Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2322

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2322 tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

    C/2016/8497

    ĠU L 345, 20.12.2016, p. 117–118 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2322/oj

    20.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 345/117


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2322

    tad-19 ta' Diċembru 2016

    dwar il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jistabbilixxi rekwiżiti għall-kumpaniji tar-riċiklaġġ tal-bastimenti, għall-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti u għall-operaturi tal-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti fir-rigward tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, l-operatur ta' faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti, fi żmien 14-il ġurnata mid-data tar-riċiklaġġ totali jew parzjali skont il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment, għandu jibgħat dikjarazzjoni tat-tlestija lill-amministrazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta' bastiment lest għar-riċiklaġġ rigward il-bastiment. Il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija għandu jkun konsistenti mal-Appendiċi 7 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Riċiklaġġ ta' Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent adottata f'Ħong Kong fil-15 ta' Mejju 2009 (il-“Konvenzjoni ta' Ħong Kong”).

    (3)

    Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, “riċiklaġġ tal-bastimenti” ifisser attività ta' żarmar komplet jew parzjali ta' bastiment. Għalhekk, fil-każ ta' żarmar parzjali hija meħtieġa dikjarazzjoni tat-tlestija tar-riċiklaġġ. Il-format tad-dikjarazzjoni tat-tlestija jirreferi għal faċilità waħda ta' riċiklaġġ tal-bastimenti. Fil-każ ta' żarmar ta' bastiment wieħed li jkun qed iseħħ f'diversi faċilitajiet, hija meħtieġa dikjarazzjoni separata tat-tlestija għal kull faċilità involuta fil-proċess.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dikjarazzjonijiet tat-tlestija tar-riċiklaġġ tal-bastiment meħtieġa skont l-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għandha tikkonforma mal-format stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1


    ANNESS

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top