This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0955
Commission Regulation (EU) No 955/2010 of 22 October 2010 amending Regulation (EC) No 798/2008 as regards the use of vaccines against Newcastle disease Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2010 tat- 22 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2010 tat- 22 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 279, 23.10.2010, p. 3–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 955/2010
tat-22 ta’ Ottubru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1)(b) u l-Artikolu 26(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2) jistipula r-rekwiżiti ta’ ċertifkazzjoni veterinarja għal dawk il-komoditajiet. Dawk ir-rekwiżiti jqisu jekk humiex meħtieġa garanziji addizzjonali jew kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-istat tal-marda ta’ Newcastle f’dawk il-kompartimenti, żoni, territorji jew pajjiżi terzi. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipula wkoll il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni ta’ jekk kompartiment, żona, territorju jew pajjiż terz għandux jitqies ħieles mill-marda ta’ Newcastle. Wieħed minn dawn il-kriterji huwa li ma jsir l-ebda tilqim kontra l-marda bl-użu ta’ vaċċini li ma jikkonformawx mal-kriterji għall-vaċċini rikonoxxuti tal-marda ta’ Newcastle stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VI ma’ dak ir-Regolament. Il-Punt 2 tal-Parti II ta’ dak l-Anness jistabbilixxi kriterji speċifiċi għall-vaċċini tal-marda ta’ Newcastle inkluż għall-vaċċini inattivati. |
(3) |
Il-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (il-Manwal tal-OIE) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle inklużi kontrolli tas-sigurtà fi stadji differenti tal-proċess ta’ manifatturazzjoni. |
(4) |
Bil-ħsieb li jiġi ssalvagwardjat l-istat tas-saħħa tat-tjur fl-Unjoni u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ fit-tjur u l-laħam tat-tjur, huwa xieraq li r-rekwiżiti għall-vaċċini tal-marda ta’ Newcastle u l-użu tagħhom f’pajjiżi terzi minn fejn jistgħu jiġu importati tjur u laħam tat-tjur, iqisu r-rekwiżiti għal vaċċini bħal dawn stabbiliti fil-Manwal tal-OIE. |
(5) |
Għal dik il-fini, il-kriterji ġenerali għall-vaċċini tal-marda ta’ Newcastle stabbilita fil-Parti I tal-Anness VI mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jirreferi għar-rekwiżiti tal-Manwal tal-OIE, li għandu jinżamm bħala referenza dinamika biex iqis l-aġġornamenti regolari għal dak il-Manwal fid-dawl ta’ żviluppi xjentifiċi ġodda. |
(6) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-progress tekniku li sar fir-rigward tal-produzzjoni tal-vaċċini tal-Marda ta’ Newcastle, b’mod partikolari fir-rigward tat-tekniki tal-inattivazzjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti stipulati fil-Manwal tal-OIE, il-kriterji speċifiċi għal vaċċini tal-marda ta’ Newcastle inattivati stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness VI mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jitħassar. |
(7) |
Hemm bżonn li ċerti dispożizzjonijiet għal-laħam tat-tjur stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u ċ-ċertifikat veterinarju mudell korrispondenti għal-laħam tat-tjur (POU) stabbilit fl-Anness I jiġu emendati, sabiex iqisu l-emendi għall-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Huwa xieraq li tiġi stipulata data ta’ applikazzjoni għal dan ir-Regolament, sabiex tiġi allinjata mad-data ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/152/KEE (3), kif emendata mid-Deċiżjoni 2010/633/UE (4), li tintroduċi emendi korrispondenti għall-kriterji għall-vaċċini inattivati kontra l-marda ta’ Newcastle. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, VI u VII mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(2) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
(3) ĠU L 59, 12.3.1993, p. 35.
(4) Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
L-Annessi I, VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(a) |
Fil-Parti 2 tal-Anness I, il-mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU) qiegħed jinbidel b’dan li ġej: “Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU) Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(b) |
L-Anness VI għandu jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS VI (kif imsemmi fl-Artikolu 12(1)(b), l-Artikolu 12(2)(c)(ii) u l-Artikolu 13(1)(a)) KRITERJI GĦAL VAĊĊINI RIKONUXXUTI TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE I. Kriterji ġenerali
II. Kriterji speċifiċi Vaċċini ħajjin attenwati tal-marda ta’ Newcastle jridu jiġu ppreparati minn razza ta’ vajrus tal-marda ta’ Newcastle li għaliha ż-żerriegħa ewlenija ġiet ittestjata u ntwera li għandha indiċi tal-patoġeniċità intraċerebrali (ICPI) ta’:
|
(c) |
Fl-Anness VII, fil-Parti II, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
|