Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0085

Kawża C-85/23, Landkreis Jerichower Land: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Frar 2023 – Landkreis Jerichower Land vs A

ĠU C 179, 22.5.2023, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Frar 2023 – Landkreis Jerichower Land vs A

(Kawża C-85/23, Landkreis Jerichower Land)

(2023/C 179/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Landkreis Jerichower Land

Konvenut: A

Domanda preliminari

L-Artikolu 24(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), kif emendat l-aħħar bl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “ħżin” jinkludi interruzzjoni ta’ operazzjoni ta’ trasport li matulha kontenituri bi prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 3 jiġu ttrażbordati lejn vettura oħra u maħżuna hemmhekk għal diversi sigħat (mhux iktar minn tmienja), qabel ma jiġu ttrasportati lejn impjant ta’ trasformazzjoni, mingħajr ma l-materjal jiġi pproċessat jew ittrasferit f’kontenituri oħra?


(1)  ĠU 2009, L 300, p. 1, rettifika fil-ĠU 2023, L 92, p. 32

(2)  ĠU 2019, L 170, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2019, L 302, p. 129, fil-ĠU 2022, L 161, p. 121, u fil-ĠU 2022, L 266, p. 22


Top