Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1275

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1275 tat-18 ta' Settembru 2018 li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939

    ST/11513/2018/INIT

    ĠU L 238, 21.9.2018, p. 92–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1275/oj

    21.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/92


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1275

    tat-18 ta' Settembru 2018

    li taħtar il-membri tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, għandu jitwaqqaf bord tal-għażla sabiex ifassal lista preselettiva ta' kandidati kwalifikati għall-pożizzjoni ta' Kap Prosekutur Ewropew u biex jipprovdi opinjoni motivata dwar il-kwalifiki ta' kandidati għal Prosekuturi Ewropej.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaħtru l-Kap Prosekutur Ewropew, bi qbil komuni, minn lista preselettiva ta' kandidati kwalifikati li titfassal mill-bord tal-għażla.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi wkoll li l-Kunsill jaħtar kull Prosekutur Ewropew minn fost tliet kandidati nnominati minn kull Stat Membru wara li jkun irċieva opinjoni motivata mill-bord tal-għażla.

    (4)

    Il-bord tal-għażla għandu jeżamina l-applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Kap Prosekutur Ewropew u għall-pożizzjonijiet ta' Prosekuturi Ewropej fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 14(2) u 16(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939, rispettivament, inkluż jekk hijiex iggarantita l-indipendenza tal-kandidati.

    (5)

    Il-bord tal-għażla għandu jinkludi tnax-il persuna magħżula minn fost dawk li kienu membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Awdituri, dawk li kienu membri nazzjonali tal-Eurojust, membri tal-qrati supremi nazzjonali, prosekuturi ta' livell għoli u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta.

    (6)

    Waħda mill-persuni tal-bord għandha tkun proposta mill-Parlament Ewropew. Fil-31 ta' Mejju 2018, il-Parlament Ewropew ħatar lis-Sur Antonio MURA bħala l-membru tal-bord li għandu jiġi propost minnu.

    (7)

    Il-Kummissjoni qieset il-ħtieġa għal bilanċ ġeografiku, bilanċ bejn is-sessi u r-rappreżentanza dovuta tas-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri parteċipanti fl-UPPE għas-sħubija fil-bord tal-għażla.

    (8)

    Fost il-ħdax-il persuna, jiġifieri, sitt irġiel u ħames nisa, proposti mill-Kummissjoni, hemm persuna li kienet membru tal-Qorti tal-Ġustizzja, persuna li kienet membru tal-Qorti tal-Awdituri, persuna li kienet membru nazzjonali tal-Eurojust, ħames prosekuturi ta' livell għoli, żewġ membri ta' qrati supremi nazzjonali u avukat ta' kompetenza rikonoxxuta.

    (9)

    L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li taħtar il-membri tal-bord fuq proposta mill-Kummissjoni.

    (10)

    Għalhekk jenħtieġ li jinħatru l-membri tal-bord tal-għażla,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-perijodu ta' erba' snin mid-9 ta' Ottubru 2018, il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru membri tal-bord previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939:

     

    Is-Sur Peter FRANK

     

    Is-Sinjura Ulrike HABERL-SCHWARZ

     

    Is-Sur Theodoros IOANNIDES

     

    Is-Sinjura Saale LAOS

     

    Is-Sur Jean-Claude MARIN

     

    Is-Sur Ján MAZÁK

     

    Is-Sinjura María de los Ángeles GARRIDO LORENZO

     

    Is-Sur Marin MRČELA

     

    Is-Sur Antonio MURA

     

    Is-Sur Vítor Manuel DA SILVA CALDEIRA

     

    Is-Sinjura Martine SOLOVIEFF

     

    Is-Sinjura Raija TOIVIAINEN

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. BLÜMEL


    (1)  ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.


    Top