This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0953
Council Regulation (EC) No 953/2005 of 21 June 2005 relating to the conclusion of the Protocol setting out, for the period from 1 July 2004 to 30 June 2007, the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Agreement between the European Economic Community and the Republic of Côte d’Ivoire on fishing off the coast of Côte d’Ivoire
Regolament (KE) Nru 953/2005 tal-Kunsill tal- 21 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mill- 1 ta’ Lulju 2004 sat- 30 ta’ Ġunju 2007 , il-possibilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previst mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju
Regolament (KE) Nru 953/2005 tal-Kunsill tal- 21 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mill- 1 ta’ Lulju 2004 sat- 30 ta’ Ġunju 2007 , il-possibilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previst mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju
ĠU L 164, 24.6.2005, p. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 204–205
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
204 |
REGOLAMENT (KE) Nru 953/2005 TAL-KUNSILL
tal-21 ta' Ġunju 2005
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2007, il-possibilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previst mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 37 tiegħu flimkien mal-paragrafu 2 u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 300,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Bi qbil mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju (2), qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-Protokoll anness mal-Ftehim, il-partijiet involuti fil-kuntratt jinnegozjaw sabiex jiddeterminaw bi qbil komuni l-kontenut tal-Protokoll għall-perjodu li jmiss u, jekk ikun hemm bżonn, il-modifikazzjonijiet jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-Anness. |
(2) |
Iż-żewġ partijiet innegozjaw Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-possibilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju bejn id-9 u t-13 ta’ Novembru 2003 f’Abidjan. Dan il-Protokoll li jikkonċerna l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2007 ġie ffirmat fit-3 ta’ Marzu 2004 fi Brussel. |
(3) |
Hu importanti li ssir konferma ta’ l-iskema tat-tqassim tal-possibilitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri kif ukoll ta’ l-obbligi tagħhom li jinnotifikaw il-qabdiet. |
(4) |
Huwa xieraq li dan il-Protokoll ikun approvat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2007, il-possibilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju (3), hu approvat f’isem il-Komunità Ewropea.
Artikolu 2
1. Il-possibilitajiet ta’ sajd stabbiliti bil-Protokoll huma mqassma bejn l-Istati Membri skond l-iskema li ġejja:
a) |
sajd demersali: Spanja: 1 300 GT (gross tonnage) fix-xahar b’medja annwali |
b) |
sajd għat-tonn:
|
2. Jekk it-talbiet għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jeħdux il-possibilitajiet kollha ta’ sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkonsidra talbiet għal-liċenzji minn kull Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull qabda li jkunu għamlu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta’ l-Avorju skond il-modalitajiet previsti bir-Regolament (KE) Nru 500/2001 tal-Kummissjoni (4) ta' l-14 ta' Marzu 2001 dwar l-istabbiliment tal-kondizzjonijiet applikabbli għar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 tal-Kunsill dwar il-kontrolli tal-qabdiet minn bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi fl-ibħra miftuħa.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill hu awtorizzat biex jaħtar il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Protokoll sabiex tiddaħħal il-Komunità.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika f’kull Stat Membru.
Magħmul fi Brussel, il-21 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) Opinjoni mogħtija fis-26 ta' Mejju 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 379 tal-31.12.1990, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar mill-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2000 sat-30 ta’ Ġunju 2003, il-possibilitajiet ta’ sajd u l-kontribut finanzjarju previst mill-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju dwar is-sajd ’il barra mill-Kosta ta’ l-Avorju (ĠU L 102, 12.4.2001, p. 3).
(4) ĠU L 73 tal-15.3.2001, p. 8.