EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1000

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/4567

ĠU L 221, 10.7.2020, p. 105–106 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1000/oj

10.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 221/105


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1000

tad-9 ta’ Lulju 2020

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Ġermaniża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014 (2) fihom żbalji fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) fir-rigward tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Dawk l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Il-verżjoni tal-lingwa Maltija tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 fiha żball fil-punt (h) tal-Artikolu 1(2) fir-rigward tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Dak l-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(3)

Il-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 fiha żball addizzjonali fil-punt 1(9) tal-Anness I, fil-punt 1(o) tal-Anness IV u fil-punt 1(o) tal-Anness V fir-rigward ta’ wieħed mit-termini definiti għall-finijiet tal-Annessi II sa IX. Dak l-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Ġermaniża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet tal-lingwa l-oħrajn mhumiex affettwati.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1253/2014 huwa kkoreġut kif ġej:

l

Artikolu 1(2) huwa kkoreġut kif ġej:

 

il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

jinkludu skambjatur tas-sħana u pompa tas-sħana għall-irkupru tas-sħana, jew li tippermetti t-trasferiment jew l-estrazzjoni tas-sħana bħala funzjoni addizzjonali għas-sistema tal-irkupru tas-sħana, bl-eċċezzjoni tat-trasferiment tas-sħana għall-protezzjoni mill-ġlata jew għat-tneħħija tas-silġ;”;

 

il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:“huma klassifikati bħala estratturi tal-kukers koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 (*) dwar l-apparat tal-kċina. (*)Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal-14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 33).”;

2.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

3.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

4.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014 tas-7 ta’ Lulju 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni (ĠU L 337, 25.11.2014, p. 8).


Top