Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.
Documento 32020R0690
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/690 of 17 December 2019 laying down rules for the application of Regulation (EU) 2016/429 of the European Parliament and of the Council as regards the listed diseases subject to Union surveillance programmes, the geographical scope of such programmes and the listed diseases for which the disease-free status of compartments may be established (Text with EEA relevance) (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/690 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mard elenkat soġġett għal programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, l-ambitu ġeografiku ta’ tali programmi u l-mard elenkat li għalih jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/690 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mard elenkat soġġett għal programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, l-ambitu ġeografiku ta’ tali programmi u l-mard elenkat li għalih jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 174, 3.6.2020, pagg. 341–344
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In vigore: Questo atto è stato modificato. Versione consolidata attuale: 19/08/2024
3.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/341 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/690
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mard elenkat soġġett għal programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, l-ambitu ġeografiku ta’ tali programmi u l-mard elenkat li għalih jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 30(1) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li hu trasmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, fosthom regoli għas-sorveljanza, l-qerda u l-għoti tal-istatus ta’ ħieles mill-mard fil-livell tal-kompartimenti. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi lista armonizzata ta’ mard trasmissibbli tal-annimali (“mard elenkat”) li jippreżenta riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali fl-Unjoni, sew jekk fl-Unjoni kollha u sew jekk f’partijiet minnha biss. |
(3) |
L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistipula l-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni għal ċertu mard elenkat. L-Artikolu 30 ta’ dak ir-Regolament jistipula d-determinazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni ta’ liema mard minn dak elenkat jenħtieġ li jkun soġġett għall-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, inkluż l-ambitu ġeografiku ta’ tali programmi. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 iħassar id-Direttiva 2005/94/KE (2) b’effett mill-21 ta’ April 2021. Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula programmi ta’ sorveljanza obbligatorji għall-influwenza tat-tjur fit-tjur u għasafar selvaġġi. Il-programmi ta’ sorveljanza obbligatorji għall-influwenza tat-tjur ikomplu jkunu rilevanti biex jiżguraw livell għoli ta’ sorveljanza madwar l-Unjoni minħabba l-impatt li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jkollha fuq is-saħħa tal-annimali. Jenħtieġ li dawn il-programmi jinkludu wkoll is-sorveljanza ta’ ċerti żoni b’riskju akbar ta’ mutazzjoni tal-viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa għal viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja. Is-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur tikkontribwixxi wkoll għall-għarfien dwar il-viruses li huma ta’ riskju żootekniku potenzjali. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-obbligu jiġi rifless fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 permezz tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni għall-influwenza tat-tjur. |
(5) |
Skont il-lista armonizzata ta’ mard trasmissibbli tal-annimali fir-Regolament (UE) 2016/429, issir distinzjoni bejn l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u infezzjoni b’viruses tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, jenħtieġ li din id-distinzjoni tkun riflessa fl-ambitu tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni. |
(6) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (3) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kriterji għall-istabbiliment tal-mard elenkat soġġett għall-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u l-kontenut ta’ tali programmi. L-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u l-infezzjoni bil-viruses tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa jikkonformaw ma’ dawk il-kriterji. |
(7) |
L-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/429 lill-Istati Membri jagħtihom id-dritt li japplikaw għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti għal ċertu mard elenkat imsemmi fil-punti (a), (b), u (c) tal-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament. Att ta’ implimentazzjoni jeħtieġ jiddetermina għal liema minn dan il-mard elenkat jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (4) b’effett mill-21 ta’ April 2021. Id-Direttiva 2006/88/KE tistipula l-istabbiliment ta’ kompartimenti ħielsa mill-mard għal lista ta’ mard tal-annimali akkwatiċi f’konformità mal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Sabiex ikun aktar faċli li jinżamm l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti, u sakemm ikun l-iktar possibbli, jenħtieġ li l-mard tal-annimali akkwatiċi inkluż f’dik il-lista jintuża għall-finijiet tal-mard elenkat li għalih jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien minn mard tal-kompartimenti fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429. |
(9) |
Billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/429 li jirregolaw il-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament japplikaw mill-21 ta’ April 2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-mard elenkat soġġett għall-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni f’konfomità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-ambitu ġeografiku ta’ tali programmi huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-mard elenkat li għalih jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/429 huwa stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u għall-mard ġdid (Ara l-paġna 211 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
ANNESS I
MARD ELENKAT SOĠĠETT GĦALL-PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA TAL-UNJONI |
AMBITU ĠEOGRAFIKU TAL-PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA TAL-UNJONI |
L-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja |
It-territorju kollu tal-Istat Membru |
L-infezzjoni bil-viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa |
It-territorju kollu tal-Istat Membru |
ANNESS II
MARD ELENKAT LI GĦALIH JISTA’ JIĠI STABBILIT L-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TAL-KOMPARTIMENTI |
In-nekrożi ematopojetika epiżotika |
Is-settiċimija emorraġika virali |
In-nekrożi ematopojetika infettiva |
L-infezzjoni bil-virus imħassar tal-anemija tas-salamun li huwa ta’ reġjun polimorfiku ħafna (HPR) |
L-infezzjoni bil-Microcytos mackini |
L-infezzjoni bil-Perkinsus marinus |
L-infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
L-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
L-infezzjoni bil-Marteilia refringens |
L-infezzjoni bil-virus tas-sindrome Taura |
L-infezzjoni bil-virus tar-ras safra |
L-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod |