Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0699

2007/699/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE biex tiġi estiża d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni għal materjali ta’ propagazzjoni u tħawwil ta’ ħxejjex minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5218)

ĠU L 284, 30.10.2007, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/08/2008; Imħassar b' 32008L0072

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/699/oj

30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE biex tiġi estiża d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni għal materjali ta’ propagazzjoni u tħawwil ta’ ħxejjex minn pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5218)

(2007/699/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni u ta’ tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ (1), u b’mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/33/KEE, il-Kummissjoni hija meħtieġa li tiddeċiedi jekk il-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil, għajr għaż-żerriegħa, prodott f’pajjiż terz u joffri l-istess garanziji rigward l-obbligi fuq il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, l-ippakkeġġjar, l-arranġamenti għall-ispezzjoni, l-għoti tal-marka u s-siġill humiex ekwivalenti f’kull rispett għall-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil għajr għaż-żerriegħa prodotti fil-Komunità u jekk iħarsux il-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(2)

Madankollu, l-informazzjoni disponibbli attwalment dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw f’pajjiżi terzi għadha mhijiex biżżejjed biex tħalli lill-Kummissjoni tadotta xi deċiżjoni bħal din dwar xi pajjiż terz f’dan l-istadju.

(3)

Biex ix-xejriet tal-kummerċ ma jiġux imħarbta, l-Istati Membri li jimportaw il-materjal tal-propagazzjoni tal-ħxejjex ta’ l-ikel u għat-taħwil, għajr għaż-żerriegħa, minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew ikomplu japplikaw għal dawn il-prodotti kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-prodotti simili mill-Komunità skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fid-Direttiva 92/33/KEE għal importazzjonijiet bħal dawn għandu għalhekk jiġi estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2007.

(4)

Id-Direttiva 92/33/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, id-data “31 ta’ Diċembru 2007” hija mibdula b’ “31 ta’ Diċembru 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).


Top