This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0384
2012/384/EU: Commission Implementing Decision of 12 July 2012 amending Decision 2009/11/EC authorising methods for grading pig carcasses in Spain (notified under document C(2012) 4711)
2012/384/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/11/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4711)
2012/384/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/11/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4711)
ĠU L 186, 14.7.2012, p. 32–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2009/11/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4711)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
(2012/384/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/11/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ erba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Spanja. |
(2) |
Spanja ddikjarat li minħabba żviluppi teknoloġiċi ġodda u l-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ta’ żewġ apparati awtorizzati fi Spanja jinħtieġ li jiġu kkalibrati dawk l-istrumenti ġodda sabiex jinkisbu formuli ġodda għall-użu tagħhom fi Spanja. |
(3) |
Fi grupp sinifikanti ta’ biċċeriji fi Spanja, ma jinqabiżx l-għadd ta’ 500 qatla ta’ majjali fil-ġimgħa fuq bażi medja annwali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ metodu għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjali xieraq għall-kapaċità tal-qatla tagħhom. |
(4) |
Spanja talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza tliet metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni li tindika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi, tar-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet użati biex issir stima tal-perċentwal ta’ laħam dgħif fil-Protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (3). |
(5) |
Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk, dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fi Spanja. |
(6) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/11/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(7) |
Il-modifiki tal-apparat jew il-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx jiġu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/11/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) fi Spanja:
Il-metodu manwali ZP b’riga, imsemmi fil-punt (g) tal-ewwel paragrafu, għandu jiġi awtorizzat biss għall-biċċeriji:
|
(2) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/11/KE, għandhom jiżdiedu l-Parti 5, 6 u 7 li ġejjin:
“Parti 5
FAT-O-MEAT’ER (FOM II)
1. |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘Fat-O-Meat’er (FOM II)’. |
2. |
L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl FAT-O-Meat’er. Il-FOM II jikkonsisti f’sonda ottika b’sikkina, tagħmir għall-kejl tal-ħxuna li għandu distanza operattiva ta’ bejn 0 u 125 mm u bord tal-akkwist u l-analiżi tad-dejta — kompjuter Carometec Touch Panel i15 (Ingress Protection IP69K). Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat FOM II stess. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Ŷ = 64,53 – 0,876 × X1 + 0,181 × X2 fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramm (piż tal-karkassa sħuna). |
Parti 6
AUTOFOM III
1. |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘AutoFOM III’. |
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transdjuser ultrasoniku ta’ 2 MHz (Carometec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transdjusers ta’ 25 mm. Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi l-kejl tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar, il-ħxuna tal-muskolu u l-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkass għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Ŷ = 68,44293415 – (0,35254288 × R2P10) – (0,31514342 × R2P15) – (0,19383319 × R2P16) + (0,02067879 × R3P3) + (0,03303812 × R3P5) + (0,02479771 × R3P6) + (0,02710736 × R3P7) + (0,02310621 × R3P9) – (0,07075210 × R4P10) fejn:
R2P10, R2P15, R2P16,R3P3, R3P5, R3P6, R3P7, R3P9 u R4P10 huma l-varjabbli mkejla minn AutoFOM III, |
4. |
Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni minn Spanja skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (*). Din il-formula hija valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg (piż tal-karkassa sħuna). |
Parti 7
METODU MANWALI (ZP)
1. |
Ir-regoli pprovduti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-‘metodu manwali (ZP)’ bil-kejl bir-riga. |
2. |
Il-metodu jista’ jiġi implimentat permezz ta’ riga, fejn il-klassifika tiġi determinata abbażi ta’ ekwazzjoni ta’ tbassir. Hija bbażata fuq il-kejl manwali tal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma tal-ħxuna tax-xaħam u l-ħxuna tal-muskolu. |
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Ŷ = 59,89 – 0,821 × F + 0,157 × M fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg (piż tal-karkass sħun). |