Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 32007R0678

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 678/2007 tat- 18 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda, tuffieħ u ħawħ)

    ĠU L 157, 19.6.2007., 9—11. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    A dokumentum hatályossági állapota Már nem hatályos, Érvényesség vége: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/678/oj

    19.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 157/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 678/2007

    tat-18 ta’ Ġunju 2007

    li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda, tuffieħ u ħawħ)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(3) tiegħu;

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

    (2)

    Skond l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-prodotti esportati mill-Komunità jistgħu jibbenifikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ biex issir esportazzjoni li tkun ekonomikament sinifikanti, fil-qafas tal-limiti stipulati fl-arranġamenti, konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

    (3)

    Skond l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) 2200/96, jaqbel li jkun assigurat li l-kummerċ li diġà żviluppa minħabba l-għoti tar-rifuzjonijiet fuq l-esportazzjoni ma jkunx imxekkel. Għal dan il-għan, u minħabba n-natura staġjonali ta’ l-esportazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex, il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3). Meta jitqassmu l-kwantitajiet, għandha titqies it-tendenza ta’ dawn il-prodotti li jitħassru.

    (4)

    L-Artikolu 35(4) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jistipula li r-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi, minn naħa, jitqiesu l-qagħda u l-perspettivi għall-ġejjieni u min-naħa l-oħra jitqiesu il-prezzijiet u d-disponibbiltà fis-suq Komunitarju tal-frott u l-ħxejjex, u l-prezzijiet applikati fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, iridu jitqiesu wkoll l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta’ l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjonijiet proposti.

    (5)

    Skond l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) 2200/96, il-prezzijiet fis-suq Komunitarju huma stabbiliti billi jitqiesu l-prezzijiet l-aktar favorevoli għall-esportazzjoni.

    (6)

    Il-qagħda kummerċjali internazzjonali u l-esiġenzi speċifiċi ta’ ċerti swieq, jistgħu jkunu jeħtieġu varjazzjoni fir-rifużjoni, għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni ta’ dak il-prodott.

    (7)

    It-tadam, il-larinġ, il-lumi, l-għeneb tal-mejda, it-tuffieħ u l-ħawħ tal-kategoriji Extra, I u II tar-regoli Komunitarji għat-tqegħid fis-suq, jistgħu attwalment ikunu ekonomikament sinifikanti għall-finijiet ta’ l-esportazzjonijiet.

    (8)

    Sabiex ikun assigurat l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli u b’qies għall-istruttura ta’ l-esportazzjonijiet Komunitarji, jeħtieġ li ssir sejħa għal offerti biex jiġi stabbilit l-ammont indikattiv tar-rifużjonijiet u tal-kwantitajiet stabbiliti għall-perjodu kkonċernat.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Permezz tal-preżenti qed tinfetaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-esportazzjoni A3. Il-prodotti kkonċernati, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti, il-livelli indikattivi għar-rifużjoni u l-kwantitajiet previsti huma stipulati fl-Anness.

    2.   Il-liċenzji maħruġa għall-finijiet ta’ l-għajnuna għall-ikel, regolati bl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), mhumiex ikkalkolati skond il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) 1961/2001, il-validità tal-liċenzji A3 hija ta’ erba’ xhur.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-2 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

    (2)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).

    (3)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

    (4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


    ANNESS

    li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda, tuffieħ u ħawħ)

    Perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti Mit-2 sat-3 ta’ Lulju 2007.

    Il-kodiċi tal-prodotti (1)

    Id-destinazzjoni (2)

    Ir-rata indikattiva tar-rifużjoni

    (f’EUR/t netta)

    Kwantitajiet previsti

    (f’ t)

    0702 00 00 9100

    A00

    30

    3 333

    0805 10 20 9100

    A00

    36

    20 000

    0805 50 10 9100

    A00

    60

    10 000

    0806 10 10 9100

    A00

    23

    23 333

    0808 10 80 9100

    F04 , F09

    32

    53 333

    0809 30 10 9100

    0809 30 90 9100

    F03

    17

    23 333


    (1)  Il-Kodiċi tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

    (2)  Il-kodiċijijet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2846/87. Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11). Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

    F03

    :

    Id-destinazzjonijiet kollha għajr l-Iżvizzera.

    F04

    :

    Ħong Kong, Singapor, il-Malażja, Sri Lanka, l-Indoneżja, it-Tajlandja, it-Tajwan, Papua-New Guinea, il-Laos, il-Kambodja, il-Vjetman, il-Ġappun, l-Urugwaj, il-Paragwaj, l-Arġentina, il-Messiku, il-Kosta Rika.

    F09

    :

    Id-destinazzjonijiet li ġejjin: In-Norveġja, l-Iżlanda, Greenland, il-Gżejjer Faroe, l-Albanija, il-Bosnia Ħerzegovina, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jogożlava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Montenegro, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belaruss, il-Ġeorġja, il-Każakstan, il-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, l-Ukraina, l-Għarabja Sawdita, il-Baħrejn, Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Maqgħuda, (Abu Dabi, Dubaj, Xarġa, Aġman, Umm al-Qi'iwayn, Ras al-Khayma u Fuġajra), il-Kuwajt, il-Jemen, is-Sirja, l-Iran, il-Ġordan, il-Bolivja, il-Brażil, il-Veneżwela, il-Perù, il-Panama, l-Ekwador u l-Kolombja, pajjiżi u territorji ta' l-Afrika għajr l-Afrika t'Isfel, id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11).


    Az oldal tetejére