EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0254

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2010 tal- 10 ta’ Marzu 2010 li japprova programm ta’ kontroll għas- Salmonella fit-tjur f’ċerti pajjiżi terzi b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-istat ta’ kontroll tas- Salmonella ta’ ċerti pajjiżi terzi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 80, 26.3.2010, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/254/oj

26.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 254/2010

tal-10 ta’ Marzu 2010

li japprova programm ta’ kontroll għas-Salmonella fit-tjur f’ċerti pajjiżi terzi b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-istat ta’ kontroll tas-Salmonella ta’ ċerti pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intraKomunitarju, u l-importazzjonijiet ta’ tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u partikolarment l-Artikolu 21(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm fl-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3) jipprovdi li l-prodotti koperti minn dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss fl-Unjoni jew fi tranżitu minnha mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fl-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, jistipula r-regoli għall-kontroll tas-Salmonella f’popolazzjonijiet tat-tjur differenti tal-Unjoni. Ammissjoni jew preservazzjoni fil-lista ta’ pajjiżi terzi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li minnha l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw annimali koperti minn dak ir-Regolament hija soġġetta għal preżentazzjoni lill-Kummissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta’ programm ta’ kontroll għas-Salmonella b’garanziji ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-programi ta’ kontroll nazzjonali għas-Salmonella fl-Istati Membri.

(3)

B’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 (4), programmi ta’ kontroll tas-Salmonella li jikkonċernaw tjur produttiv u għat-tnissil ta’ dundjani, il-bajd li jfaqqsu tagħhom, flieles tad-dundjani ta’ ġurnata u tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid ta’ dundjani stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010 fi ħdan l-Unjoni.

(4)

Il-Kanada, l-Iżrael u l-Istati Uniti bagħtu lill-Kummissjoni programm ta’ kontroll għas-Salmonella f’qatgħat ta’ dundjani għat-tnissil, bajd li jfaqqas tagħhom u flieles tad-dundjani ta’ ġurnata. Dawn il-programmi jipprovdu l-garanziji mitluba skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(5)

Ċerti pajjiżi terzi li bħalissa huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għadhom ma ressqu l-ebda programm ta’ kontroll għas-Salmonella f’qatgħat ta’ dundjani lill-Kummissjoni, jew alternattivament il-programmi mressqa minnhom ma jipprovdux garanziji ekwivalenti għal dawk meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Importazzjonijiet ta’ tjur produttiv u għat-tnissil ta’ dundjani, bajd tagħhom li jfaqqsu, flieles tad-dundjani ta’ ġurnata u tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid ta’ dundjani għalhekk m’għandhomx jibqgħu jkunu awtorizzati minn dawk il-pajjiżi terzi mill-1 ta’ Jannar 2010.

(6)

L-Iżrael bagħtet lill-Kummissjoni programm ta’ kontroll għas-Salmonella fi flieles ta’ Gallus gallus ta’ ġurnata, maħsuba għall-qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu u brojlers, li jissupplimenta l-programm ta’ kontroll tal-Iżrael approvat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/843/KE (5). Il-programmi ta’ kontroll għas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ għat-tnissil u bajd li jfaqqsu tagħhom u flieles ta’ ġurnata ta’ Gallus gallus intbagħtu wkoll mill-Brażil. Dawn il-programmi jipprovdu l-garanziji mitluba mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(7)

Il-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ tjur produttiv u għat-tnissil, flieles ta’ ġurnata u bajd li jfaqqas stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-programm ta’ kontroll skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa b’dan approvat fir-rigward tas-Salmonella

(a)

f’qatgħat ta’ dundjani għat-tnissil, bajd li jfaqqas tagħhom u flieles tad-dundjani ta’ ġurnata mibgħuta mill-Kanada, l-Iżrael u l-Istati Uniti;

(b)

fi flieles ta’ ġurnata tal-Gallus gallus maħsuba għal qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu jew brojlers mibgħuta mill-Iżrael;

(c)

f’tiġieġ għat-tnissil tal-Gallus gallus, bajd li jfaqqas tagħhom u flieles ta’ ġurnata mibgħuta mill-Brażil.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.

(2)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 81.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR-2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

N

 

 

 

S5, ST0

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BY – Il-Bjelorussja

BY - 0

Il-pajjiż kollu

EP u E (it-tnejn ‘biss għat-tranżitu minn ġol-UE’)

IX

 

 

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1, ST1

DOC, HEP

 

L, N

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL –Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN –Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Il-Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL – Il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S2, ST0

EP, E, POU, RAT, WGM

 

N

 

 

 

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S5, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR –

Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

ME – Il-Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY –Il-Malażja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Il-Peninżulari tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6.2.2004

 

 

 

S4

MK –

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC –

Il-Kaledonja l-Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ –

In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

S0, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM –

Saint Pierre u Miquelon

PM-0

It-territorju kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – Is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – Ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

SG – Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 

 

 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

 

 

 

 

 

 

S1, ST0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S3, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

fit-Taqsima dwar il-“programm ta’ kontroll tas-Salmonella”, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“ ‘S5’

Projbizzjoni biex jiġu esportati lejn l-Unjoni tjur produttiv u għat-tnissil ta’ Gallus gallus (BPP), tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid (SRP) ta’ Gallus gallus għax ma ntbagħatx programm ta’ kontroll tas-Salmonella skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 lill-Kummissjoni jew ma ġiex approvat minnha.

‘ST0’

Il-projbizzjoni biex jiġu esportati lejn l-Unjoni tjur produttiv jew għat-tnissil (BPP) tad-dundjani, flieles tad-dundjani ta’ ġurnata (DOC), tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid (SRP) tad-dundjani u bajd li jfaqqsu (HEP) tad-dundjani għax ma ntbagħatx programm ta’ kontroll rilevanti għas-Salmonella skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 lill Kummissjoni jew ma ġiex approvat minnha.

‘ST1’

Projbizzjoni biex jiġu esportati lejn l-Unjoni tjur produttiv u għat-tnissil (BPP) ta’ dundjani, tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid (SRP) ta’ dundjani għax ma ntbagħatx programm ta’ kontroll rilevanti tas-Salmonella skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 lill-Kummissjoni jew ma ġiex approvat minnha.”

(b)

fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal tjur produttiv u għat-tnissil ħlief ratiti (BPP), in-nota 6 tal-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

“(6)

Din il-garanzija tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus u għad-dundjani.”

(c)

fil-mudell taċ-ċertifikat għal flieles ta’ ġurnata ħlief ratiti (DOC), in-nota 6 tal-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

“(6)

Din il-garanzija tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus u għad-dundjani.”

(d)

fil-mudell taċ-ċertifikat għall-bajd li jfaqqas ħlief ratiti (HEP), in-nota 5 tal-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

“(5)

Din il-garanzija tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus u għad-dundjani.”

(e)

fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal tjur għall-qatla u tjur għall-ħażna mill-ġdid tal-provvista tat-tjur ħlief ratiti (SRP), in-nota 6 tal-Parti II tinbidel b’dan li ġej:

“(6)

Din il-garanzija tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus u għad-dundjani.”


(1)  Prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, prodotti qabel din id-data jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista’ jiġi impurtat fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Zvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo, kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”


Top