Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1205

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1205 tal-5 ta' Lulju 2017 li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mit-23 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

    ĠU L 173, 6.7.2017, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1205/oj

    6.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 173/13


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1205

    tal-5 ta' Lulju 2017

    li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mit-23 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 (2) fetaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina.

    (2)

    L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 stabbilixxa, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-ammont tal-kwota bin-numru tal-ordni 09.4307 għal 270 000 tunnellata.

    (3)

    L-ammonti li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni introdotti mit-23 ta' Ġunju 2017 mis-13.00 sat-30 ta' Ġunju 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4307, huma iktar mill-ammonti disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-ammonti mitluba skont il-kwota kkonċernata, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

    (4)

    Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4307, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 għall-perjodu tal-kwota attwali.

    (5)

    Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-ammonti li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4307 u msemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, ippreżentat mit-23 ta' Ġunju 2017 mis-13.00 sat-30 ta' Ġunju 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell, ġew assenjati koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 56,118160 % għall-applikazzjonijiet ippreżentati fil-qafas tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4307.

    2.   Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji, fil-qafas tal-kwota bin-numru tal-ordni 09.4307, imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, hija sospiża mit-30 ta' Ġunju 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell, għall-perjodu tal-kwota attwali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2017.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali

    Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 302, tad-19.11.2015, p. 81).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


    Top