Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0336

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 336/2010 tal- 21 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 102, 23.4.2010, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/336/oj

    23.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/25


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 336/2010

    tal-21 ta’ April 2010

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi tan-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    1.

    Disk b’dijametru ta’ approssimament 580 mm u ħxuna ta’ madwar 3 mm, li jikkonsisti minn 2 saffi magħmula minn polyurethane, wieħed minnhom għandu skanalaturi li saru permezz ta’ magni, filwaqt li l-ieħor għandhu kisi li jwaħħal u li hu protett minn folja tal-plastik li tinqala’ (magħrufa bħala “kuxxinett polimeriku”).

    Dan l-artikolu hu użat fil-magni għall-manifattura ta’ diski (wafers) tas-silikon u semikondutturi. Hu jiġi ffittjat fuq ir-ras ta’ għodda interkambjabbli ta’ magni bħal dawn u jiġi użat sabiex jillixxa/jiċċatja u jillostra d-diski (wafer).

    3919 90 00

    Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u mill-kitba fil-kodiċi NM 3919 u 3919 90 00 .

    Il-Klassifikazzjoni taħt intestatura 8486 bħala parti jew aċċessorju ta’ magna ta’ tip użata biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ diski (wafers) semikondutturi hi eskluża peress li l-artikolu m’għandux il-karatteristiċi sabiex jiġi kkunsidrat bħala parti jew aċċessorju ta’ magna bħal din.

    Peress li l-artikolu hu oġġett ta’ konsum, għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal li minnu hu magħmul taħt il-kodiċi NM 3919 90 00 bħala lastra jew folja li teħel magħmula mill-plastik.

    2.

    Disk b’dijametru ta’ approssimament 580 mm u ħxuna ta’ madwar 2 mm, li jikkonsisti minn 2 saffi magħmula minn feltru sintetiku, wieħed minnhom mimli b’ligant polimeriku (polyurethane) (magħruf bħala “kuxxinett poromeriku”). Is-saff l-ieħor għandu kisja li teħel protetta minn folja tal-plastik li tinqalà.

    L-artikolu hu użat fil-magni għall-manifattura ta’ diski (wafers) tas-silikon u semikondutturi. Hu jiġi ffittjat fuq ir-ras ta’ għodda interkambjabbli ta’ magni bħal dawn u jiġi użat sabiex jillixxa/jiċċatja u jillostra d-diski (wafer).

    5911 90 90

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 7(a) għatTaqsima XI, Nota 1(e) għat-Taqsima XVI, Nota 7(b) tal-Kapitolu 59 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 5911 , 5911 90 u 5911 90 90 .

    Il-Klassifikazzjoni taħt intestatura 8486 bħala parti jew aċċessorju ta’ magna ta’ tip użata biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ diski (wafers) semikondutturi hi eskluża peress li l-artikolu m’għandux il-karatteristiċi sabiex jiġi kkunsidrat bħala parti jew aċċessorju ta’ magna bħal din.

    Il-prodott jikkostitwixxi artikolu għall-użu tekniku skont it-tifsira tan-Nota 1(e) tat-Taqsima XVI, peress li hu użat ma’ magni għall-manifattura tad-diski (wafers) tas-silikon u semikondutturi sabiex jiċċatja/jagħmel livell u jġib ileqq id-diski (wafer).

    Għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt kodiċi NM 5911 90 90 bħala artikolu tat-tessut (materjal li minnu hu magħmul) użat għal raġunijiet tekniċi, (ara Nota 7(b) tal-Kapitolu 59).


    Top