Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0208

    Kawża T-208/23: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2023 – Clofor vs EUIPO Sitges Alonso (Poteaux)

    ĠU C 216, 19.6.2023, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 216/50


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2023 – Clofor vs EUIPO Sitges Alonso (Poteaux)

    (Kawża T-208/23)

    (2023/C 216/66)

    Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Clofor (Renage, Franza) (rappreżentant: P. Debré, avukata)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paul Sitges Alonso (Barcelona, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni (Poteaux) – disinn tal-Unjoni Nru 2 951 335-0001

    Proċediment quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1103/2022-3

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tiċħad it-talba ta’ invalidità tal-mudell Komunitarju Nru 2 951 335-0001;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inkluż dawk sostnuti quddiem it-Tielet Bord tal-Appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tal-istess regolament;

    Bdil fl-oneru tal-prova u ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


    Top