Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 32007D0846

    2007/846/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi mudell għal-listi ta’ entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5882) (Verżjoni kodifikata) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 333, 19.12.2007, pagg. 72–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Stato giuridico del documento Non più in vigore, Data di fine della validità: 31/12/2009; Imħassar b' 32009D0712

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/846/oj

    19.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 333/72


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Diċembru 2007

    li tistabbilixxi mudell għal-listi ta’ entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5882)

    (Verżjoni kodifikata)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/846/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Komunità f’annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(6) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988 li twaqqaf il-ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ bejn il-Komunità fi u l-importazzjoni ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 fuq il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ bejn il-Komunità fi u importazzjoni minn pajjiżi li mhumiex membri ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi li m’ humiex membri ta’ equidae (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li twaqqaf il-ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ bejn il-Komunità fi u importazzjoni ta’ semen ta’ animali domestiċi ta’ l-ispeċi porċina (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw il-kummerċ bejn il-Komunità ta’ annimali ovini u kaprini (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(6) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet mitluba tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ u l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ annimali, sperma, bajd u embrijoni li m’humiex suġġetti għall-kondizzjonijiet mitluba tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (7), u b’mod partikolari bl-Artikolu 17(3)(ċ) u bir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 18(1) fiha msemmija,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE tal-24 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi mudell għal-listi ta’ entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni (8) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (9). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

    (2)

    Kummerċ bejn il-Komunità ta’ annimali bovini, porċini, ovini, karprini u ekwini huwa permess minn ċentri ta’ laqgħat approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jinstabu.

    (3)

    Kummerċ bejn il-Komunità ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina u porċina huwa permess minn ċentri approvati mill-awtoritajiet kompeteni ta’ l-Istat Membru fejn jinsabu.

    (4)

    Kummerċ bejn il-Komunità ta’ embrijoni u ovuli ta’ l-ispeċi bovina huwa permess jekk ikunu nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna minn gruppi ta’ nies li jiġbru l-embrijoni approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn jinsabu.

    (5)

    Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista ta’ ċentri ta’ laqgħat, ċentri ta’ ġbir ta’ sperma u t-tim tal-ġbir ta’ l-embrijoni li jkun approvat fit-territorju tiegħu.

    (6)

    Huwa meħtieġ li l-mudell ta’ dawn il-listi jkun armonizzat kif ukoll il-mod kif ikunu trasmessi biex jitwaqqaf aċċess sempliċi għal-listi aġġornati għall-Komunità.

    (7)

    Huwa xieraq u konvenjenti li jintuża dak il-mudell armoniżżat għall-faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina għall-għasafar importati minbarra tjur.

    (8)

    Il-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-listi ta’ l-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni taħt Word jew Excel fl-indirizz elettroniku li ġej: Inforvet@ec.europa.eu

    Il-listi għandhom isiru skond il-formati tal-mudell elenkati fl-Anness II.

    Kull modifikazzjoni tal-format jew bdil fid-destinazzjoni għandu jkun innotifikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2001/106/KE hija revokata.

    Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 6 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

    (2)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/16/KE (ĠU L 11, 17.1.2006, p. 21).

    (3)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

    (4)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

    (5)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (6)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

    (7)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/625/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

    (8)  ĠU L 39, 9.2.2001, p. 39. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/252/KE (ĠU L 79, 17.3.2004, p. 45).

    (9)  Ara l-Anness III.


    ANNESS I

    1.

    Ċentri ta’ laqgħat approvati skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 90/426/KEE u l-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva 91/68/KEE.

    2.

    Ċentri ta’ ġbir u ta’ ħażna ta’ semen approvati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 88/407/KEE u ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/429/KEE.

    3.

    Timijiet li jiġbru l-embrijoni approvati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 89/556/KEE.

    4.

    Faċilitajiet jew ċentri għall-kwarantina ta’ l-għasafar approvati skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 18(1) fiha msemmija tad-Direttiva 92/65/KEE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (1).


    (1)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


    ANNESS II

    Kull lista jkollha fuqha waħda mill-intestaturi li ġejjin. Dawn 1-intestaturi jinkludu n-numru ta’ 1-indiċi tal-lista, d-definizzjoni ta’ 1-unità ikkonċernata, il-kodiċi ta’ 1-ISO ta’ 1-Istat Membru u d-data tal-verżjoni tal-lista (il-jum/ix-xahar/is-sena). L-unitajiet għandhom ikunu elenkati bin-numru ta’ approvazzjoni jew reġistrazzjoni f’ordni numeriku skond il-format tal-mudelli moghtija f’dan 1-Anness.

    I.   Ċentri ta’ laqgħat

    a)

    Lista ta’ ċentri ta’ laqgħat approvati ghal kummerċ bejn il-Komunità f’annimali ta’ 1-ispeċi bovina (Direttiva 64/432/KEE), ekwina (Direttiva 90/426/KEE), ovina u kaprina (Direttiva 91/68/KEE)

    … (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru)

    …/…/… (Data tal-verżjoni)

    Kodiċi ta’ l-ISO

    Numru ta’ approvazzjoni

    Isem iċ-ċentru tal-laqgħat

    Indirizz taċ-ċentru tal-laqgħat

    Numru tat-telefon, numru tal-fax, indirizz elettroniku

    Speċi

    b)

    Lista ta’ ċentri approvati tal-laqgħat ghal kummerċ intrakomunitarju ta’ annimali ta’ speċi porċina (Direttiva 64/432/KEE).

    … (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru)

    …/…/… (Data tal-verżjoni)

    Kodiċi ta’ l-ISO

    Numru ta’ approvazzjoni

    Isem iċ-ċentru tal-laqgħat

    Indirizz taċ-ċentru tal-laqgħat

    Numru tat-telefon, numru tal-fax, indirizz elettroniku

    II.   Ġbir u ħażna ta’ semen

    (a)

    Lista ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (Direttiva 88/407/KEE)

    … (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru)

    …/…/… (Data tal-verżjoni)

    Kodiċi ta’ l-ISO

    Numru ta’ reġistrazzjoni

    Isem taċ-ċentru ta’ ġbir ta’ semen

    Indirizz taċ-ċentru ta’ ġbir ta’ semen

    Numru tat-telefon, numru tal-fax, indirizz elettroniku

    b)

    Lista ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (Direttiva 88/407/KEE)

    … (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru)

    …/…/… (Data tal-verżjoni)

    Kodiċi ta’ l-ISO

    Numru ta’ reġistrazzjoni

    Isem taċ-ċentru ta’ ġbir ta’ semen

    Indirizz taċ-ċentru ta’ ġbir ta’ semen

    Numru tat-telefon, numru tal-fax, indirizz elettroniku

    ċ)

    Lista ta’ ċentri ta’ ġbir ta’ semen approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (Direttiva 90/429/KEE)

    … (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru)

    …/…/… (Data tal-verżjoni)

    Kodiċi ta’ l-ISO

    Numru ta’ reġistrazzjoni

    Isem taċ-ċentru ta’ ġbir ta’ semen

    Indirizz taċ-ċentru ta’ ġbir ta’ semen

    Numru tat-telefon, numru tal-fax, indirizz elettroniku

    III.   Tim li jiġbor 1-embrijoni

    Lista ta’ timijiet approvati li jiġbru l-embrijoni għal kummerċ fil-Komunità f’embrijoni u ovuli ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (Direttiva 89/556/KEE)

    … (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru)

    …/…/… (Data tal-verżjoni)

    Il-kodiċi ISO

    Numru ta’ Reġistrazzjoni

    Isem it-tim veterinarju(i)

    (ET jew ET/IVF) (*) Indirizz it-tim veterinarju(i)

    Numru tat-telefon, numru tal-fax, indirizz elettroniku

    IV.   Faċilitajiet jew ċentri għall-kwarantina ta’ l-għasafar

    Lista ta’ faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina ghall-importazzjoni ta’ għasafar minbarra tjur (Direttiva 92/65/KEE).

    … (I1-kodiċi ISO ta’ 1-Istat Membru),

    …/…/… (Data tal-verżjoni)

    Kodiċi tal-pajjiz ISO

    Isem tal-pajjiz

    Numbru ta’ approvazzjoni tal-faċilita ta’ kwarinitina u jew ċentru


    (*)  FT għat-tim tal-ġbir ta’ l-embrijoni, ET/IVF għat-tim tal-produzzjoni ta’ 1-embrijoni.


    ANNESS III

    Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE

    (ĠU L 39, 9.2.2001, p. 39)

     

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/279/KE

    (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17)

    Artikolu 2 biss

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/252/KE

    (ĠU L 79, 17.3.2004, p. 45)

     


    ANNESS IV

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Deċiżjoni 2001/106/KE

    Din id-Deċiżjoni

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Anness I

    Anness I

    Anness II

    Anness II

    Anness III

    Anness IV


    In alto