Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0617

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

    ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/617/oj

    15.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 182/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 617/2009

    tat-13 ta’ Lulju 2009

    li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fid-dawl tal-interess tal-Komunità li tiżviluppa relazzjonijiet kummerċjali armonjużi ma’ pajjiżi terzi, għandha ssir dispożizzjoni, bħala miżura awtonoma, sabiex tinfetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni Komunitarja ta’ 20 000 tunnellata ta’ laħam taċ-ċanga frisk, imkessaħ jew iffriżat ta’ kwalità għolja.

    (2)

    Skont l-Artikolu 144 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), moqri flimkien mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, il-kwoti tariffarji għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jinfetħu u jiġu amministrati mill-Kummissjoni taħt regoli dettaljati adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) ta’ dak ir-Regolament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Hija b’dan miftuħa kwota tariffarja annwali, bin-numru tal-ordni 09.4449, għall-importazzjoni Komunitarja ta’ 20 000 tunnellata, espressi f’piż tal-prodott, ta’ laħam taċ-ċanga frisk, imkessaħ jew iffriżat ta’ kwalità għolja li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-nri 0201, 0202, 0206 10 95 u 0206 29 91.

    2.   Id-dazji tal-importazzjoni għall-kwota msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ta’ 0 %.

    3.   Is-sena tal-kwota għandha tibda mill-1 ta’ Lulju u tispiċċa fit-30 ta’ Ġunju.

    Artikolu 2

    Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 144 u l-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2009 ‘il quddiem.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ERLANDSSON


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


    Top