ assistenza relatata, lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inkluż l-istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili, meta tali armi u tagħmir ikunu intenzjonati biss għall-appoġġ jew l-użu fil-proċess tar-RĊA tar-RSS, kif approvat minn qabel mill-Kumitat; jew”.”.


Top