This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1795
Council Decision (EU) 2016/1795 of 29 September 2016 establishing the position to be adopted on behalf of the European Union with regard to the amendments to the Annexes to the European Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Road (ADR) and to the Annexed Regulations to the European Agreement concerning the International Carriage of Dangerous Goods by Inland Waterways (ADN)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1795 tad-29 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) u għar-Regolamenti Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1795 tad-29 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) u għar-Regolamenti Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)
ĠU L 274, 11.10.2016, p. 52–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1795
tad-29 ta' Settembru 2016
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) u għar-Regolamenti Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-azzjoni mill-Unjoni fis-settur tat-trasport tal-oġġetti perikolużi għandha timmira lejn it-titjib tas-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport, il-protezzjoni tal-ambjent u l-faċilitazzjoni tat-trasport internazzjonali. |
(2) |
L-Unjoni mhijiex Parti Kontraenti tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (l-“ADR”) u tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġ tal-Ilma Interni (l-“ADN”). Madankollu, l-Istati Membri kollha huma Partijiet Kontraenti tal-ADR, u 13-il Stat Membru huma Partijiet Kontraenti tal-ADN. |
(3) |
Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistabbilixxi rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi tal-ilma interni fl-Istati Membri jew bejniethom. Tagħmel dan permezz ta' referenza għall-ADR, għar-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija li jidhru fl-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) (l-“RID”) u l-ADN. Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/68/KE jistipula “It-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti tal-ADR, l-RID jew l-ADN, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi.”. |
(4) |
Bejn l-2014 u l-2016, il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15 u l-Kumitat Amministrattiv tal-ADN, f'konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 14 tal-ADR u l-Artikolu 20 tal-ADN rispettivament, żviluppaw ċerti emendi li huma mistennija li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017. |
(5) |
Dawk l-emendi, li jikkonċernaw standards tekniċi u preskrizzjonijiet tekniċi uniformi, għandhom l-għan li jiżguraw it-trasport sigur u effiċjenti ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jieħdu kont tal-progress xjentifiku u tekniku fis-settur u tal-iżvilupp ta' sustanzi u oġġetti ġodda li jippreżentaw perikolu matul it-trasport tagħhom. L-iżvilupp tat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq u bil-passaġġi tal-ilma interni, kemm fl-Unjoni kif ukoll bejn l-Unjoni u pajjiżi ġirien, huwa komponent ewlieni tal-politika komuni tat-trasport u jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-oqsma tal-industrija kollha li jipproduċu jew li jużaw oġġetti klassifikati bħala perikolużi skont l-ADR u l-ADN. |
(6) |
L-emendi kollha proposti huma ġustifikati u ta' benefiċċju, u għandhom jiġu appoġġati. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita din il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar l-emendi proposti għall-Annessi tal-ADR u għar-Regolamenti Annessi tal-ADN, kif indikat fl-Anness, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea rigward l-emendi proposti għall-Annessi tal-ADR u r-Regolamenti Annessi tal-ADN għandha tkun f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Jista' jintlaħaq qbil dwar bidliet formali u minuri għall-emendi proposti għall-ADR u l-ADN imsemmija fl-ewwel paragrafu, mibgħuta mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni tal-Unjoni kif indikata fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-ftehimiet imsemmija f'dak l-Artikolu, waqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 3
Referenza għall-emendi aċċettati għall-Annessi tal-ADR u għar-Regolamenti Annessi tal-ADN għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b'indikazzjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. ŽIGA
(1) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
ANNESS
Proposta |
Dokument ta' referenza |
Notifika |
Suġġett |
Kummenti |
Pożizzjoni tal-UE |
1 |
ECE/TRANS/WP.15/231 |
C.N.443.2016.TREATIES-XI.B.14 |
Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR |
Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15. |
Taqbel mal-emendi. |
2 |
ECE/TRANS/WP.15/231/Corr.1 |
C.N.443.2016.TREATIES-XI.B.14 |
Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR |
Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15. |
Taqbel mal-emendi. |
3 |
ECE/TRANS/WP.15/231/Add.1 |
C.N.443.2016.TREATIES-XI.B.14 |
Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR |
Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15. |
Taqbel mal-emendi. |
4 |
ECE/ADN/36 |
C.N.444.2016.TREATIES-XI.D.6 |
Abbozz ta' emendi għar-Regolamenti annessi mal-ADN |
Kunsens tekniku fil-Kumitat Amministrattiv |
Taqbel mal-emendi. |
5 |
ECE/ADN/36/Add.1 |
C.N.607.2016.TREATIES-XI.D.6 |
Abbozz ta' emendi għar-Regolamenti annessi mal-ADN |
Kunsens tekniku fil-Kumitat Amministrattiv |
Taqbel mal-emendi. |