Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0447

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/447/PESK ta' l- 14 ta' Marzu 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Arġentina, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Arġentina fl-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni Althea)

    ĠU L 156, 18.6.2005, p. 21–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 188–188 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/447/oj

    Related international agreement

    32005D0447

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/447/PESK ta' l- 14 ta' Marzu 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Arġentina, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Arġentina fl-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni Althea)

    Official Journal L 156 , 18/06/2005 P. 0021 - 0021
    Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0188 - 0188


    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/447/PESK

    ta' l- 14 ta' Marzu 2005

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Arġentina, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Arġentina fl-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni Althea)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

    Billi:

    (1) Fit- 12 ta' Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina [1].

    (2) L-Artikolu 11(3) ta' dik l-Azzjoni Konġunta jistipula li arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim f' konformità ma' l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    (3) Wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit- 13 ta' Settembru 2004, il-Presidenza, mgħejuna mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Arġentina dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Arġentina fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea ta' immaniġġjar ta' kriżijiet fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA).

    (4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Arġentina dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Arġentina fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea ta' mmaniġġar ta' kriżijiet fil-Bosnja u Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) hu b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, 14 ta' Marzu 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. Boden

    [1] ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.

    --------------------------------------------------

    Top