This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0422
2007/422/EC: Commission Decision of 18 June 2007 amending Decision 92/452/EEC as regards certain embryo collection and production teams in Argentina, Australia and the United States of America (notified under document number C(2007) 2498) (Text with EEA relevance)
2007/422/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Arġentina, l-Awstralja u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2498) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/422/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Arġentina, l-Awstralja u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2498) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 157, 19.6.2007, p. 19–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155
19.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 157/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Ġunju 2007
li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Arġentina, l-Awstralja u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2498)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/422/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1) u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta’ timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u timijiet ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni tal-bovini lill-Komunità (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni biss minn pajjiżi terzi fejn inġabru, ġew ipproċessati u nħażnu minn timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u timijiet ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni elenkati f’dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
L-Arġentina u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbu li jsiru emendi għall-entrati ta’ dawk il-pajjiżi f’dawk il-listi fir-rigward ta’ ċerti timijiet ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni. |
(3) |
L-Arġentina u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward ta’ konformità mar-regoli adattati stipulati fid-Direttiva 89/556/KEE u t-timijiet ikkonċernati ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni ġew uffiċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ dawk il-pajjiżi. |
(4) |
L-Awstralja talbet li ċerti entrati għal dak il-pajjiż fil-listi għandhom jitħassru. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).
(2) ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/237/KE (ĠU L 103, 20.4.2007, p. 49).
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej:
(1) |
titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -18. |
(2) |
titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -22. |
(3) |
jitħassru r-ringieli għat-timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -24 u LE/UT/BE -25. |
(4) |
titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -28. |
(5) |
jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Arġentina:
|
(6) |
titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0002. |
(7) |
titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0005. |
(8) |
jitħassru r-ringieli għat-timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0008, ETV0009, ETV0010, ETV0011, ETV0012 u ETV0013. |
(9) |
ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nru 95PA082 E664 tinbidel b’dan li ġej:
|
(10) |
titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nru 04MT111 E1127. |
(11) |
ir-ringieli li ġejjin għat-timijiet ta’ ġbir ta’ embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nri 05NC114 E705 u 05NC117 E705 jinbidlu b’dawn li ġejjin:
|
(12) |
jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika:
|