Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0451

Kawża T-451/23: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2023 – CreditPlus Bank vs SRB

ĠU C 329, 18.9.2023, pp. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/33


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2023 – CreditPlus Bank vs SRB

(Kawża T-451/23)

(2023/C 329/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CreditPlus Bank AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger, M. Weber u D. Schoo, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-SRB tat-2 ta’ Mejju 2023, dokument Nru SRB/ES/2023/23, inklużi l-Annessi I, II u III, sa fejn jikkonċernaw il-kontribuzzjonijiet ex ante tar-rikorrenti;

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li s-SRB kiser l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (1), peress li ma applikax il-limitu vinkolanti ta’ 12,5 % tal-livell fil-mira meta jiġi ddeterminat il-livell fil-mira annwali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament Delegat (UE) 2015/63 (2) jikser is-setgħat delegati mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (3), il-prinċipju ta’ trattament ugwali u l-prinċipju ta’ kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju rispettivament il-prinċipju ta’ proporzjonalità fis-sens li ma jippermettix lis-SRB jeskludi l-obbligi addizzjonali tar-rikorrenti li jirriżultaw minn tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni mwettqa fl-2021.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(3)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).


Top