Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.
Documento 32007R1503
Commission Regulation (EC) No 1503/2007 of 18 December 2007 on the issuing of import licences for applications lodged during the first seven days of December 2007 under the tariff quota opened by Regulation (EC) No 979/2007 for pigmeat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Diċembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Diċembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal
ĠU L 333, 19.12.2007, pagg. 61–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/61 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1503/2007
tat-18 ta’ Diċembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Diċembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 tal-21 ta’ Awwissu 2007 għall-ftuħ u sabiex tiġi pprovduta l-amministrazzjoni għall-kwota tat-tariffa fuq l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal li joriġina mill-Kanada (2), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 979/2007 fetaħ il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni għall-prodotti tal-laħam tal-majjal. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 ma jkoprux il-kwantità totali disponibbli. Il-kwantitajiet ta' l-applikazzjonijiet li ma sarux għandhom għalhekk jiġu determinati u dawn għandhom jingħaddu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu sussegwenti tal-kwota, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma nħarġux liċenzji ta' importazzjoni taħt il-kwota 09.4204 skond ir-Regolament (KE) Nru 979/2007, u li għandhom jingħaddu mas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma ta' 3 468 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12. Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.