Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0368

Kawża C-368/23, Fautromb: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Formation restreinte du Haut conseil du commissariat aux comptes (Franza) fit-12 ta’ Ġunju 2023 – H3C vs MO

ĠU C 329, 18.9.2023, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Formation restreinte du Haut conseil du commissariat aux comptes (Franza) fit-12 ta’ Ġunju 2023 – H3C vs MO

(Kawża C-368/23, Fautromb (1))

(2023/C 329/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Formation restreinte du Haut conseil du commissariat aux comptes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H3C

Konvenut: MO

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2) għandu jiġi interpretat, b’mod partikolari fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (3) u tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (4), fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali tipprojbixxi lill-Awdituri Statutorji u lill-kumpanniji tal-verifika milli jeżerċitaw kull attività kummerċjali, kemm jekk eżerċitata b’mod dirett jew permezz ta’ intermedjarju?

2)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, dan japplika wkoll meta din il-leġiżlazzjoni teskludi mill-kamp ta’ din il-projbizzjoni, bħala eċċezzjoni, minn naħa, l-attivitajiet kummerċjali aċċessorji għall-professjoni ta’ awditur, eżerċitati b’osservanza tar-regoli ta’ deontoloġija u ta’ indipendenza tal-kummissarji fil-kontijiet u fil-kundizzjonijiet previsti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 22 tad-Digriet Nru 45-2138 tad-19 ta’ Settembru 1945 u, min-naħa l-oħra, l-attivitajiet kummerċjali aċċessorji eżerċitati minn kumpannija multi-professjonali fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 31-5 tal-Liġi Nru 90– 1258 tal-31 ta’ Diċembru 1990?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)   ĠU 2006, L 376, p. 36.

(3)   ĠU 2006, L 157, p. 87.

(4)   ĠU 2014, L 158, p. 77, rettifika fil-ĠU L 170, 11.6.2014, p. 66.


Top