This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1273
Commission Regulation (EC) No 1273/2007 of 29 October 2007 amending Regulation (EC) No 1914/2006 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 1405/2006 laying down specific measures for agriculture in favour of the smaller Aegean islands
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1273/2007 tad- 29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1914/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1273/2007 tad- 29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1914/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew
ĠU L 284, 30.10.2007, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 06/03/2014; Imħassar b' 32014R0178
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1273/2007
tad-29 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1914/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 tat-18 ta' Settembru 2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1914/2006 (2) jidher li xi dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament iridu jiġu adattati. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3), jipprovdi għall-ħruġ u l-użu ta’ ċertifikati permezz ta’ sistemi kkompjuterizzati; referenzi għal din il-possibbiltà għandhom jiġu integrati fir-Regolament (KE) Nru 1914/2006. |
(3) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1914/2006 ma jindikax b’mod ċar li l-pagamenti għandhom isiru tul is-sena. Għandu għaldaqstant jiġi emendat biex jinkludi dikjarazzjoni bħal din. Bl-istess mod, l-Artikolu 35 tar-Regolament għandu jiġi emendat sabiex ikun possibbli li l-pagamenti jsiru tul is-sena għall-miżuri msemmija f’dak l-Artikolu. |
(4) |
Il-proċeduri għall-emendi għall-programmi pprovduti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1914/2006 jridu jkunu aktar preċiżi. Jixraq li jiġu speċifikati r-regoli għat-tressiq tat-talbiet għall-emendi għall-programmi kumplessivi u għall-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, kif ukoll il-kalendarju għall-applikazzjoni tagħhom. Minħabba r-regoli baġitarji, l-emendi approvati għandhom ikunu implimentati mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara t-talba għall-emenda. Barra minn hekk, għandu jkun hemm distinzjoni bejn emendi ewlenin li jeħtieġu l-approvazzjoni minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni u emendi minuri li għandhom jiġu notifikati biss lill-Kummissjoni għall-informazzjoni. |
(5) |
Il-limitu ta’ żmien ta’ 90 jum biex l-għajnuna titħallas mill-awtoritajiet kompetenti wara d-data meta ċ-ċertifikat ta’ l-għajnuna utilizzat jiġi ddepożitat kif ipprovdut fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1916/2006 huwa twil wisq u jwassal għal ċerti diffikultajiet amministrattivi. Għandu għaldaqstant jitnaqqas għal 60 jum. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1914/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1914/2006 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 34 Emendi għall-programmi 1. L-emendi għall-programmi kumplessivi approvati skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u jiġu sostanzjati kif xieraq, partikolarment billi tingħata l-informazzjoni li ġejja:
Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanza eċċezzjonali, il-Greċja għandha tressaq talbiet għal emendi għall-programm mhux aktar minn darba kull sena kalendarja u għal kull programm u mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena. Jekk il-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni għall-emendi mitluba, il-Greċja għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara dik li fiha ġew notifikati. Dawn l-emendi jistgħu japplikaw aktar kmieni jekk il-Kummissjoni tikkonferma bil-miktub lill-Greċja qabel id-data msemmija fit-tielet suparagrafu li l-emendi notifikati jikkonformaw mal-leġislazzjoni Komunitarja. Jekk l-emenda notifikata ma tikkonformax mal-leġislazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Greċja b’dan u l-emenda ma tapplikax sakemm il-Kummissjoni tirċievi emenda li tista’ tiġi ddikjarata bħala konformi. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, għall-emendi li ġejjin, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti tal-Greċja u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom fi żmien mhux aktar minn erba' xhur mit-tressq tagħhom skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006:
3. Il-Greċja għandha tkun awtorizzata tagħmel l-emendi li ġejjin mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 1 dejjem sakemm l-emendi jkunu notifikati lill-Kummissjoni:
Dawn l-emendi m’għandhomx japplikaw qabel id-data meta jkunu waslu għand il-Kummissjoni. Jistgħu jiġu implimentati biss darba fis-sena ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali, modifika tal-kwantitajiet tal-prodotti koperti mill-arranġamenti dwar il-provvista u modifika tan-nomenklatura statistika u tal-kodiċijiet tat-Tariffa Doganali Komuni kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (*). |
(3) |
Fl-Artikolu 35, it-test li ġej jiżdied bħala t-tieni subparagrafu: “Il-pagamenti għal studji, proġetti ta’ dimostrazzjoni, taħriġ jew miżuri ta’ assistenza teknika għandhom isiru tul is-sena.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.
(2) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 64.
(3) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1913/2006 (ĠU L 365 tal-21.12.2006, p. 52).