This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0504
2009/504/EC,Euratom: Commission Decision of 28 May 2009 amending Decision 97/245/EC, Euratom laying down the arrangements for the transmission of information to the Commission by Member States under the Communities’ own resources system (notified under document number C(2009) 4072)
2009/504/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom li tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Kummissjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4072)
2009/504/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom li tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Kummissjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4072)
ĠU L 171, 1.7.2009, p. 37–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D2366
1.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' Mejju 2009
li temenda d-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom li tistabbilixxi l-arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri taħt is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Kummissjoni
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4072)
(2009/504/KE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 17(3) u (5) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-riżorsi proprji, kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/245/KE, Euratom (3) stabbilixxiet mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għar-riżorsi proprji tal-Istati Membri li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni. |
(2) |
Wara l-implimentazzjoni fil-liġi tal-Komunità tal-ftehim konklużi waqt l-Uruguay Round, m’għad hemm l-ebda differenza sostanzjali bejn id-dazji agrikoli u dawk doganali. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom ma tagħmilx din id-distinzjoni. Huwa għalhekk xieraq li titneħħa din id-distinzjoni mill-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom. |
(3) |
Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (4) introduċa, fost miżuri oħrajn, piż fuq il-produzzjoni biex tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż u taxxa fuq l-ammont tal-bilanċ żejjed sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ bilanċi żejda. Barra dan, taħt ċerti kondizzjonijiet, ammonti ta’ darba jridu jitħallsu għall-kwoti addizzjonali ta’ zokkor u għall-kwoti supplementari ta’ isoglukożju. Peress li dawn l-imposti huma riżorsi proprji, bħala konsegwenza l-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom iridu jiġu adattati. |
(4) |
Huwa xieraq li wieħed jibbenefika mill-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fit-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3)(a) u (b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u li tittejjeb il-preżentazzjoni tal-formoli mfasslin b’konformità mal-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/245/KE, Euratom tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni u tistabbilixxi mudell għat-trażmissjoni f’każijiet fejn l-ammonti jiġu ddikjarati jew jitqiesu bħala rrekuperabbli, hekk kif imsemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000. |
(6) |
B’kunsiderazzjoni tal-esperjenza miksuba fil-qafas tat-trażmissjoni tal-informazzjoni relevanti, jeħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-elementi kollha meħtieġa għall-eżami komplet tal-każijiet meqjusa irrekuperabbli rrappurtati mill-Istati Membri jintbagħtu lill-Kummissjoni. |
(7) |
Is-sistemi previsti għat-trażmissjoni tar-rapporti u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni għandhom ikunu adattati għaż-żieda fin-numru tal-każijiet meqjusa irrekuperabbli permezz tal-introduzzjoni ta’ sistema ġdida elettronika għall-ġestjoni u l-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jibgħatu r-rapporti tagħhom b’mod elettroniku. |
(8) |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2028/2004 (5) introduċa fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 distinzjoni ċara bejn ir-rapporti relatati mal-każijiet fejn id-drittijiet stabbiliti huma ddikjarati jew meqjusa irrekuperabbli, kif imsemmija fl-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u r-rapporti annwali kif imsemmija fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000. Huwa għalhekk xieraq li jkunu definiti l-arranġamenti preċiżi għall-formola standard li għandha tintuża għal kull wieħed minn dawn ir-rapporti. |
(9) |
Għandu jingħata tul ta’ żmien xieraq biex tiġi applikata t-trażmissjoni tad-dikjarazzjonijiet emendati, |
(10) |
Id-Deċiżjoni 97/245/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1(1), il-parti tas-sentenza “fl-Artikolu 6(3)(a) u (b) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89” hi mibdula b’dan li jmiss, “fl-Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (*). |
(2) |
Fl-Artikolu 2(1), il-parti tas-sentenza “fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89” hi mibdula b’dan li jmiss, “fl-Artikolu 6(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) nru 1150/2000” |
(3) |
L-Artikolu 3 hu mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness VI għar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu b’mod elettroniku l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 billi jużaw sistema elettronika għall-ġestjoni u l-informazzjoni. 3. L-Anness VII jistabbilixxi l-mudell tar-rapporti imsemmi fl-Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.” |
4. |
L-Anness I hu mibdul bit-test li jinsab fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. |
5. |
L-Anness III hu mibdul bit-test li jinsab fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
6. |
L-Anness VI hu mibdul bit-test li jinsab fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni. |
7. |
L-Anness VII li jinsab fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva għandu jkun miżjud. |
Artikolu 2
Id-dikjarazzjonijiet stabbiliti skont il-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom, kif emendati minn din id-Deċiżjoni, huma trażmessi l-ewwel darba rispettivament għax-xahar ta’ Ġunju 2009 għal dawk ta’ kull xahar u għat-tieni trimestru tal-2009 għal dawk trimestrali.
Artikolu 3
Is-sistema elettronika għall-ġestjoni u l-informazzjoni u l-mudell imsemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) rispettivament tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom, kif emendat minn din id-Deċiżjoni, ser ikunu użati mid-data kkomunikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.
Sakemm toħroġ din il-komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness VI tad-Deċiżjoni 97/245/KE, Euratom, kif emendat mid-Deċiżjoni 2002/235/KE, Euratom (6).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
(1) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(2) ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1.
(3) ĠU L 97, 12.4.1997, p. 12.
(5) ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 162.
(6) ĠU L 79, 22.3.2002, p. 61.
ANNESS I
“ANNESS I
KONT ‘A’ TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Dikjarazzjoni tal-intitolamenti stabbiliti (*)
Stat Membru:
Xahar/sena
(fil-munita nazzjonali) |
||||||||
TIP TA' RIŻORS |
Referenza tal-Istat Membru (mhux obbligatorju) |
Verifiki matul ix-xahar (1) (1) |
Ammonti rkuprati minn kont separat (2) |
Korrezzjonijiet tal-verifiki preċedenti (2) |
Ammonti gross (5) = (1) + (2) + (3) – (4) |
Ammonti nett (6) |
||
+ (3) |
– (4) |
|||||||
1210 |
Dazji doganali esklużi d-dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumbing |
|
|
|
|
|
|
|
1230 |
Dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumbing fuq il-prodotti |
|
|
|
|
|
|
|
1240 |
Dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumbing fuq is-servizzi |
|
|
|
|
|
|
|
12 |
DAZJI DOGANALI |
|
|
|
|
|
|
|
1100 |
Imposti fuq il-produzzjoni relatati mas-sena kummerċjali 2005/2006 u mas-snin preċedenti |
|
|
|
|
|
|
|
1110 |
Imposti fuq il-ħażna taz-zokkor |
|
|
|
|
|
|
|
1130 |
Spejjeż imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor C, tal-isoglukożju C u tal-ixropp tal-inulin C mhux esportata, u fuq zokkor C u isoglukożju C sostitut |
|
|
|
|
|
|
|
1170 |
Taxxa fuq il-produzzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
1180 |
Ammonti ta' darba fuq kwota addizzjonali taz-zokkor u kwota supplementari tal-isoglukożju |
|
|
|
|
|
|
|
1190 |
Ammont tal-bilanċ żejjed |
|
|
|
|
|
|
|
11 |
IMPOSTI FUQ IZ-ZOKKOR |
|
|
|
|
|
|
|
Total 12 + 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
— 25 % spejjeż tal-ġbir — 10 % spejjeż tal-ġbir (3) |
|
|
|||||
|
Total li jrid jitħallas lill-KE |
|
|
(*) Inklużi l-intitolamenti stabbiliti bħala riżultat tal-kontrolli u każijiet ta' frodi u irregolaritajiet li nstabu.”
(1) Inkluż l-korrezzjonijiet ta' kontabbilità.
(2) Korrezzjonijiet tal-verifiki inizjali, b'mod partikolari każijiet ta' rkupru wara l-iżdoganar. Għaz-zokkor, il-korrezzjonijiet tas-snin preċedenti jridu jsemmu s-sena kkonċernata.
(3) Ir-rata ta' tnaqqis ta' 10 % għandha tiġi applikata lill-ammonti li, skont ir-regoli tal-Komunità, kellhom ikunu disponibbli qabel it-28 ta' Frar 2001.
ANNESS II
“ANNESS III
KONT SEPARAT TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA (*)
Dikjarazzjoni tal-intitolamenti stabbiliti mhux inkluża fil-kont ‘A’
Stat Membru:
Kwart ta' sena/Sena:
(fil-munita nazzjonali) |
||||||||
TIP TAR-RIŻORS |
Pendenti mill-kwart ta' sena preċedenti (1) |
Intitolamenti stabbiliti għall-kwart ta' sena (2) |
Korrezzjonijiet tal-verifiki (Art 8) ( 2 ) (1) (3) |
Ammonti li ma jistgħux ikunu disponibbli (Art. 17(2)) (2) (4) |
Total (1 + 2 ± 3 – 4) (5) |
Ammonti rkuprati matul il-kwart ta' sena (3) (6) |
Pendenti fl-aħħar tal-kwart ta' sena kurrenti (7) = (5) – (6) |
|
1210 |
Dazji doganali esklużi d-dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping |
|
|
|
|
|
|
|
1230 |
Dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping fuq il-prodotti |
|
|
|
|
|
|
|
1240 |
Dazji tas-sisa protettivi u ta' kontra d-dumping fuq is-servizzi |
|
|
|
|
|
|
|
12 |
DAZJI DOGANALI |
|
|
|
|
|
|
|
1100 |
Imposti fuq il-produzzjoni relatati mas-sena kummerċjali 2005/2006 u mas-snin preċedenti |
|
|
|
|
|
|
|
1110 |
Imposti fuq il-ħażna taz-zokkorerċjali 2005/2006 u mas-snin preċedenti |
|
|
|
|
|
|
|
1130 |
Spejjeż imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor C, tal-iżoglukożju C u tal-ixropp tal-inulin C mhux esportata, u fuq zokkor C u isoglukożju sostitut |
|
|
|
|
|
|
|
1170 |
Taxxi fuq il-produzzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
1180 |
Ammonti ta' darba fuq kwota addizzjonali taz-zokkor u kwota supplementari tal-isoglukożju |
|
|
|
|
|
|
|
1190 |
Ammont tal-bilanċ żejjed |
|
|
|
|
|
|
|
11 |
IMPOSTI FUQ IZ-ZOKKOR |
|
|
|
|
|
|
|
Total 12 + 11 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stima tal-ammont li l-irkupru tagħhom huwa inċert (4) |
|
(*) Il-kont ‘B’ skont l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, inklużi l-intitolamenti stabbiliti bħala riżultat tal-ispezzjonijiet u każijiet ta' frodi u irregolaritajiet li nstabu.”
(1) Il-korrezzjonijiet tal-verifiki għandha tinftiehem li tfisser korrezzjonijiet, inkluż il-kanċellazzjonijiet li jirriżultaw minn reviżjoni ta' verifiki inizjali li ġejjin minn kwarti ta' sena preċedenti. Minhhom infushom huma differenti minn dawk imdaħlin fil-kolonna (4)
(2) Il-każijiet kollha għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness IIIa li trid tintbagħt lura fl-istess żmien tad-dikjarazzjoni ta' kwart ta' sena. It-total ta' din il-kolonna (4) u t-total tal-Anness IIIa għandhom ikunu l-istess.
(3) It-total ta' din il-kolonna għandu jkun l-istess bħat-total mogħti fil-kolonna (2) tad-dikjarazzjoni tal-kont ‘A’ għat-tliet xhur ikkonċernati.
(4) Obbligatorju għall-aħħar kwart ta' sena ta' kull sena. Jekk l-istima tkun żero, trid tiddaħħal il-kelma ‘xejn’.
ANNESS III
“ANNESS VI
RAPPORT ANNWALI
imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000
20…
Stat Membru …
1. Attività ta’ kontroll tal-Istati Membri
Attivitajiet ta’ kontroll |
Għadd |
Dikjarazzjonijiet doganali aċċetati (proċedura doganali jew l-użu doganali kkonċernati) |
|
Dikjarazzjonijiet doganali kkontrollati wara l-iżdoganar, il-proċedura doganali jew l-użu doganali kkonċernati (kontrolli wara l-iżdoganar) |
|
Għadd totali tal-persunal assenjat fis-servizzi doganali fuq livell nazzjonali (1) |
|
Għadd totali tal-persunal assenjat fil-kontrolli wara l-iżdoganar fuq livell nazzjonali |
|
2. Kwistjonijiet ta’ prinċipju
Lista tal-kwistjonijiet l-iktar importanti rigward il-verifiki, id-dħul fil-kontijiet u d-disponibbiltà tal-intitolamenti li nstabu fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, inkluż dawk imqajma fi kwistjonijiet ta’ tilwim.
…
…
…
…
…
(fejn ikun meħtieġ, kompli fl-anness tar-rapport li jirreferi għal dan il-punt)”
(1) Total globali tal-persunal (espressi f’irġiel/nisa kull sena).
ANNESS IV
“ANNESS VII
Komunikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, kull informazzjoni għandha tiġi pprovduta jekk tkun disponibbli u relevanti. L-ammonti kollha għandhom ikunu indikati fil-munita tal-Istat Membru kkonċernat fil-mument tat-trażmissjoni tal-komunikazzjoni.
1. DEJTA ĠENERALI
L-Istat Membru …
Ir-referenza tal-komunikazzjoni …
(il-kodiċi tal-Istat Membru/sena ta’ referenza/numru tas-serje tas-sena ta’ referenza)
Ir-referenza għal dokument ta’ informazzjoni relatat mibgħut minn qabel b’mod konformi mal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 …
Il-ġustifikazzjoni tan-nuqqas ta’ referenza għad-dokument ta’ informazzjoni msemmi qabel …
Il-każ marbut ma’ kontroll tal-KE (iva/le)
Ir-referenza għall-kontroll relatat tal-KE …
L-ammont totali rrekuperabbli …
L-awtorità li ddikjarat l-ammont irrekuperabbli jew li nnutat li l-ammont hu meqjus irrekuperabbli …
Ir-referenza nazzjonali tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà …
(Ara t-tieni kolonna tal-Anness IIIa tad-Deċiżjoni 97/245/KE kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/246/KE (1))
Id-data tad-deċiżjoni amministrattiva tal-irrekuperabbiltà…
Id-data meta l-ammont ġie meqjus irrekuperabbli…
2. L-ORIĠINI TAD-DEJN
Id-data jew perjodu li matulu sar id-dejn …
Il-bażi legali tal-oriġini tad-dejn …
(Il-bażijiet legali li jippreċedu r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2) għandhom ikunu indikati billi jkun użat l-Artikolu relevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92)
Sitwazzjoni doganali …
(Il-proċedura doganali fis-seħħ, is-sitwazzjoni tal-merkanziji jew it-trattament doganali approvat fil-mument tal-oriġini tad-dejn doganali)
Id-dettalji addizzjonali li għandhom ikunu indikati fil-każ tas-sistemi ta’ tranżitu: …
— |
Id-data(i) tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali … |
— |
L-Istat(i) Membru(i) tat-tluq jew tad-dħul fil-Komunità (kodiċi ISO) … |
— |
L-Istat(i) Membru(i) ta’ destinazzjoni jew ta’ ħruġ mill-Komunità (kodiċi ISO) … |
— |
In-numru(i) tal-carnet TIR … |
It-tip ta’ kontroll li wassal għall-verifiki tal-intitolament: …
— |
Il-kontrolli mhux marbuta mal-aċċetazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali … |
— |
Il-kontrolli mwettqa matul l-iżdoganar ta’ dikjarazzjoni doganali inkluż teħid ta’ kampjun. … |
— |
Il-kontrolli mwettqa wara l-iżdoganar iżda qabel ir-rilaxx tal-proċedura doganali … |
— |
Il-kontrolli mwettqa wara r-rilaxx tal-proċedura doganali għall-merkanziji … |
— |
Il-kontrolli wara l-iżdoganar u t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa … |
Id-data(i) tar-rilaxx għandha tiġi kkomunikata fil-każ ta’ sitwazzjoni doganali li tinvolvi miżuri sospensivi …
…
Id-deskrizzjoni konċiża tal-avvenimenti li wasslu għall-osservazzjoni tal-intitolament …
3. GĦAJNUNA REĊIPROKA
Il-każ ta’ għajnuna reċiproka (MA) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (3) li jinvolvi s-servizzi tal-Kummissjoni (iva/le)
Ir-referenza tal-komunikazzjoni tal-MA …
Id-data meta ġiet riċevuta: …
Ir-rimarki (mhux obbligatorju): …
4. VERIFIKA TAL-INTITOLAMENT
L-uffiċċju tal-verifika …
Id-data tal-verifika …
Ir-referenza tal-kontabbilità tal-verifika (mhux obbligatorju) …
Id-data ta’ inklużjoni fil-kont B (Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000) …
Ir-referenza tal-kontabbilità fil-kont B (mhux obbligatorju) …
L-ammont totali stabbilit …
L-ammont ta’ dazji doganali u agrikoli stabbiliti bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping …
…
L-ammont tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping stabbiliti …
L-ammont ta’ imposti fuq iz-zokkor/iżoglukożju stabbiliti …
L-ammont tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT stabbiliti korrispondenti (mhux obbligatorju) …
L-ammont totali tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) imwettqa wara l-ewwel osservazzjoni …
L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tad-dazji doganali u agrikoli mwettqa wara l-ewwel verifika bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra ddumping …
L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping mwettqa wara l-ewwel verifika …
…
L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tal-imposti fuq iz-zokkor/isoglukożju mwettqa wara l-ewwel verifika …
…
L-ammont tal-korrezzjoni (żieda jew tnaqqis) tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT korrispondenti mwettqa wara l-ewwel verifika (mhux obbligatorju) …
L-ammont totali tal-garanzija …
(L-ammont li jkopri r-riżorsi proprji tal-Komunità u fejn hu xieraq id-dazji nazzjonali. Dan jista’ jkun 0 f’każ ta’ eżenzjoni jew f’każ li l-garanzija ma ġietx ippreżentata)
Il-parti tal-garanzija li għandha tiġi allokata għar-riżorsi proprji tal-Komunità …
It-tip ta’ garanzija (obbligatorja, mhux obbligatorju, mhux prevista) …
It-tip ta’ garanzija obbligatorja …
Ir-raġuni għaliex garanzija prevista ma ġietx ippreżentata …
L-ammont tal-garanzija disponibbli għall-Komunità …
Id-data meta l-ammont tal-garanzija sar disponibbli …
5. PROĊEDURA TA’ RKUPRU
(Jekk ikun hemm diversi debituri għall-istess dejn, din l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ipprovduta għal kull wieħed minnhom:)
Id-debitur prinċipali jew id-debitur b’mod konġunt …
Id-data tan-notifika tad-dejn …
Id-data(i) tat-tfakkiriet għall-ħlas …
Il-verifika soġġetta għall-appell skont l-Artikolu 243(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (iva/le)
Il-livelli milħuqa fil-proċedura ta’ appell …
Id-data tal-ewwel appell ippreżentat …
Id-data tan-notifika tas-sentenza definittiva …
Rimarki (mhux obbligatorju): …
Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni skont l-Artikoli 222 u 244 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikolu 876a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) (iva/le)
Id-depożitu ta’ garanzija fil-każ ta’ sospensjoni (iva/le)
L-ammont tal-garanzija fil-każ ta’ sospensjoni …
Ir-raġunijiet għaliex l-ebda garanzija ma ġiet ippreżentata fil-każ ta’ sospensjoni …
(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta’ garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)
Il-faċilitajiet ta’ ħlas skont l-Artikolu 229 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (ebda talba/talba miċħuda/talba aċċetata)
Id-deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħlas …
Id-depożitu ta’ garanzija skont ir-regoli dwar il-faċilitajiet ta’ ħlas (iva/le)
L-ammont tal-garanzija marbuta mal-faċilitajiet ta’ ħlas …
Ir-raġuni għaliex l-ebda garanzija ma ġiet iddepożitata fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ ħlas …
(L-Istati Membri jridu jippreċiżaw jekk kienx hemm eżenzjoni ta’ garanzija minħabba diffikultajiet ekonomiċi u soċjali prevedibbli jew le kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni)
Id-data ta’ ħruġ tal-ordni ta’ infurzar …
In-notifika tal-ordni ta’ infurzar (iva/le)
Id-data tan-notifika tal-ordni ta’ infurzar …
Il-Kummenti dwar l-ordni ta’ infurzar (mhux obbligatorju) …
Id-data tal-ewwel ħlas …
L-ammont tal-ewwel ħlas …
Id-data tal-aħħar ħlas …
L-ammont tal-aħħar ħlas …
L-ammont totali imħallas …
Id-data(i) tas-sekwestri …
L-ammont miksub permezz ta’ sekwestru …
Kummenti dwar is-sekwestru (mhux obbligatorju) …
Id-data ta’ ftuħ tal-proċeduri ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza …
Id-data tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni fil-qafas ta’ dawn il-proċeduri …
Id-data tal-għeluq tal-proċeduri ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza …
L-ammont tar-riżorsi proprji rkuprati fil-qafas tal-proċedura ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza …
…
L-għajnuna reċiproka għall-irkupru pprovdut minn Stati Membri oħrajn (Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE (5) jew Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE (6)) (iva/le)
Ir-referenza tal-għajnuna reċiproka għall-irkupru …
L-Istat Membru mitlub …
Id-data tat-talba …
L-ammont irkuprat …
Id-data tat-tweġiba …
Il-kummenti dwar it-tweġiba (b’mod partikolari jekk l-Istat Membru mitlub ikun naqas milli jaġġixxi) …
…
6. RAĠUNIJIET GĦALIEX L-IRKUPRU KIEN IMPOSSIBBLI GĦALL-AMMONT LI KIEN GĦAD FADAL
(F’din il-parti, l-Istati Membri għandhom jindikaw b’mod ċar pereżempju l-miżuri kollha ta’ implimentazzjoni konkreti meħuda u r-raġunijiet għaliex fil-każ ta’ proċedura ta’ falliment/likwidazzjoni/insolvenza, l-ammont rċevut ma kienx biżżejjed biex ikopri d-dejn jew għaliex ikopri parti biss mid-dejn)
(L-Istati Membri mhumiex mistennija li jipprovdu informazzjoni li diġà kienu kkomunikaw fil-punti 1 sa 5)
7. INFORMAZZJONI OĦRA
(1) ĠU L 89, 28.3.2006, p. 46.
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(4) OJ L 253, 11.10.1993, p. 1.